Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1342441
27 films illum • IL-ĦADD 21TA' FRAR 2021 Carmel Bonnici Serje twila ta' films dwar 'Bulldog Drummond' (1) 'Sapper' Herman Cyril McNeile (eks-suldat tar-Royal Engineers) ħoloq il-famuż karattru, Bulldog Drummond, spija dilettant stil ta' James Bond tas-snin 20, b'manjiera antikwata u b'karriera fl- armata u bbażah fuq sieħbu Gerald Fairlie. Mela, Hugh Drummond bil-laqam ta' "Bulldog" kien uffiċjal tal-Armata Brittanika li dejjem moħħu fl-avventuri. Il-possibilita' li dan il-karattru jinġieb fuq il-liżar taċ-ċinema kienet kbira u Drummond kien is-suġġett ta' diversi films muti. L-ewwel darba li deher fil- films kien interpretat minn Carlyle Blackwell fl-1922; wara, fl-1925 minn Jack Buchanan li reġa' rrepetih fl-1940. Il-propja Bulldog Drummond inħadem fl-1929 bl-atturi prinċipali jkunu l-attraenti u vigoruż Ronald Colman u bi Claude Allister bħala s-sieħeb komuni tiegħu. Algy. Colman ħadem ukoll fis-sequel divertenti Bulldog Drummond Strikes Back li aktarx kopja ta' dan il-film m'għadiex teżisti. Ħadd minn dawk kollha li nterpretaw lil din il-persuna ma ħabbatha ma' Colman għall- kapaċita' u ħlewwa li wera jew għall-iskript intelliġenti tal- ewwel żewġ films. Fi sforzi ta' wara, film Brittaniku bl-isem ta' Bulldog Jack li għadda passata umoristika bl-ewwel żewġ films ta' Bulldog Drummond, ukoll kellu suċċess tant li atturi mir-Renju Unit bħal Jack Buchanan u Ralph Richardson ukoll ġew magħżula jaħdmu din il-parti. Pero', s-sensiela maġġuri bdiet tinħadem tard fis-snin 30 minn Paramount Pictures, b'John Howard bħala Drummond, John Barrymore jkun l-Ispettur Neilson ta' Scotland Yard, Reginald Denny fil-parti ta' Algy, E. E. Clive jkun s-seftur Tenny u varjeta' ta' tfajliet għall-attrazzjoni romantika ta' Howard. Dawn kienu films qosra ta' madwar siegħa l-wieħed, thrillers misterjużi b'karattri viljakki formidabbli bħal J. Carrol Naish, Anthony Quinn, George Zucco u Eduardo Ciannelli. Tard fis-snin 40 Ron Randall u Tom Conway ħadmu żewġ films kull wieħed minn din is-serje li ma kienux ħżiena imma li ma tantx intlaqgħu kif kien mistenni. L-aħħar wieħed kien Calling Bulldog Drummond, produzzjoni tal-1951 b'Walter Pidgeon fil-parti prinċipali u David Tomlinson bħala Algy. Dan kien magħmul b'ċerta ħila, iżda ma rnexxilux jirxoxta xi interess partikulari f 'din is- sensiela pjutost twila. Films oħrajn minn ta' qabel dwar dan l-aġent li xi kultant intwerew fuq it-TV (hemm xi ftit li qatt ma dehru) jinkludu l-atturi John Lodge u Ray Milland li għamlu l-parti tagħhom fi proġetti pjaċevoli imma ta' ftit interess. Attentat aħħari, li kien fjask, biex jerġgħu jirxuxtaw lil dan il-karattru sar mir- Rank Organisation bl-attur Richard Johnson jaħdem f 'żewġ xogħlijiet – Deadlier Than The Male (1966) u Some Girls Do (1968). Imma, issa l-attenzjoni totali tal-pubbliku kienet waqgħet fuq Sean Connery bħala l-aġent 007 "Licence To Kill" f 'James Bond. B'kollox kien hemm 19-il film dwar Bulldog Drummond li se nagħti ħarsa qasira lejhom: Bulldog Drummond (1929) (89 minuti) Direttur F. Richard Jones. Jaħdmu Ronald Colman, Joan Bennett, Lilyan Tashman, Montague Love u Claude Allister. Colman tassew jagħti gost f 'dan l-ewwel film mitkellem tiegħu bħala l-eks-uffiċjal imdejjaq tal-armata Brittanika li jeħles lil waħda mara sinjura Amerikana (Bennett), li zijuha hu miżmum fi sptar tal-moħħ minn tabib sadistiku. Dan kien film tassew stilizzat, klassiku, b'avventura sofistikata. The Return Of Bulldog Drummond (1934) (71 minuti). Dirett minn Walter Summers, bl-atturi Ralph Richardson, Ann Todd, Francis L. Sullivan u Claude Alliston. Din id-darba, Richardson ukoll jimpressjona bħala dan l-aġent, f 'dan ir-rakkont tal-eks- uffiċjal tal-armata fuq kampanja mdemmija ta' superviżżjoni biex jelimina l-kriminalita' fl-Ingliterra billi joqtol lill- barranin kollha! Tassew produzzjoni pjaċevoli u rivelazzjoni ma' dawk kollha familjari mal-films ġentili Brittaniċi. Bulldog Jack (1934) (U.K.) (73 minuti) Direttur Walter Forde. Jidhru Jack Hulbert, Ralph Richardson, Faye Wray u Claude Hulbert. Il-kummidjant Brittaniku jsib ruħu nnifsu jieħu post lil Bulldog Drummond li jinsab mard f 'każ oskur. Mexxej ħafna u umoristiku, b'eċitament mill-aqwa, bil- final iseħħ fis-sistema tal- ferroviji ta' taħt l-art f 'Londra. Oriġinaljament intwera fl-Istati Uniti bl-isem ta' Aliias Bulldog Drummond, bis-sekwenzi umoristiċi mħollija barra. Bulldog Drummond Escapes (1937) (65 minuti). Jaħdmu Ray Milland, Guy Standing, Heather Angel, Porter Hall u Reginald Denny taħt id- direzzjoni ta' James Hogan. Drummond isir iħobb lil wahda werrieta sinjura (Angel) li xogħlu hu li jipproteġiha minn xi spjuni. Milland jinterpreta dan il-karattru darba biss f 'dan ix-xogħol ta' ftit sustanza. (Ikompli nhar il-Ħadd li ġej)