Illum previous editions

ILLUM 14 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1339765

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 letteratura illum • IL-ĦADD 14 TA' FRAR 2021 Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jaqsam magħna l-ħsibijiet tiegħu rigward il-ġeneru letterarju tal-mémoires. Minn memorja dwar l-ewwel laqgħa tiegħu mal-kittieb Henry Ganado jiftakar x'kien kebbes fih in-namra ma' din ix-xorta ta' kitba. Saliba jistaqsi – filwaqt li jirreferi wkoll għal xogħlijiet awtobijografiċi lokali bħal dawk t'Immanuel Mifsud, Oliver Friggieri, Trevor Zahra, Lino Spiteri u Alfred Sant – x'jistgħu jkunu l-motivi li jħajru lin-nies jiktbu u jperrċu ħajjithom. Imbagħad, imnebbaħ minn Emanuele Severino u Susan Sontag, jifhem xi ftit aħjar kif forsi l-aħjar għandu jaqra l-mémoires tiegħu ta' ħaddieħor, voldieri bħala tentattiv biex infakkru l-eterni... (It-Triq it-Twila 'l Barra mit- Tniebri, 1998) - Marilyn Manson; Autobiography of a Spiritually Incorrect Mystic (Awtobijografija ta' Mistiku Spirtiwalment Skorrett, 2001) – Osho; Chaque fois unique, la fin du monde (Dejjem mill- Ġdid: Tmiem id-Dinja, 2002); Il mio ricordo degli eterni (It-Tiiriet Tiegħi tal-Eterni, 2012) t'Emanuele Severino – awtobijografija b'titlu li mhux biss jiġbor tajjeb ħafna il-viżjoni filosofika ta' dan l-iġgant tal-filosofija Taljan iżda wkoll – aktarx, forsi, żgur – l-istint, jekk nistgħu nsejħulu hekk – illi jwebbel lin-nies biex iħażżu ħsibijiet u ħsushom dwar ġrajjiethom. Ftit snin qabel ħalliena Severino bħal bassar illi – eterni u mhux – iċ-ċens fuq din l-art kien ser jiskadilu ma jdumx u għaldaqstant kiteb l-istorja ta' ħajtu, sintendi skont il- perspettiva Neo-Parmenidjana tiegħu. Tassew stramba kif saħansitra xi ħadd illi qatta' ħajtu kollha jargumenta li – minkejja kull parenza u kull sapjenza – kollox kien minn dejjem u jibqa' għal dejjem, xorta waħda madankollu ħass il-ħtieġa li jdejjem ismu permezz tal-kitba tal-mémoires. "Kull ġest, għemil, ħsieb, affezzjoni tal-ħajja ta' kuljum huwa, sa mit-twelid, espressjoni tar-rieda li nkunu għall-Kenn, voldieri tar-rieda għas-setgħa u għall-fidwa", kiteb f 'din l-awtobijografija filosofika tant u tant singulari. Jidhirli li din l-istqarrija – abbli bħas-sentenza ta' Ganado – tista' sservi ta' punt ta' tluq idoneu – jew kapaċi wkoll sfond ġenerali – għall-modi kif nistgħu naqraw u ninterpretaw din ix-xorta ta' letteratura. Tista' tagħtina wkoll ħjiel siewi rigward għaliex tinkiteb. Id-diskorsi filosofiċi ta' Severino – inklużi l-argumenti possibbli li seta' ressaq lilu nnifsu biex jiġġustifika din il-pubblikazzjoni – kumplessi wisq biex jinġabru hawnhekk fi it kliem. Iżda għandi niem illi anke hu – minkejja li żgur kien tal-fehma li kien qed jidneb kontra qaddisu – xorta waħda ta l-kunsens lilu nnifsu biex jiddubita l-immortalità: għaldaqstant, għalli jista' jkun, ironikament, ħass il-ħtieġa urġenti li (jerġa') joħloqha mill- ġdid, bit-tiiriet tal-eterni. U forsi mhux l-immortalità biss iżda wkoll lilu nnifsu. Kienu x'kienu l-motivi ta' Severino – kemm-il darba ninxteħu naqraw il-mémoires minn dina l-perspettiva – aktarx ebda rakkont tal-imgħoddi, ikun xi jkun, tajjeb jew ħażin, tagħna jew mhux, minn Il-Ġenn li Jżommni f 'Sikkti ta' Trevor Zahra sa 10 snin Nilgħab fl-Ewropa t'André Schembri – ma jibqa' jinhiem l-istess. F'dar-rigward tabilħaqq pertinenti ċerta rimarka partikulari ta' Susan Sontag: "Inkunu superfiċjali jekk nimu d-djarju bħala sempliċiment kontenitur għall-ħsibijiet privati u sigrieti tagħna – ħabib tal-qalb trux, mutu u analfabeta. Fid- djarju mhux biss nesprimi ruħi b'mod iżjed miuħ milli qatt nista' nagħmel ma' kwalunkwe persuna oħra, iżda noħloq lili nnifsi. Id- djarju huwa vejjiklu għas-sens tiegħi tal-jien. Jirrappreżentani bħala bniedma emozzjonalment u spiritwalment indipendenti. Għaldaqshekk (jaħasra!) dan mhux biss jirreġistra l-ħajja attwali tiegħi ta' kuljum iżda pjuttost – f 'bosta każi – joffri alternattiva għaliha". (Reborn: Journals and Notebooks, 1947- 1963, 2008). U hemm xi jgħidli li jekk naqraw mill-ġdid skont dan il-memorji ta' ħaddieħor – u iżjed u iżjed dawk tagħna – ikollna, irridu jew ma rridux, imqar għal it, nagħtu daqsxejn raġun lit- tiiriet tal-eterni skont Severino: "dak li jitlaq jgħib għal it, iżda mbagħad, kulma jkun għeb jerġa' jfeġġ". Ma trid xejn imbagħad biex minn hemm – minn fuq l-ispallejn tat-tiiriet tagħna tal-eterni – anke l-iżjed memorji awtobijografiċi banali tagħna jingħataw sura u tifsira ġdida li jkun sħaqqha tixxandar... Diska tal-ġurnata: Changes – Black Sabbath; Iddejjaqt immur il-Mużew... Morna sal- grawnd naraw Belt-Birkirkara... Tal-għaġeb dal-poeżiji ta' Mizzi – ġennini ostja... Ommi ma tridnix immur l-irtir tal- Christian Community għax ser ikun it-tfajliet... Eric silifli l-Meditations on First Philosophy ta' Descartes... Dun Frans qalilna biex ma mmorrux iżjed l-irtiri tal-vokazzjonijiet għax qażżiżna 'l Alla... Ħija silifli Sheer Heart Attack tal-Queen... Wara l-privat tal-Malti Vella sab reġġipettu maħmuġ mal-art u garaw mit- triq tal-Mużew għal ġol-klassi tat- tfal... Kemm qed nieħu fil-lezzjoni ta' Dante... Xtrajna bejnietna ħames liri telecard u wara l-Youth Centre morna nċemplu 'l dik taż-żejżiet... Il-Vanġelu tal-lum kien veru sabiħ, imma l-omelija ummima... Ma kiex mument li mort nivvinta nibgħat dika l-kard tal-Valentine's... Sibt il-kexxun naqra mqalleb – tgħidli qalbi missieri sabli s-sigaretti u qed jaqrali d-djarju...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 February 2021