Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1345114
24 aħbarijiet IL-ĦADD 28 TA' FRAR 2021 • illum L-Awtorità tal-Ippjanar tipproponi kategorija ġdida fl-ordni dwar in-notifikazzjoni tal-iżvilupp L-Awtorità tal-Ippjanar qed tipproponi li żżid kategorija fl- Ordni dwar in-Notifikazzjoni dwar Żvilupp. Il-kategorija l-ġdida (Klassi 24) tkopri żvilupp li għandu x'jaqsam ma' proġetti ambjentali fiż-żoni urbani minn aġenziji tal-Gvern, Kunsilli Lokali u entitajiet oħra maħtura. Din il-klassi proposta se tkopri xogħlijiet relatati mal-formazzjoni ta' proġetti ambjentali fiż-żoni ta' żvilupp indikati fil-Pjanijiet Lokali rispettivi, l-installazzjoni ta' tagħmir rikreattiv f 'ġonna u tħaffir ta' ġibjuni taħt l-art maħsuba għat-tisqija tal- veġetazzjoni proposta u użi oħra relatati mal-proġett ta' tħaddir. Ix-xogħlijiet jistgħu jkopru wkoll l- installazzjoni ta' flooring systems u strutturi għall-ħitan vertikali, inkluż bini pubbliku jew blokki residenzjali tal-gvern, iżda esklużi bini li huma skedati jew jinsabu fiż-żoni skedati. L-Ordni dwar in-Notifikazzjoni dwar Żvilupp, li bħalissa hija kkategorizzata fi 23 klassi ta' żvilupp, tkopri kull tip ta' żvilupp li huwa kkunsidrat li ma għandhux impatt kemm fuq il-kuntest tas-sit kif ukoll fuq residenzi tal-ġirien. L-applikanti jkunu jeħtieġu approvazzjoni minn qabel mis- Supritendent tal-Wirt Kulturali (SCH) għal siti fiż-Żona ta' Konservazzjoni Urbana, siti Skedati u siti f 'ambjenti ta' bini skedati. Proġetti favur l-ambjent li jinsabu f ' toroq skedati jeħtieġu approvazzjoni minn qabel minn Transport Malta, filwaqt li l-approvazzjoni minn qabel trid tinkiseb mill-Awtorità għall- Ambjent u r-Riżorsi (ERA) għat- tneħħija, trapjant u t-tħawwil tas- siġar. L-emendi proposti jistgħu jinsabu fuq il-websajt tal-Awtorità: w w w. p a . org . mt / c onsu lt at i on . L-Awtorità tistieden lill-pubbliku u l-partijiet interessati sabiex jibagħtu r-rappreżentazzjonijiet tagħhom relatati mal-bidliet proposti bil-miktub permezz ta' ittra elettronika indirizzata dno@ pa.org.mt sa mhux aktar tard mill-Ħamis 11 ta' Marzu 2021. Titnieda t-tielet fażi ta' konsultazzjoni pubblika għal żona ta' sit f'Tal Ħanqad Ħal Qormi L-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet proposti ta' parametri ta' ppjanar li se jiggwidaw żvilupp futur fil-parti ta' fuq tal-Area of Containment (AoC) f 'Tal-Ħandaq, f 'Ħal Qormi. Din ir-reviżjoni tal-ippjanar qed tinħareġ għat-tielet fażi ta' konsultazzjoni pubblika, wara li twettqu bidliet konsiderevoli fl-abbozz tal-policy li kienet ġiet ippubblikata f 'Settembru 2017. Dawn il-policies ġodda proposti għal din iż-żona ifittxu li jistabbilixxu ż-zoning tal- użu tal-art, il-limitazzjoni tal-għoli tal-bini, l-parametri tad-disinn, il-kwistjonijiet ta' sostenibbiltà, id-dispożizzjonijiet tat-trasport u tal-parkeġġ, u l-linji tat-toroq f 'din l-AoC eżistenti li tinsab direttament biswit iż-Żona Industrijali Tal-Ħandaq. Il-funzjoni ta' AoC, bħal din f 'Tal-Ħandaq, hija li tipprovdi allokazzjoni adegwata ta' art għal użi bi predominanza industrijali, kummerċjali u ta' ħażna. F'Ħal Qormi, li storikament għandu kwistjonijiet li ilhom snin twal fejn l-użi ta' ħażna ġew lokalizzati f 'partijiet taż-żona residenzjali, id-disponibbiltà ta' art barra miż-żona residenzjali ta ' Ħal Qormi toffri soluzzjoni ċara u prattika biex tindirizza l-inkompatibbiltà ta' użi mħallta bħal dawn. Ir-reviżjonijiet li għadhom kif ġew proposti għall-pjan lokali għal din iż-żona se jiżguraw titjib ġenerali fid-dehra viżiva tal-AoC u l-inħawi tagħha bi proposti li jinkludu titjib fil-forma u t-trattament tal-faċċati, li jipprovdu interess viżwali dettaljat u fuq skala kbira u li jtejbu l-pajsaġġ industrijali tat-triq u l-ambjent tal-madwar permezz ta' disinn ta' kwalità ogħla kif ukoll ħitan vojta mhux ser jitħallew jinħolqu permezz ta' xi żvilupp ġdid. Il-policy proposta, flimkien mal-mapep proposti u s-sottomissjonijiet irċevuti mill- pubbliku waqt it-tieni fażi tal-konsultazzjoni pubblika, jinsabu fuq il-websajt tal-Awtorità tal-Ippjanar www.pa.org.mt/consultation L-Awtorità tistieden lill-pubbliku u lill- partijiet interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom relatati ma' din l-aħħar reviżjoni proposta. Ir-rappreżentazzjonijiet għandhom isiru bil-miktub u jintbagħtu permezz tal- indirizz elettroniku: handaq_north@pa.org. mt. Is-sottomissjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Awtorità sa mhux aktar tard mill-1 ta' April 2021.