Illum previous editions

ILLUM 14 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1339765

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 letteratura IL-ĦADD 14 TA' FRAR 2021 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb It-tifkiriet tagħna tal-Eterni Rikordji tal-kitba tal-mémoires Dalgħodu mort il-quddies tat- tmienja... Filgħaxija mort sal- każin tal-Bamboċċu u wara l-Mużew u wara erġajt mort il- każin... Bakkarnilu kmieni u fid- disgħa ġa konna s-Seminarju... Lil Brenda ma rajthiex fil- klassi tal-Malti – naħseb baqgħet titmeslaħ ma' dak il- muqran... Penza tal-Maiden mar xtara pakkett Marlboro u nżilna l-Wied inpejpu... Qabel l-assembly erġajna nġarbna kollha mxenqin ħdejn l-uffiċċju nistennew lit-teacher tal-Ingliż tidħol tiffirma... Tal-każin tal- Labour qed jgħidu li dax-xahar għandu jiġi jkellimna Sant – nistaqsih jiffirmali Evelyn Costa... Saru jogħġbuni ħafna l-Jethro Tull... Il-Liverpool rebħu 4-3 kontra n-Newcastle fl-aħħar minuti b'gowl ta' Collymore... Fenech Adami qal li konna qegħdin photofinish... Is- Surmast iridni naqta' xagħri... Illum ma mortx il-lezzjoni tal- Philosophy għax bqajt il-White Arrow... Kultant ngħid missieri qed isegwini... Diska tal-ġurnata Prodigol Son – Iron Maiden... Fil-memorji tiegħu Rajt lil Malta Tinbidel (1977) il-kittieb Herbert Ganado kiteb – fost bosta sentenzi memorabbli oħrajn – illi "nistħajjel li jiena kont l-ewwel wieħed li kelli l-kuraġġ jew il- wiċċ tost [...] li nikteb ħajti kollha bl-istorja intima tagħha". Għadni niakar qisu lbieraħ – fil-librerija taċ-ċentru Laburista lokali – naqra dis-sentenza addoċċ minn wieħed mill-erba' volumi li jsawru dil-ġabra ta' tiiriet. Niakar illi l-ktieb ma ħadtux miegħi għaliex – għandu mnejn sforz simpatiji partiġġjani – il-librar seħħlu jipperswadini biex minflok għal dik il-ġimgħa nissellef Min Hu Evelyn Costa? u drammi oħra t'Alfred Sant. Il- ktieb ta' Ganado malajr insejtu iżda dika s-sentenza baqgħet f 'moħħi, l-iżjed għaliex it tax- xhur qabel kull filgħaxija kont bdejt nikteb kulma kien jgħaddi għala minni – jew kważi – fid- Djarju Ħabib illi kienet tistampa kull sena l-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ. Ir-raġuni għala kont tħajjart inżomm djarju f 'moħħi qatt ma kienet ċara u – kienet x'kienet – żgur ma kinitx daqstant serja. M'iniex fis-sew lanqas sewsew l-għaliex – tard fl-1997 – kont waqqa sobtu u ħesrem dil-prattika li kienet baqgħet għaddejja kuljum preċett tul kważi erba' snin. Għandu mnejn f 'dik l-età kont xbajt dejjem nikteb l-istess ħwejjeġ: illum qrajt dak il-ktieb, għada sejjer il-ġnien niltaqa' ma' dik u nispera li did- darba tħallini; filgħaxija smajt dak l-album; x'passata erġajna għaddejna bit-teacher tal-Physics; qed iwaħħlu fija li tajjart apposta s-salvavita tal-Mużew – maż- żmien dal-istejjer bdejt inħosshom isiru kemxejn monotoni. Terġa' u tgħid, qatt m'għaddhietli minn moħħi nippubblikahom: djarji li kważi kull paġna minnhom tiaħ "illum mort hemm" jew "dalgħodu ma tantx studjajt" ma tantx jipprometti. Biss, dawk is- snin kienu biżżejjed – anzi iżjed minn biżżejjed – biex rabbew fija n-namra għall-ġeneru letterarju tal-mémoire. Tul dawn l-aħħar xhur – bħalma ġieli rrimarkajt qabel hawnhekk – il-kitba tal-memorji personali donnu kibret ħafna fil-popolarità, anke fix-xena letterarja tagħna. L-iżolament tal- pandemija – flimkien mal-bżiegħ subkonxju li donnha d-dinja issa waslet fl-aħħrijiet – nisslet f 'ħafna nies il-ħtieġa li jaljenaw rashom mir-realtà immedjata billi jfakkru u forsi wkoll jiċċelebraw l-imgħoddi mbiegħed. Oħrajn imbagħad ippreferew jirreġistraw il-ħsus tal-mument, aktarx biex jiġri x'jiġri jħallu rikordju qabel alla-ħares-qatt jintemm kull rikordju. Ngħid għalija dal-bżonn – almenu apparagun mal-biċċa l-kbira – dam ħafna ma beda jagħmel bija: kellhom jgħaddu x-xhur qabel ma t-tiiriet ħadu r-riedi fuq ix-xewqa impossibbli tiegħi li ninsa kollox. Forsi għax id-dnub ma jorqodx: mhux talli mbagħad spiċċajt inqalleb fil- mémoires tiegħi talli – bla 'qas ittendejt – l-iskrivanija tiegħi bil- qajl il-qajl imtliet kważi kollha b'kitbiet ta' dix-xorta jew bi studji fuq dan il-ġeneru ta' kitba. Għaldaqstant dad-djarji fqajra tiegħi sfaw midfuna – bir-raġun kollu – taħt bosta kotba kollha memorji: Fl-Isem tal-Missier - Immanuel Mifsud (2010), Noti Jien Noti – Immanuel Mifsud/ Toni Sant (2020); Riders on the Storm - John Densmore (1990); L'été (Is-Sajf, 1950) - Albert Camus/Toni Aquilina; Gaza: My Story - Paul Gascoigne (1989); Confessions of a European Maltese - Alfred Sant (20034); Fjuri li Ma Jinxfux - Oliver Friggieri (2008); Jien U Għaddej Fil-Politika - Lino Spiteri (2007); La force de l'âge (Fil-Fjur tal-Ħajja, 1960) - Simone de Beauvoir; Les Mots (Il- Kliem, 1963) - Jean-Paul Sartre; What Does is Button Do? (Dil- Buttuna x'Tagħmel?, 2017) - Bruce Dickinson; In My Own Way (Bil- Mod Tiegħi, 1972) t'Alan Watts; e Long Hard Road Out of Hell

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 February 2021