Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1339765
ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Kważi 40,000 persuna - jew 15.5% tal-popolazzjoni tal- impjegati fis-suq tax-xogħol - faċilment jistgħu jaħdmu mid-dar minflok ikunu fiżikament preżenti fuq il-post tax-xogħol, fost dawn hemm persuni li jaħdmu fl-oqsma tal- komunikazzjoni, is-servizzi finanzjarji u ta' assigurazzjoni, logħob tal-azzard online u betting kif ukoll impjiegi relatati mal-qasam xjentifiku u tekniku. Dan in-numru jitla' għal kważi 60,000 (23.3%) jekk tgħodd diversi postijiet tax-xogħol fejn minkejja li huwa aktar prattiku li l-ħaddiema jkunu preżenti minħabba n-natura tax-xogħol, xorta jistgħu jaħdmu mid-dar bil-produzzjoni jew servizz jibqa' jkun offrut. Fost dawn hemm impjiegi ta' programming, bejgħ u xiri ta' djar, kif ukoll djar tal-pubblikazzjoni. Dan in-numru imbagħad jerġa jitla' għal 86,200 impjegat (33.8%) jekk tgħodd dawk it-tip ta' impjiegi li huma meqjusin li għandhom bżonn l-interatività umana biex joperaw, fuq quddiem l-impjiegi kważi kollha tal- edukazzjoni, pero' li jistgħu jaħdmu permezz tat-teleworking f 'każi ta' emerġenza bħall- pandemija. Dan jirriżulta minn analiżi interessanti li saret mill-Bank Ċentrali ta' Malta u li tat ħarsa lejn il-kunċett tat-teleworking, kemm qabel il-pandemija u anke matulha. Il-Bank Ċentrali, fir-rapport tiegħu, sostna illi skont il-kalkolu ta' Fana et al 2020 fl-analiżi 'e Covid confinement measures and the EU Labour Market' 28.7% tal-ħaddiema Maltin - jew 73,000 ħaddiem - jistgħu jaħdmu mid- dar. Minkejja dan huwa ċar illi, anke waqt il-pandemija, il-perċentwal ta' nies f 'teleworking f 'Malta baqa' dejjem inqas mill-medja fl- Unjoni Ewropea. Fil-fatt fl-2019 kienu b'kollox 11.7% ta' dawk fis-suq tax-xogħol li kienu jaħdmu (jew jaħdmu xi sigħat) mid-dar li hija inqas mill- medja fl-UE ta' 15%. Huwa iżda perċentwal ħafna ikbar minn dawk li kienu jaħdmu mid-dar fl-2009, meta kienu biss 3.6% li kienu jaħdmu permezz tat-teleworking. Il-Bank Ċentrali Malti jgħid fl- analiżi tiegħu illi din iż-żieda ġiet 08 aħbarijiet IL-ĦADD 14 TA' FRAR 2021 • illum Malta tibqa' lura fit-teleworking - kważi 86,000 Minkejja żieda ta' 21% fin-nies li ħadmu permezz tat-telework waqt il-pandemija, analiżi tal-Bank Ċentrali juri li Malta għadha fost il-pajjiżi bl-inqas rata ta' nies li jistgħu jaħdmu mid-dar, u fil-fatt jagħmlu dan ...