Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1342441
07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 21 TA' FRAR 2021 ħaddieħor! Ħarsa lejn l-andament tat-tilqim fl-aktar swieq I r - R e n j u Unit, partikolarment l-Ingilterra, jibqa' d-destinazzjoni l-aktar popolari mal-Maltin u għas- settur tat-Turiżmu Malti t-turisiti Ingliżi huma essenzjali. Jekk wieħed iħares lejn l-andament tat-tilqim fir-Renju Unit, mal-ewwel daqqa t'għajn jaħseb li qed jiġru b'kulħadd, hekk kif sa issa madwar 16-il miljun persuna ngħataw l-ewwel doża tal-vaċċin. Ir-Renju Unit għandu popolazzjoni ta' madwar 67 miljun. Dan ifisser li ntlaħqet il-mira tal-Gvern Ingliż li malajr kemm jista' jkun jipprovdi l-ewwel doża liċ-ċitaddini vulnerabbli kollha, inkluż l-anzjani li għandhom 'il fuq minn 75 sena, il-frontliners mediċi u anke dawk li jaħdmu mal-anzjani. Jekk wieħed jaqleb dan l-ammont f 'persentaġġ, ifisser li 22% tal-popolazzjoni fir-Renju Unit ħadet l-ewwel doża tal- vaċċin kontra l-Covid-19. Tajjeb ħafna! Imma mhux l-istess jista' jingħad meta wieħed iħares lejn il-persentaġġ ta' ċittadini li ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin u għalhekk kisbu l-immunità sħiħa kontra l-virus. Fil-fatt, sa issa, 0.8% taċ-ċittadini tar-Renju Unit (530,000) ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin, persentaġġ li jpoġġih fost l-agħar fil-lista tal-pajjiżi Ewropej. It-tieni doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 fir-Renju Unit qed tingħata wara tnax-il ġimgħa mill-ewwel waħda. Ta' min ifakkar ukoll li r-Renju Unit kien l-ewwel pajjiż fl-Ewropa li approva u beda jamministra vaċċin kontra l-Covid-19. Fil- fatt, ir-Renju Unit ta l-ewwel dożi fit-8 ta' Diċembru. It-tir tar-Renju Unit huwa li jlaqqam lil dawk kollha li għandhom 'il fuq minn 50 sena sa April. Bħalissa, l-Ingilterra tinsab taħt it-tielet lockdown nazzjonali u qed tiżdied il-pressjoni biex il- Gvern jagħti indikazzjoni meta dan se jintemm. Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson mistenni jħabbar il-pjan tiegħu nhar it-22 ta' Frar. Ir-Renju Unit ordna 407 miljun doża tal-vaċċin mingħand seba' kumpaniji. Sa issa, fir-Renju Unit qed jingħata l-vaċċin ta' BioNTech/ Pfizer, Moderna u AstraZeneca/ Oxford. Bid-dożi ta' AstraZeneca/ Oxford u ta' Pfizer, ir-Renju Unit għandu biżżejjed biex ilaqqam il- popolazzjoni kollha. Fir-Renju Unit kienu rreġistrati aktar minn erba' miljun każ ta' Covid-19. Aktar minn 117,000 tilfu ħajjithom. Bejn Jannar u Diċembru 2019, waslu f 'Malta 649,642 turist mir- Renju Unit. Renju Unit: Jiġru bl-ewwel doża iżda għadhom lura mmens bit-tieni Ġermanja: Merkel stess tgħid li l-proċess tat-tilqim huwa 'diżappuntanti' It-tilqim fil-Ġermanja mhuwiex miexi kif mixtieq u rrikonoxxiet dan anke l-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel li din il-ġimgħa qalet ċar u tond li sa issa l-proċess kien "diżappuntanti." Il-Ġermanja bdiet tlaqqam il- popolazzjoni tagħha mal-bqija tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri nhar is-27 ta' Diċembru. Minn dakinhar, il- Ġermanja amministrat aktar minn erba' miljun doża. Madanakollu 1.7% tal- popolazzjoni Ġermaniża ħadet iż-żewġ dożi tal-vaċċin u dan ipoġġi lill-Ġermanja fit-12-il post fost il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. Il-mira tal-Ġermanja hija li sal- Għid, jiġifieri sal-bidu ta' April, tkun laqqmet lill-frontliners, lill-anzjani minn 70 sena 'l fuq u lill-persuni l-oħra li huma l-aktar vulnerabbli għall-virus. Il-Ġermanja ħejjiet diversi ċentri għat-tilqim, inkluż fi swali tal-wirjiet u anke f 'ċentri sportivi, iżda sa issa dawn it li xejn raw persuni, hekk kif ħafna mid-dożi li waslu qed jiġu amministrati lill- anzjani fid-djar