Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1339765
07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 14 TA' FRAR 2021 Il-vaċċin fl-UE: 'Mhux li nordnaw aktar imma li jasal dak li ordnajna' Il-vaċċin kien is- suġġett prinċipali fil-Parlament Ewropew din il-ġimgħa. Ftit ġranet biss qabel il-plenarja, il- gazzetta ILLUM kienet fost diversi kmamar tal- aħbarijiet Ewropej li tkellmu mal- MEPs proprju dwar dan is- suġġett... MARIANNA CALLEJA Pajjiżi tal-Unjoni Ewropea - inkluż Malta - forsi bħalissa jistgħu jinnutaw nuqqas fil- provvista tal-vaċċin kontra l-COVID-19. Dan minkejja l-ehim li jassigura 2.3 biljun doża u li ġie jiswa €2.7 biljun mit-taxxi tal-poplu. Dan wassal biex il-Parlament Ewropew jitlob għal aktar trasparenza mill-kumpaniji farmaċewtiċi iżda ukoll mill-Kumissjoni Ewropea. Dan kollu tfakkar f 'konferenza organizzata mill-Parlament Ewropew bil-kollaborazzjoni tal- uffiċju tal-Parlament Ewropew f 'Malta illi għaliha attendew madwar 200 ġurnalist Ewropew inkluż rappreżentanta tal-gazzetta ILLUM. Din il-konferenza rat il- parteċipazzjoni ta' erba' Membri Parlamentari Ewropej fi ħdan il-Kumitat tal-Ambjent, Saħħa Pubblika u Sigurtà fl-Ikel inkluż ic-chairperson tal-istess kumitat l-MEP Franċiż Pascal Canfin mill-Partit Renew Europe. L-MEP Pascal Canfin fetaħ il-konferenza billi tkellem fuq kif il-Parlament Ewropew ilu minn Settembru jistaqsi għal aktar trasparenza speċjalment rigward kuntratti li saru bejn il-Kumissjoni Ewropea u l-kumpaniji farmaċewtiċi. L-MEP Franċiż spjega li huma jimu li ma jistax jiġi ppublikat il-kuntratt kollu għax hemm dettalji kunfidenzjali bħal- formula wara l-vaċċin iżda hemm dettalji li l-pubbliku għandu jkun infurmat bihom inkluż prezzijiet u l-post tal-produzzjoni. L-Istati Membri jridu jgħidu kemm u liema vaċċin iridu Canfin talab ukoll għal trasparenza mill-pajjiżi tal-UE partikolarment rigward kemm hemm bżonn vaċċin u liema vaċċin jeħtieġu, bħal ma għamlu Franza, id-Danimarka u l-Iżvezja. Huwa spjega li din mhux kompetizzjoni ta' min se jieħu vaċċin l-ewwel u fakkar li l-Parlament Ewropew assigura biżżejjed dożi biex kull ċittadin tal-Unjoni Ewropea jiġi jew tiġi imlaqqma darbtejn tant li "l-għan issa mhux li jkollna aktar ordnijiet imma li dak li ġie ordnat jasal", temm Pascal Canfin. Tajjeb li nsemmu li negozjati ma' kandidati affidabli u ta' potenzjal beda lura fis-sajf tal- 2020. Importanti ngħidu wkoll li l-Aġenzija tal-Mediċina Ewropea (EMA) tagħti awtorizazzjoni iżda mhux obbligu jew parir dwar liema vaċċin pajjiż għandu jagħżel. Hija L-awtorita' ta' kull nazzjon inidividwali li tiddetta min jieħu l-vaċċin u meta. Eżempju mhux il-pajjiżi kollha aċċettaw li jaħdmu bil-vaċċin Pfizer għax prezzha hu ogħla u bħala vaċċin hi pjuttost kumplikata, iżda ħadd ma stenna li dik se tkun l-ewwel vaċċin approvata. Il-Kumissjoni Ewropea għandha fethim ma' sitt żviluppaturi tal-vaċċin, dawn huma Pfizer/BioNtech (600 miljun doża), Moderna (160 miljun doża), AstraZeneca (400 miljun doża), CureVac (405 miljun doża), Johnson&Johnson (400 miljun doża) u Sanofi-GSK (300 miljun doża). Dan kollu wasal lill-Membri Parlamentari biex ikomplu jenfasizzaw li l-unika problema li għandna fil-preżent hi l-produzzjoni u dik hi l-unika ħaġa li l-Parlament Ewropew m'għandux kontroll fuqha. 'Wasalna fix-xifer għat-tielet mewġa' Membru ieħor tal-kumitat, l-MEP Ġermaniż Peter Liese mill-Partit Popolari Ewropew saħansitra saħaq li "wasalna fix- xifer biex naqgħu fit-tielet mewġa. Hemm pajjiżi bħal Portugall u l-Irlanda li diġà bdew." L-Assistent Chairperson tal- Kumitat l-MEP Irlandiż Bas Eickhout mill-Partit tal-Ħodor, kompla ma' Liese billi fakkar li issa qed insibu bosta varjanti. H a w n E i c k h o u t s e m m a l-idea' wara l-lockdowns u qal li meta pajjiż jidħol f 'lockdown ikun qiegħed biss jirbaħ il-ħin. "Fil-verita għandna bżonn għażliet oħra u jekk hemm bżonn, vaċċin ġdid li jiġġieled il-varjanti." L-MEP Irlandiż esprima biżà li l-agħar messaġġ li nistgħu nagħtu bħalissa hu propju l-lockdown. Dan għaliex - skont hu - in- nies se jaraw din il-miżura bħala 'għadna fejn konna' "meta fil- verità qed isir ħafna aktar. Infatti hu reġa' tkellem fuq kif faċli nwaħħlu fil-kumpaniji farmaċewtiċi iżda fl-aħħar mill-aħħar din mhux logħba u "kulħadd qed jiskopru u joħloq u jittestja kemm jista." Id-dritt li ssiefer għandu jingħata wara t-tieni doża Meta mistoqsijin rigward l-passaport Ewropew għas-safar għal nies li ħadu l-vaċċin, l-MEPs fakkru li billi nieħdu l-vaċċin mhux se nkunu 100% protetti mil-virus iżda huma mhux kontra li n-nies li jieħdu ż-żewġ dożi tal-vaċċin jingħatalhom lura id-dritt li jsiefru. H a w n h e k k kien Bas Eickhout li talab għal-aktar dixxiplina ma' pajjiżi li fihom hemm diversi varjanti tal-virus, bħal Brażil u l-Afrika ta' isfel. Fakkar ukoll li hekk pajjiż ma' jilħaqx jagħti d-doża lil 70% tal- poplu sas-sajf li ġej, dan jibqa' mmniżel bħala red zone. L-aħħar MEP li tkellmet waqt din il-konferenza kienet Jytte Guteland mill-Partit tal-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew li fakkret illi rridu nżommu f 'moħħna li qegħdin f 'pandemija ta' aħbarijiet foloz ukoll. Sostniet li hemm mentalità żbaljata kontra l-vaċċin u mhux jgħin li "kumpanija tistaħba wara kuntratt li hi biss tista tara." Fid-dawl tal-kontroversja mar-Russja, meta mistoqsi dwar Sputnic V, l-MEP Bas Eickhout qal li ladarba tiġi approvata u jkun hawn domanda għaliha ma jarax li hemm problema li tinxtara għall-UE wkoll. Pascal Canfin - Chairperson tal-Kumitat tal-Ambjent, Saħħa Pubblika u Sigurtà fl-Ikel fi ħdan il-Parlament Ewropew