Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1339765
09 illum • IL-ĦADD 14 TA' FRAR 2021 aħbarijiet 86,000 impjegat jistgħu jaħdmu mid-dar fl-istess żmien illi matulu żdiedu n-nisa fid-dinja tax-xogħol, speċjalment f 'impjiegi li jkunu jirrikjedu arranġamenti aktar flessibbli biex jintlaħaq il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-bżonnijiet tal- familja. Il-Bank Ċentrali jinnota iżda li l-prevalenza tat-teleworking f 'pajjiżna jibqa' pjuttost baxx imqabbel mal-medja Ewropea u jgħid li dan jista' jkun frott ta' numru ta' fatturi. "Filwaqt li dan in-numru jista' jkun riflessjoni ta' realtajiet kulturali, il-potenzjal tat- teleworking iserraħ ħafna fuq il-kompożizzjoni industrijali tal- pajjiż." Il-Bank Ċentrali jfakkar illi s-setturi tal-bejgħ bl-imnut (ħwienet tal-ħwejjeġ, żraben, aċċessorji etc ...) kif ukoll il- manifattura huma fost l-akbar setturi fl-ekonomija. Dan flimkien mas-servizzi (lukandi, ristoranti, aġenziji tal- ivjaġġar etc ...) u l-kostruzzjoni - li jħaddmu 8% u 7% tan-nies fis-suq tax-xogħol, rispettivament - li wkoll huma setturi ekonomiċi kbar. Dawn huma kollha setturi fejn huwa kważi impossibbli li l-impjegati joperaw mid-djar u jirrikjedu li dawn ikunu preżenti fuq il-post tax-xogħol. U waqt il-pandemija? Naturalment l-affarijiet inbiddlu waqt il-pandemija fejn għal xhur il-pajjiż esperjenza kważi lockdown b'ħafna aktar nies jaħdmu mid-dar. Il-Bank Ċentrali jikkwota statistika li turi illi matul Marzu u April tal-2020 kien hawn 33% tal-popolazzjoni li kienet qed taħdem mid-dar. Dan il-perċentwal fil-fatt jikkorrispondi ma' dak li titratta l-analiżi li saret mill-Bank Ċentrali u li juri illi sa 33.8% jistgħu jaħdmu mid-dar (ara aktar 'l fuq). Minkejja li hija qabża ta' 21% meta mqabbel mal-2019, Malta xorta baqgħet taħt il- medja Ewropea f 'dak relatat ma' teleworking fejn f 'Lulju 48% irrappurtaw li kienu qed jaħdmu mid-dar "mill-inqas ftit sigħat fil-ġimgħa." Interessanti wieħed jinnota li f 'pajjiżna - skont l-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet - il- każi tal-Covid-19 fost il-kollegi fuq il-post ta-xogħol, kienu t-tieni l-aktar fattur komuni għall-imxija, wara t-tixrid fost membri tal-familja ta' persuni pożittivi. L-istess rapport jgħid illi l-potenzjal tat-teleworking f 'Malta huwa ogħla milli hu fl- Unjoni Ewropea u dan għaliex perċentwalment is-setturi tal- gaming/betting kif ukoll dak tas-servizzi finanzjarji f 'Malta huma akbar. Fil-fatt ir-rapport ifakkar illi filwaqt li 3.7% tal-ħaddiema f 'Malta jaħdmu fil-qasam tal- gaming/betting il-medja fl-UE hija biss ta' 0.2%. Ir-rapport jikkonkludi billi jgħid illi t-teleworking joffri kemm opportunitajiet ekonomiċi u anke theddid. Ifakkar li fost it-theddid ekonomiku jista' jkun hemm il-fatt li kumpaniji jiftħu Malta mingħajr ma jkollhom iħaddmu nies hawnhekk - u allura jonqsu l-benefiċċji li dan jista' jġib fuq setturi oħrajn (akkomodazzjoni, bejgħ bl-imnut, trasportazzjoni u aktar). Minn naħa l-oħra iżda l-Bank Ċentrali ta' Malta jfakkar illi t-teleworking jista' jgħin sabiex kumpaniji u impjegati Maltin jew f 'Malta jkunu jistgħu joffru servizzi barra mill-pajjiż. It-teleworking fl-UE skont il-Kummissjoni Ewropea ... Il-pajjiżi, fejn fl-2019 aktar minn 35% tal-ħaddiema kienu jaħdmu wkoll mid-dar kienu l-Iżvezja u l-Olanda. L-inqas, b'inqas minn 5%, kienu l-Bulgarija, ir-Rumanija u Ċipru 40% tal-Ewropej bdew jaħdmu mid-dar full time bħala riżultat tal-pandemija. Qabel ma faqqgħet il-pandemija l-persentaġġ kien biss ta' 15% Fl-2019 kienu biss 5.4% tal-Ewropej li "normalment jaħdmu mid-dar" għalkemm kienu 9% dawk li "mqar xi minn daqqiet" jaħdmu mid-dar L-aktar setturi illi fihom kien hemm ħaddiema li jaħdmu mid-dar huma l-IT u komunikazzjoni, servizzi ta' negozju, edukazzjoni u finalment attivitajiet relatati ma ppubblikar, awdjoviżwal u xandir Il-professjonisti u maniġers huma l-aktar li ħadmu bit-telework malli faqqgħet il-pandemija. Dan għaliex ħafna mix-xogħol li jagħmlu huwa fuq il-laptops tagħhom u għandhom ċerta element ta' awtonomija Minn naħa l-oħra segretarji, clerks u junior professionals kellhom inqas aċċess għat-teleworking Kumpaniji li huma akbar fid-daqs tipikament aktar jadottaw politika ta' teleworking. Fil-fatt kumpaniji b'aktar minn 50 ħaddiem fl-Olanda, l-Iżvezja u l-Finlandja kienu diġa' qed juru sehem akbar ta' telework milli kienu qed juru kumpaniji tal-istess daqs fl-Italja u l-Kroazja Ħaddiema li għandhom abilitajiet diġitali għoljin huma aktar f 'pożizzjoni li jaħdmu mid-dar