Illum previous editions

ILLUM 14 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1339765

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 aħbarijiet IL-ĦADD 14 TA' FRAR 2021 • illum Il-kwalità, l-indafa, l-ambjent u l-esperjenza tat-turist Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn id-dokument ippubblikat mill-Ministeru u l-Awtorità Maltija għat- Turiżmu bil-għan li Malta jkollha strateġija għat-turiżmu li mhux biss tħares fl-immedjat għal wara l-pandemija imma anke tagħti viżjoni lil dan is-settur kruċjali għall-għaxar snin li ġejjin YENDRICK CIOFFI Fil-jiem li għaddew, il- Ministeru għat-Turiżmu flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, nedew il-proċess biex Malta jkollha Strateġija Nazzjonali għat-Turiżmu li tagħti viżjoni għall-għaxar snin li ġejjin lil dan is-settur kruċjali għall-ekonomija tal-pajjiż. Hekk is-settur mhux biss jirkupra malajr mill-effetti bla preċedent li ġab miegħu l-Covid-19 imma anke jkun imħejji għall- opportunitajiet u l-isfidi li s-snin li ġejjin jafu joffru. Kieku wieħed kellu jagħsar dan id-dokument, l-istrateġija li qed jipproponi l-Gvern hija waħda li ssaħħaħ lis-settur mhux biss billi żżid in-numru ta' turisti imma anke biex lejn Malta jkunu attirati turisti li jonfqu aktar u li għalhekk iħallu aktar flus fl-ekonomija. Biex dan iseħħ, it-turist li jżur Malta jrid isib esperjenza ta' kwalità, li tibda mill-akkomodazzjoni u tkompli fil-postijiet kollha li se jżur u jesperjenza. Fuq kollox l-istrateġija tħares 'il quddiem biex tibni mill-ġdid settur turistiku fuq pedament aktar sod ibbażat anke fuq il- prinċipji tas-sostennibilità, mhux biss fin-numri u l-kwalità tat- turisti, iżda anke għax tħaddan ideali ambjentali. F'dan l-artiklu, il-gazzetta ILLUM se tkun qed tagħti ħarsa ħafifa lejn din l-istrateġija, li tinsab miuħa għall- konsultazzjoni u l-punti ewlenin tagħha. Is-sitwazzjoni fl-aħħar snin: Bejn l-2015 u l-2019, in-numru ta' turisti li żaru Malta żdied minn 1.8 miljun għal 2.75 miljun, madanakollu s-settur ħa daqqa enormi bil-pandemija tal-Covid-19 li niżżel in-numri għal livelli bla preċedent. Id-dokument jgħid ċar u tond li l-aspettativi internazzjonali huma li n-numri se jerġgħu jiżdiedu it it u jista' jkun li jgħaddu s-snin qabel man- numri jilħqu l-livelli ta' qabel il-pandemija. Fejn konnha fl-2019? Il-punti pożittivi li ssemmi l-istrateġija: • Żieda rekord fuq perjodu ta' għaxar snin għal 2.75 miljun turist fl-2019, li ħallew €2 biljun fl- ekonomija u qattgħu medja ta' 18.5 miljun lejl f 'Malta • Konnettività ma' massimu ta' 130 rotta diretta bl-ajru • Turist aktar żagħżugħ • Turiżmu tajjeb fix-xhur kollha tas-sena • Attivitajiet matul is-sena kollha • Ekonomija li bdiet tikber b'rata mgħaġġla Fejn konnha fl-2019? Il-punti ta' tħassib li ssemmi l-istrateġija: • Pressjoni u anke sentimenti negattivi minħabba l-iskala u r-rata tal-iżvilupp kemm miċ-ċittadini lokali u anke mill-viżitaturi • Żieda drastika fl-għadd ta' sodod. Kien hemm ukoll ċaqliqa qawwija mill-akkomodazzjoni kollettiva (lukandi etċ) għal akkomodazzjoni privata (appartamenti etċ). L-istrateġija fil-fatt titkellem dwar il- bżonn li jkun hemm aktar appoġġ għall-akkomodazzjoni kollettiva li tipprovdi valur miżjud, billi jkun hemm policies li jiffavorixxu livelli ogħla ta' servizzi u impjiegi • Sfidi assoċjati mal-fatt li żdiedu l-appartamenti għall-kiri, b'residenti jkollhom jgħixu ma' turisti ġejjin u sejrin f 'appartamenti residenzjali L-effetti tal-Covid-19: In-numri tal-2020 kkumparati ma' tal-2019 Moviment tal-passiġieri: Tnaqqis ta' 73.8% Għadd ta' titjiriet: Tnaqqis ta' 63.5% Turisti lejn Malta: Tnaqqis ta' 72.7%, jiġifieri ta' 1,551,649 turist li waslu Malta Iljieli: Tnaqqis ta' 71.3%, jiġifieri 10,859,081 lejl inqas Nefqa: Tnaqqis ta' 77.6% jew aħjar ta' €1,362,214 Cruise liners: Tnaqqis ta' 94.1%. Fil-fatt bejn Jannar u Settembru 2019 kienu daħlu 273 cruise liner u bejn Jannar u Settembru 2020 daħlu biss 16-il cruise liner Passiġġiera tal-cruise liners: Tnaqqis ta' 92.1%, jiġifieri tnaqqis ta' 551,644 turist Turiżmu ta' aktar kwalità... L-istrateġija tirrikonoxxi li Malta jeħtieġ li timmira lejn kwalità aħjar fil-livelli kollha tal-katina li tifforma s-settur tat-turiżmu, anke għax il-kwalità tinfluwenza l-għażla tat-turist. Il-fatt li d-daqs ta' Malta huwa dak li hu u għalhekk hemm ċertu limitazzjonijiet, qed jinħass il-bżonn li l-pajjiż ikollu strateġija li tippromwovi l-iżvilupp ta' turiżmu ta' kwalità li jkun aktar responsabbli u sostenibbli. Għalhekk, jisħaq id- dokument, Malta trid mhux biss iżżid it-turisti iżda tikkonsolida lill-pajjiż bħala destinazzjoni ta' kwalità. Il-kwalità, jkompli jispjega d-dokument, ma tfissirx biss lussu jew inkella prezzijiet aktar għoljin, imma fuq kollox ħidma biex l-esperjenza tat- turist f 'Malta tkun waħda pożittiva. Id-dokument jagħmel diversi punti. Fost dawn jisħaq li l-operaturi ġodda u dawk eżistenti jeħtieġ li jipprovdu esperjenza ta' kwalità lit-turist. Jitkellem ukoll fuq il- ħtieġa li jkun hemm taħriġ kontinwu, innovazzjoni u anke l-introduzzjoni ta' prodotti li effettivament jipprovdu esperjenza isbaħ lit-turist li jżur Malta. Jekk dan iseħħ, ikompli jisħaq id-dokument, awtomatikament, in-nefqa tat- turist se tiżdied "Iż-żieda fin-nefqa tat-turist ma tridx tkun biss ġejja minn żieda fil-prezzijiet, imma minn opportunitajiet aktar estensivi għat-turisti, kemm fejn jidħlu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 February 2021