Illum previous editions

ILLUM 14 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1339765

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 aħbarijiet IL-ĦADD 14 TA' FRAR 2021 • illum L-ippjanar urban huwa att ta' bilanċ, fejn dawk li jfasslu l-ippjanar f ' Malta jiffaċċjaw deċiżjonijiet iebsa kuljum. Kif tista' l-gżira u l-popolazzjoni tagħha jiġu protetti waqt li jippromwovu t-tkabbir ekonomiku u, b'mod importanti, jaraw li l-viżjoni tal-Gvern għall- iżvilupp nazzjonali titwettaq? "L-Awtorità tal-Ippjanar qatt ma tieqaf tevolvi," jibda Perit Vincent Cassar. "Id-deċiżjonijiet li nieħdu rigward l-applikazzjonijiet għall- iżvilupp isegwu l-policies nazzjonali tagħna, iżda ma nistgħux ninjoraw il-fatt li dawn għandhom jipproteġu l-ambjent naturali tagħna u jippromwovu s-sostenibbiltà għall- ġenerazzjonijiet futuri." Il-Perit Cassar għandu esperjenza vasta fl-arkitettura u l-ippjanar. Sas-sena l-oħra, kien Chairperson tal-Commonwealth Association of Architects, kif ukoll ingħata l-Midalja Presidenzjali mir-Royal Institute of British Architects (RIBA) għall-kontribut siewi tiegħu lejn l-arkitettura. "Id-deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għall-iżvilupp huma sempliċiment funzjoni waħda tal-Awtorità, iżda din il- funzjoni hija importanti ħafna u tiddependi fuq il-Bord tal-Ippjanar kif ukoll tliet Kummissjonijiet tal- Ippjanar: waħda li tkopri Siti 'l barra miż-żona ta' żvilupp (ODZ) u Żoni ta' Konservazzjoni Urbana', waħda għal 'Żoni ta' Żvilupp', u finalment il- Kummissjoni tar-Regolarizzazzjoni tanalizza bini irregolari jew illegali għar-regolarizzazzjoni," jispjega ċ-Chairperson. Ir-rappreżentanza tal-partijiet interessati fuq il-Bord tal-Ippjanar u kull Kummissjoni hija essenzjali. Għal dan il-għan, il-Bord jikkonsisti min 11-il rappreżentant. Ħames membri huma indipendenti mingħajr konnessjoni mal- Gvern iżda bi sfond fl-arkitettura, l-arti, l-ekonomija, l-finanzi jew l-ippjanar. Il-bqija jinkludu tliet membri governattivi, rappreżentant tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), u delegat minn NGOs ambjentali. "Il-Bord tal-Ippjanar jevalwa applikazzjonijiet maġġuri ta' importanza nazzjonali, inkluż applikazzjonijiet elenkati fl-ewwel skeda tal-Att dwar l-Ippjanar u dawk fix-Xagħra u d-Dwejra f 'Għawdex. Għal applikazzjonijiet tal-ewwel skeda, nistiednu wkoll rappreżentant tal-kunsill lokali biex jissieħeb fil-Bord," ikompli Perit Cassar. Id-deċiżjonijiet tal- Bord tal-Ippjanar jiddependu fuq l-argumenti tal-applikant u l-perit, id-Direttorat tal-Ippjanar u kwalunkwe oġġezzjonijiet. Qabel is-smigħ tal-applikazzjoni, uffiċjal tal-każ tad-Direttorat tal- Ippjanar jiġġenera Rapport dwar l-Applikazzjoni għall-Ippjanar tal-Iżvilupp biex jirrakkomanda li l-applikazzjoni tiġi approvata jew irriutata. Inklużi huma kummenti minn 12-il konsulent statutorju, bħal Transport Malta, ERA, il-Kummissjoni għal Persuni b'Diżabilità, u mis- Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali. Barra min hekk, avviż jitwaħħal mas-sit tal-applikazzjoni, u jinnotifika lill-komunità biex tissottometti oġġezzjonijiet fi żmien xahar. "Fis-seduta, nistieden lill-perit biex jispjega l-proġett u għaliex għandu jingħata l-permess. Imbagħad, l-uffiċjal tal-Awtorità jippreżenta r-rapport, inkluż jekk il-proġett huwiex konform mal-policies tal-PA u jekk ir- rakkomandazzjoni tagħhom hijiex li jagħtu (b'sett ta' kundizzjonijiet) jew li jirriutaw il-permess," jiżvela Perit Cassar. "Imbagħad nisimgħu mill-pubbliku u dawk li jkunu rreġistraw oġġezzjoni. Proġetti li jħallu impatt fuq l-ambjent naturali u