Illum previous editions

ILLUM 14 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1339765

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 14 TA' FRAR 2021 tat-turist fil-qalba tal-Istrateġija Nazzjonali għat-Turiżmu Aktar konnettività... Fl-1 ta' Diċembru li għadda, il-Bank Ċentrali ta' Malta ppubblika policy note importanti li tisħaq ċar u tond li jekk Malta trid tibbenefika mill-irkupru eventwali ta' wara l-COVID-19, ikun kruċjali għall- Malta li tistabbilixxi mill-ġdid jew tirkupra n-numru sinifikanti ta' konnessjoniijet diretti bl-ajru li ntilfu waqt il-pandemija. Fil-fatt fl-2005 Malta kellha 84 konnessjoni diretta bl-ajru, ammont li tela' għal 125 fl-2019. Fil-fatt, fl- 2005, Malta kellha titjiriet diretti lejn 27 pajjiż u 40 fl 2019. Madankollu, il pandemija tal COVID-19 ħalliet impatt sostanzjali hekk kif fl 2020 intilfu aktar minn 50 konnessjoni bl ajru. 70 biss baqgħu attivi. L-istrateġija tirrikonoxxi dan u tisħaq dwar il- bżonn li Malta tattira rotot li jservu l-viżjoni tagħha, is-setturi u niċeċ turisti li trid tippromwovi. Titkellem ukoll fuq il-bżonn li jkun hawn għażla sħiħa ta' linji tal-ajru (low-cost u le) li joperaw minn u lejn Malta filwaqt li tingħata wkoll relevanza għall-importanza tal-linja nazzjonali tal-ajru, partikolarment meta wieħed iqis li t-turiżmu f 'Malta jiddependi kważi kważi esklussivament mit-trasport bl-ajru. Integrazzjoni ta' miri ambjentali... Id-dokument jisħaq dwar l-importanza li l-istrateġija tippromwovi l-iżvilupp sostenibbli fl-azzjonijiet kollha tagħha. Għalhekk jinsisti li l-operat kollu tas-settur tat-turiżmu għandu jkun imħeġġeġ u mgħejjun biex jimplimenta inizjattivi aktar sostenibbli biex iżomm dejjem quddiem għajnejh il-ħarsien ambjentali, anke għax wara kollox minn dan se jgawdi hu stess. Għaldaqstant se jkun assigurat li kumpaniji u komunitajiet ipoġġu dawn il-miri fiċ-ċentru tal-operat tagħhom. Jgħid li filwaqt li trid issegwi l-iżviluppi marbuta mat-tibdil fil- klima u l-impatt tagħhom fuq it-turiżmu, l-industrija Maltija trid tieħu passi biex tnaqqas l-impatt tagħha stess u tikseb dak li qed jissejjaħ bħala Climate Friendly Travel sal-2050. Is-settur tal-akkomodazzjoni... Għal aktar minn darba, i d - d o k u m e nt j a g ħ m e l referenza għall- akkomodazzjoni u t-tkabbir sostanzjali ta' dan is- settur fl-aħħar snin, iżda jisħaq ukoll li dan ma għandux jiġi għad-dettriment tal- kwalità. Jirrikonoxxi li l-akkomodazzjoni hija parti ewlenija u essenzjali mill-esperjenza li turist ikollu u għalhekk ma tistax tingħata l-ġenb. Jisħaq li tant kemm dan is-settur kiber u sar kumpless li l-leġislazzjoni mhux tlaħħaq biżżejjed miegħu. Fil-fatt, jagħmel referenza għall-fatt li l-akkomodazzjoni kollettiva żdiedet u mistennija tkompli tiżdied iżda daqstant ieħor żdiedet u qed tiżdied b'rata mgħaġġla l-akkomodazzjoni alternattiva, bħalma huma l-appartamenti. Jirrikonoxxi wkoll li hawn akkomodazzjoni privata li qed tinkera u li la hi liċenzjata u lanqas regolata u dan jeħtieġ li jkun indirizzat. Għalhekk, id-dokument jitkellem dwar il-ħtieġa ta' policy aktar dettaljata li tiffoka fuq il-bilanċ bejn il- kwantità u l-kwalità. Jitkellem dwar il-bżonn ta' infurzar b'saħħtu kontra akkomodazzjoni li ma tkunx liċenzjata, linji gwida għall-akkomodazzjoni alternattiva u privata u azzjoni kontra stabbilimenti liċenzjati li ma jlaħħqux mal- istandards neċessarji. Fid-dawl tal-fatt li Malta mhijiex nieqsa mill- akkomodazzjoni, l-istrateġija titkellem dwar il- bżonn li jkun hemm aktar investiment fi prodotti turistiċi, faċilitajiet