Illum previous editions

ILLUM 14 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1339765

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

Robert Aquilina huwa President tal-organizzazzjoni Repubblika 22 opinjoni IL-ĦADD 14 TA' FRAR 2021 • illum Robert Aquilina Ċittadini Attivi u Responsabbli I l-lista ma tispiċċa qatt ta' abbużi, prattiċi ħżiena u reati - b'mod partikolari l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia - li rajna jitwettqu quddiem għajne- jna f 'dawn l-aħħar snin, kixfu nuqqasijiet serjissimi fil-mod kif joperaw l-istituzzjonijiet nazzjonali ta' pajjiżna. Kixfu wkoll nuqqasijiet fis- sistema edukattiva tagħna. Sistema edukattiva tajba hi waħda li ma tgħallimx biss suġġetti bħax-xjenzi, il-lingwi, il-matematika u l-arti, iżda waħda li tippromwovi wkoll il-valuri li huma l-bażi tal-libertà, tal- ugwaljanza u tad-demokrazija. Pajjiżna, bħal kull soċjetà oħra li taspira li tkun tassew demokratika, teħtieġ ċittadini li jkunu attivi u li jkollhom għarfien sod dwar il-mod kif istituzzjonijiet demokratiċi huma mistennija jġiebu ruħhom u li jkunu kapaċi jissorveljaw l-operat tagħhom. Jeħtieġ ċittadini li jkunu kapaċi u jkollhom ir-rieda li jżommu lill-politiċi u lil- amministraturi pubbliċi responsabbli għal għemilhom, li jkunu jafu jiddistingwu bejn wegħdiet fierħa u azzjonijiet qarrieqa fuq in-naħa l-waħda u diskors onest u inizjattivi li jaqdu l-ġid komuni fuq in-naħa l-oħra. Nemmen li l-prinċipji tad-demokrazija, rispett lejn id-drittijiet fundamentali tal- bniedem u kontabilità huma tant importanti li għandhom ikunu parti ċentrali tal- formazzjoni ta' uliedna sa minn età ċkejkna – kemm fit-trobbija li nagħtu lil uliedna fid-djar tagħna, kif ukoll fl-edukazzjoni li wliedna jirċievu fl-iskejjel. Minħabba d-diviżjoni politika li bħala poplu għexna matul is-snin – per eżempju, iżda mhux biss, fit-tmeninijiet - żviluppat sitwazzjoni fejn ammont konsiderevoli ta' ġenituri addottaw ir-regola li lil uliedhom ma jkellmuhomx dwar politika u dwar ġrajjiet kurrenti oħra ta' pajjiżna. Dan wassal biex sar għandna sezzjoni tal-poplu li ma tinteressax ruħha f 'dak li jkun għaddej fil-pajjiż u lanqas hi konxja ta' x'għandha dritt tippretendi minn dawk magħżula biex iservuna fl- istituzzjonijiet tagħna. Filwaqt li nemmen li lil uliedna m'għandnix indarruhom bil-mentalità qerrieda tat-tribaliżmu politiku u allura nifhem il-motivazzjoni tajba ta' dawk il-ġenituri li matul is-snin għamlu din l-għażla, bl-istess mod nemmen li hu ta' ħsara li lil uliedna ma nintroduċuhomx għall-kunċetti li huma l-bażi tad-demokrazija, rispett lejn id-drittijiet tal- bniedem u ċittadinanza attiva. Jeħteġ li nispjegaw li ċ-ċittadin għandu dritt għal politika u amministrazzjoni nodfa u għandu obbligu morali li jagħti sehemu biex jiżgura li dan iseħħ. Hawn min prova jikkonvinċi lill-Poplu jaħseb li dak li aħna mdorrijin bih huwa l-aħjar li pajjiżna jista' jaspira għalih. Iżda dan mhux minnu. Triq aktar onesta hi possibli, anzi hi indispensabbli sabiex flimkien ikollna futur seren u bi prosperità. F'dan il-kuntest, Repubblika qed tagħti bidu għal kampanja permanenti bl- isem Ċittadinanza Attiva u Responsabbli, ibbażata fuq dikjarazzjoni ta' valuri u prinċipji li hi aċċessibbli fuq repubblika.org. L-ewwel inizjattiva ta' din il-kampanja hi kompetizzjoni annwali għall-istudenti tal- livell sekondarju u dak post- sekondarju, li twassal għal Serata għad-Demokrazija f 'Mejju. Il-kompetizzjoni, bit-tema "Xi tfisser għalija d-Demokrazija?", hi miftuħa għall-istudenti li jattendu l-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u dawk indipendent. Dawk li jieħdu sehem fil- kompetizzjoni huma mistennija jippreżentaw komponiment – bl-Malti jew bl-ingliż - jew tpinġija dwar waħda minn għaxar suġġetti magħżula mid-Dikjarazzjoni Universali tad-Dritttijiet tal-Bniedem. Tmintax -il skola sekondarja u post-sekondarja diġà aċċettaw li jippromwovu din il-kompetizzjoni fost l-istudenti tagħhom. Aktar dettalji huma disponibbli fuq il-website ta' Repubblika. Inizjattivi oħra tal-Kampanja Ċittadinanza Attiva u Reponsabbli ser jieħdu l-forma ta' messaġġi fuq ir-radju u l-mezzi soċjali, taħdidiet fl- iskejjel - meta s-sitwazzjoni tas- saħħa pubblika tkun tippermetti - u pubblikazzjonijiet għat-tfal, inkluż dawk tal-primarja. Jien konvint li pajjiżna jista' u jeħtieġ li jagħmel qabża fil-kwalità billi jkollna aktar persuni li jservu fl- istituzzjonijiet tagħna li jġibu ruħhom bl-onestà u bl- intergrità mistennija minnhom. Ir-riedni biex nagħmlu dan huma f 'idejna. Irridu nkunu aħna stess li ntemmu sistemi ta' partiġġjaniżmu sfrenat u klijenteliżmu politiku, u minflok nibdew nibbażaw id-diċiżjonijiet li nieħdu bħala pajjiż bir-riga tal-ġid komuni. Jeħtieġ li nwaqqfu l-mentalità tal-ħakma tal-politikanti u minflok inwelldu kultura ta' servizz u ta' kontabilità. Is-sigriet biex isseħħ din l-evoluzzjoni fil-ħsieb u fil-prattiċi hi l-edukazzjoni. Jien konvint li din il- kampanja ta' Repubblika flimkien ma' inizjattivi oħra ta' organizzazzjonijiet tas- soċjetà ċivili huma passi ferm importanti fil-mixja komuni tagħna lejn is-socjetà li nixtiequ nibnu. Hu ta' ħsara li lil uliedna ma nintroduċuhomx għall-kunċetti li huma l-bażi tad-demokrazija, rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u ċittadinanza attiva

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 February 2021