storiku tagħna, bħalma huma l-għoli tal-bini u l-applikazzjonijiet fil-Belt Valletta, l-Imdina, iż-żona tal-Kottonera u ODZ, jattiraw bosta oġġezzjonijiet. "Il-Membri tal-Bord imbagħad jiddiskutu u jitolbu kjarifiki mill- applikant / perit u uffiċjal tal- Awtorità. Qabel il-vot, li jittieħed fil-pubbliku, nitlob lil kull Membru tal-Bord biex jindika l-preferenza tal-vot tiegħu / tagħha. Jekk il- maġġoranza ma taqbilx mar- rakkomandazzjoni tad-Direttorat tal-Ippjanar, aħna niddifferixxu l-każ għal perjodu massimu ta' erba' ġimgħat. Madankollu, jekk maġġoranza taqbel mar- rakkomandazzjoni, aħna nivvutaw u l-applikazzjoni tiġi approvata jew riutata. L-istess jiġri fil- Kummissjonijiet tal-Ippjanar iżda fuq skala iżgħar. Pereżempju, waqt li l-applikant, il-perit u l-dawk li joġġezzjonaw ikunu hemm, l-uffiċjal tal-Awtorità ma jkunx preżenti, u l-Kummissjoni tiddependi biss fuq ir-rapport". Matul il-proċess kollu, it- trasparenza hija essenzjali, u l-midja tattendi mill-inqas 90% tas-seduti tal-Bord. "Nemmen li dan l-iskrutinju huwa meħtieġ minħabba li l-Bord tal- Ippjanar jagħti direzzjoni lill- Kummissjonijiet tal-Ippjanar," jirrimarka Perit Cassar. "Dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet l-oħra fl- Awtorità jieħdu nota ta' dak li jgħid u jagħmel il-Bord, allura għandna nkunu attenti dwar il-preċedent li nistabilixxu." Meta jirrifletti fuq il-vjaġġ tiegħu mal-Bord tal- Ippjanar s'issa, iċ-Chairperson jgħid li tgħallem ħafna: "Meta kont il-President tal-Kamra tal- Periti, kien ikolli laqgħat regolari maċ-Chairperson u s-CEO tal-PA biex niddiskutu ċertu kwistjonijiet. Imbagħad, meta ġejt offrut il- post ta' chairperson ħsibt, 'Issa nistgħu finalment naġixxu fuq dak kollu li konna qed nimmiraw għalih!' Iżda r-realtà malajr laqtet, u fl-aħħar mill-aħħar wieħed jitgħallem li l-Gvern jistabbilixxi l-viżjoni tiegħu għal Malta u l-Aġenziji tal-Gvern kollha ,inkluż il-PA, iridu jsegwu dik il-viżjoni permezz tal-policies tagħhom." "Il-policies tagħna huma maħluqa u riveduti billi nqisu rimarki mill- pubbliku, u sussegwentement nibbażaw id-deċiżjonijiet tagħna dwar l-applikazzjoni tal-iżvilupp fuq dawn il-policies, li l-Ministru jiffirma - jew saħansitra jadatta. Meta nħarsu lura dejjem nindunaw li stajna għamilna l-affarijiet xi it aħjar. Pereżempju, diversi applikazzjonijiet ġew approvati mill-Bord skont il-policy tal- pompi tal-petrol ta' dak iż-żmien, mingħajr ma ndunajna li l-policy kellha bżonn tiġi emendata. Minn dakinhar irnexxielna noħolqu policy ġdida li jien kuntent biha." "Jien kburi ngħid li kulħadd fil- PA jagħmel l-almu tiegħu biex kull applikazzjoni tgħaddi min proċess ġust u raġonevoli, iżda b' tibdil kontinwu dan mhuwiex xogħol faċli. Fuq kollox, nispera li nara l-kwalità tad-disinn tal-applikazzjonijiet titjieb. Il-kobor u l-kumplessità tal- arkitettura ta' Malta, mibnija tul is- sekli, hija parti mill-identità tagħna u hija ta' ispirazzjoni, allura għaliex għandna nuqqas ta' kreattività fid-disinn fl-applikazzjonijiet? Għandna pajsaġġ u wirt kulturali li mhux biss għandna nipproteġu; għandna wkoll nkunu kburin li nżidu miegħu," huwa temm. Għal aktar informazzjoni dwar l-Awtorità tal-Ippjanar ta' Malta, żur: www.pa.org.mt. Minn viżjoni nazzjonali għar-realtà urbana Il-Perit Vincent Cassar, Chairperson tal-Bord tal-Ippjanar fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar, jaqsam l-għarfien tiegħu dwar il-ħidma interna tal-iktar bord importanti tal-Awtorità fir-rigward għat-teħid tad- deċiżjonijiet. Il-Perit Vincent Cassar

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 February 2021