u attrazzjonijiet li jipprovdu opportunitajiet ulterjuri għal dawk l-investituri li jħarsu lejn l-akkomodazzjoni bħala l-uniku mod kif jistgħu jidħlu fl-industrija. Esperjenza aktar qawwija għat- turisti... Id-dokument jisħaq li meta turist iżur Malta jrid jesperjenza xi ħaġa li hija differenti. Jisħaq li l-interazzjoni turistika, partikolarment f 'niċeċ bħalma huma l-isports, il-fidi u anke l-attività taħt il-baħar qed isiru dejjem iżjed importanti, fejn it-turist mhuwiex sempliċiment spettatur iżda qed jipparteċipa fl-attivitajiet. Għaldaqstant, l-istrateġija tisħaq li dan għandu jinżamm f 'moħħ min qed jiddisinja jew jippjana attrazzjonijiet, attivitajiet u avvenimenti. Hawn it-teknoloġija tilgħab parti importanti. Il-midja soċjali tippermetti li t-turist biex jippubblika kważi kważi fl-immedjat l-esperjenza tiegħu f 'Malta, kemm jekk hi pożittiva u anke negattiva. Għalhekk, id-dokument jisħaq dwar l-importanza li t-turist jingħata l-opportunitajiet biex jippromwovi lil Malta f 'dawl pożittiv, għax dan ukoll jgħin fir-reklamar tal-pajjiż. Id-dokument jagħmel punt interessanti ħafna u jisħaq li l-irwol tal- influencers, li llum huma importanti fost iż-żgħażagħ, għandu jkun massimizzat. Anke l-esperjenza gastronomika għandha tkun imsaħħa, jisħaq id- dokument. Għalhekk jitkellem dwar l-importanza li jkun hemm rabta tanġibbli bejn it-turiżmu u s-setturi tal-agrikoltura, is-sajd etċ. Jitkellem ukoll dwar il-bżonn li tissaħħaħ u titwessa' l-esperjenza marbuta max-xiri, minn prodotti ta' kwalità bħal dawk magħrufa bħala designer goods u sal-prodotti artiġjanali. "Iridu nippromwovu aktar dak li hu indiġenu għall-gżejjer tagħna," ikompli d-dokument. Tisbiħ tad-dehra ġenerali tal- L-attività tat-turiżmu ma tiqafx biss mal-lukandi jew inkella l-attrazzjonijiet imma t-territorju kollu Malti. "It-turisti li nattiraw aħna ġejjin l-aktar minn pajjiżi fejn l-indafa u d-dehra jingħataw prijorità assoluta. Dan japplika kemm għall-ambjent mibni, dak naturali u marittimu," jgħid id-dokument u għalhekk jinsisti fuq l-importanza li dehra tal-pajjiż tingħata prijorità u jinżammu standards għoljin. Jitkellem fuq is-siti ta' kostruzzjoni, partikolarment fiż-żoni fejn it-turisti jgħixu u jżuru u jisħaq dwar l-importanza li dawn ikunu mmaniġġjati aħjar biex jitnaqqsu l-impatti negattiv u l-inkovenjenti. Jgħid ukoll li jeħtieġ tittieħed azzjoni i m m e d j a t a biex jitneħħew dak li jsejjaħ bħala 'eyesores' li jħallu impatt negattiv dirett fuq il-perċezzjoni t a t - turist. Jisħaq li hemm bżonn li dawn jiġu identifikati u jkun hemm diksussjoni mas-sidien, anke jekk dawn huma privati, biex jitneħħew. Investiment fir-riżorsa umana... Jekk il-mira ta' Malta hija li żżid il-kwalità tal- prodott turistiku tagħha, biex tattira turist aktar ta' kwalità, l-investiment fil-ħaddiema u l-impjiegi huwa essenzjali. L-istrateġija proposta taħseb ukoll għal dan u titkellem dwar il-bżonn ta' aktar skemi għat-taħriġ tal-ħaddiema anke biex ikomplu mal- opportunitajiet għat-taħriġ introdotti fi żmien il- Covid-19. "Irridu nassiguraw li karriera fis-settur tat-turiżmu tkun minn ta' quddiem fuq il-lista tal- għażla tal-impjegati l-ġodda," jisħaq id-dokument. Biex dan iseħħ, l-impjiegi fis-settur turistiku jridu jkunu aktar attraenti, fejn anke l-paga ma tridx tibqa' tkun meqjusa bħala spiża imma investiment. Jgħid ukoll li hemm bżonn li tkun indirizzata l-kwistjoni tal-ħaddiema barranin bħala sostitut għan-nuqqas ta' impjegati Maltin fis-settur.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 February 2021