tal-anzjani u lill- pazjenti fl-isptarijiet. Madanakollu Merkel qed twiegħed li sal-aħħar ta' Marzu, dawn iċ-ċentri se jkunu qed joperaw fil-kapaċità massima tagħhom. Anke l-Ġermanja bħalissa tinsab taħt lockdown strett. Fil- fatt, it tal-jiem ilu, il-Gvern u s-16-il Gvernatur tal-pajjiż qablu li jestendu l-lockdown sas-7 ta' Marzu, anke jekk il-ħwienet tax- xagħar u l-iskejjel mistennija jiħu qabel. Fil-Ġermanja kienu rreġistrati aktar minn 2.3 miljun każ ta' Covid-19. Aktar minn 66,000 tilfu ħajjithom. Bejn Jannar u Diċembru 2019, waslu f 'Malta 211,546 turist Ġermaniż. Spanja: Dewmien fil-konsenji jtellef il-programm tat-tilqim M i l l - a ħ ħ a r ta' Diċembru sal-lum, Spanja amministrat madwar tliet miljun doża tal- vaċċin kontra l-Covid-19. Il-popolazzjoni ta' Spanja hija ta' madwar 47 miljun. Minn dawn, 2.1% taċ-ċittadini Spanjoli, jew aħjar it inqas minn miljun persuna, ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin. Dan ipoġġi lil Spanja fil-ħames post fost il-pajjiżi kollha membri tal- Unjoni Ewropea. L-aktar li jinsabu 'l quddiem fil-programm tat-tilqim hemm ir-reġjun ta' Andalusia u warajh il-Katalunja, Madrid u r-reġjun ta' Valencia. Intant, din il-ġimgħa tħabbar li, minn April, Spanja se tkun qed tirċievi 20.8 miljun doża addizzjonali tal-vaċċin ta' Pfizer u BioNTech u dan bħala parti minn ehim li laħqet il- Kummissjoni Ewropea biex il- kumpaniji jipprovdu 300 miljun doża aktar. Dawn id-dożi addizzjonali mistennija jikkompensaw għad- dewmien fil-wasla tal-konsenji fl-aħħar ġimgħat u li wassal biex uħud mir-reġjuni Spanjoli jissospendu l-programm tat- tilqim. Spanja hija fost l-aktar pajjiżi li qed jimbottaw 'il quddiem il-proposta li jkun approvat passaport jew ċertifikat li jkun rikonoxxut internazzjonalment u li jingħata lil dawk li jkunu ġew imlaqqma kontra l-Covid-19. Il-Ministru għat-Turiżmu Reyes Maroto qed jisħaq li dan għandu jkun għodda importanti u essenzjali li jiffaċilita l-irkupru tal-ivjaġġar sigur. Spanja fil-fatt qed tittama li tilħaq ehim ukoll dwar dan mar-Renju Unit, anke għax l-Ingliżi, qabel feġġet il- pandemija, kienu jammontaw għal 20% tat-turisti li jaslu fil- pajjiż. Fil-fatt, fl-2019, aktar minn 18-il miljun persuna mir- Renju Unit żaru Spanja. Fi Spanja kienu rreġistrati aktar minn tliet miljun każ ta' Covid-19. Aktar minn 65,000 tilfu ħajjithom. Bejn Jannar u Diċembru 2019, waslu f 'Malta 116,295 turist Spanjol. Franza: Fost l-agħar fl-UE Il-programm tat-tilqim fi Franza waqa' lura u qed ikun ikkritikat mhux biss mill-Franċiżi. B'popolazzjoni ta' 67 miljun, sa issa ġew amministrati tliet miljun doża. Sa issa, 1% biss tal-popolazzjoni ħadet iż-żewġ dożi tal-vaċċin u dan ipoġġi lil Franza fost l-agħar pajjiżi (fl-24 post), meta l-persentaġġ ikun imqabbel ma' dak fil-bqija tal-Istati membri tal- Unjoni Ewropea. Apparti minn hekk, it tal- jiem ilu, l-awtoritajiet tas-saħħa fi Franza qed jirrakkomandaw li dawk il-pazjenti li kellhom il- Covid-19 jirċievu doża waħda minflok tnejn. Skont il-Haute Autorité de Santé, l-eks pazjenti tal-Covid-19 ikollhom diġà it immunità kontra l-virus u għandhom jitlaqqmu bejn tliet u sitt xhur wara li j k u n u fiequ. Spjegat kif doża waħda se tkun qed isservi bħala 'booster,' għal dawn il-pazjenti, ġaladarba diġà jkollhom xi immunità. Fi Franza qed jinxterdu wkoll diversi varjanti tal-Covid-19. Varjanti li żviluppaw fil-Brażil u l-Afrika ta' Isfel qed jammontaw għal madwar 5% tal-każi l-ġodda rreġġistrati fi Franza. Il-varjant Ingliż tal-Covid-19 qed jammonta għal 25% tal- infezzjonijiet il-ġodda. Fi Franza kienu rreġistrati aktar minn 3.4 miljun każ ta' Covid-19. Aktar minn 82,000 tilfu ħajjithom. Bejn Jannar u Diċembru 2019, waslu f 'Malta 239,140 turist Franċiż.