Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1339765
15 kultura u festi illum • IL-ĦADD 14 TA' FRAR 2021 'Studji juru li jeħtieġ jonqos it-traffiku f'postijiet bħal Furjana, Imsida u Raħal Ġdid' - ADPD ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Iċ-Chairperson ta' ADPD Carmel Cacopardo waqt konferenza tal-aħbarijiet sostna illi l-ERA għandha riżultati minn kampjuni tal-arja li juru illi fl-Imsida qed jinqabżu l-limiti permissibbli ta' partiċelli perikolużi fl-arja. Dan filwaqt li fakkar illi studji pubbliċi juru wkoll li għandha tittieħed azzjoni immedjata biex jonqos it-traffiku drastikament fil- Pietà, partijiet mill-Furjana, l-Imsida, il-Marsa, il-Ħamrun, Ħal Qormi, Ħal Luqa u Raħal Ġdid. "In-nies li joqgħodu u jaħdmu f 'dawn l-inħawi qed ikollhom saħħithom mhedda minħabba kwalità ħażina tal-arja," sostna Cacopardo f 'reazzjoni għal pjan li qed iħejju l-Awtorità għall- Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u l-Ministeru għall-Ambjent, it- Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar dwar il-kwalità tal-arja skont kif titlob id-Direttiva dwar il-Kwalità tal- Arja Ambjentali. Is-Segretarju Ġenerali ta' ADPD Ralph Cassar esprima t-tama tal-partit li l-pjan il- ġdid jkun fih miżuri effettivi li jitwettqu. "Filwaqt skont l-ERA u l-Gvern il-pjan dwar il-kwalità tal-arja se jiffoka prinċipalment fuq is-settur tat-trasport peress li parti kbira mit-tniġġis ġej mit- trasport, nittamaw li l-pjan ikun effettiv , jaqbad il-barri minn qrunu u li fl-aħħar mill-aħħar il-Gvern jimplimenta l-pjan sew u kif suppost," sostna Cassar. Huwa fakkar kif minkejja ħafna ftaħir Gvern Nazzjonalista ta' qabel l-2013 dan kien irrifjuta li jimplimenta Low Emission Zone fl-Imsida, liema proposta kienet saret lill-kabinett mill- MEPA. "Il-Gvern Laburista ta' Muscat ukoll kien jiaħar li ma riedx jikkontrolla t-tniġġis mit- trasport, u sal-lum Ian Borg qed jimplimenta politika dwar it-trasport skaduta, megħjun u mħeġġeġ mill-inġinier-gaffa ta' Infrastructure Malta Frederick Azzopardi." L-ADPD tgħid li la Gvern Nazzjonalista u lanqas dak Laburista ma ħadmu bil-fatti biex inaqqsu l-emmissjonijiet fl-arja kkawżati mit-traffiku, anzi nkoraġġixxew aktar traffiku ... L-MWL twieġeb lil Rosianne Cutajar: Il-prostituzzjoni m'għandha qatt tkun ikkunsidrata 'xogħol leġittimu' Il-Malta Women's Lobby (MWL) qalet illi ladarba l-prostituzzjoni hija nasba soċjali, ma tista' qatt taċċetta li tingħata l-idea li hija xi karriera leġittima jew aċċettabbli u tfakkar illi l-maġġoranza tal-prostituti jippreferu kieku jistgħu jagħmlu xogħol ieħor. Ladarba l-prostituzzjoni ssir xogħol bħal kwalunkwe ieħor "tkun biss kwistjoni ta' żmien qabel il-prostituzzjoni tkun ikkunsidrata bħala għażla leġittima ta' karriera fl-iskejjel u rriklamata bħala triq aċċettabbli għal nisa u żgħażagħ, kif jiġri f 'pajjiżi fejn ġiet legalizzata," wissiet l-MWL. Dan qalitu fid-dawl ta' kumment tas- Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza Rosianne Cutajar illi l-prostituzzjoni għandha titqies bħala xogħol leġittimu. Il-Parlament Ewropew il-ġimgħa l-oħra appella biex is-servizzi sesswali offruti minn persuni li huma traffikati jkunu kriminalizzati. Fi stqarrija l-Lobby jfakkar illi l-maġġoranza ta' dawk li jinsabu fil- prostituzzjoni huma nisa - inkluż nisa trans - filwaqt illi dawk li jixtru s-servizz huma fil-biċċa l-kbira irġiel. "Suq tas-sess mingħajr sanzjonijiet fuq min jixtri kif qed ikun propost, jibgħat messaġġ ħażin illi huwa aċċettabbli li tbiegħ il-ġisem ta' mara u dan allura jkun jirrifletti x'valur tingħata l-mara fis-soċjetà tagħna." Għalhekk l-MWL temmet tappella lill- Gvern biex jiem illi l-prostituzzjoni hija forma ta' sfruttament sesswali għal ħafna minn nies involuti u iktar milli jagħmilha faċli għat-traffikanti u x-xerejja għandu jagħmel liġi li tipproteġi lill-vulnerabbli