Illum previous editions

ILLUM 28 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1345114

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 28 TA' FRAR 2021 Carmel Bonnici Serje twila ta' films dwar 'Bulldog Drummond' (2) (Ikompli minn nhar il-Ħadd li għadda) B'kollox kien hemm 19-il film dwar Bulldog Drummond li se nagħti ħarsa qasira lejhom (Il- Ħadd li għadda kienu ppubblikati l-ewwel erba') Bulldog Drummond At Bay (1937) (U.K.) (62 minuti). Direttur Norman Lee. Jidhru John Lodge, Dorothy Mackail, Victor Jory u Claude Allister. Film Brittaniku, maħdum ta' malajr mingħajr pretenzjonijiet fejn dan l-aġent (Lodge) jeħodha ma' aġenti barranin li jridu jisirqu pjanijiet għall-ajruplan "top secret". Dan kien tassew ibbażat fedelment minn fuq ktieb ta' H. C. McNeile. Bulldog Drummond Comes Back (1937) (64 minuti). Direttur Louis King. Partijiet ewlenin: John Barrymore, John Howard, Louise Campbell, Reginald Denny, E. E. Clive u J. Carrol Naish. Naish u l-gang tiegħu jaħtfu lill- għarusa ta' Drummond u jkun l-ħabib avventuruż tiegħu li jħuf warajhom, il-Kurunell Nielson. Bħala Drummond Howard hu sempliċi, imma Barrymore tassew jimpressjona fil-parti tal-maestro li permezz tal-irtokk tassew jaħbi ruħu. Bulldog Drummond's Revenge (1937) (60 minuti). Direttur Louis King. Jinterpretaw John Barrymore, John Howard, Louise Campbell, Reginald Denny u E. E. Clive. It- tieġ ta' Drummond ikun interrott bi qtil li jibgħat lil dan id-ditektiv f 'avventuri li jinvolvu djamanti sintetiċi. Din kienet produzzjoni ħelwa b'andament mexxej. Bulldog Drummond's Peril (1938) (66 minuti). Direttur James Hogan. Jaħdmu John Barrymore, John Howard, Louise Campbell, Reginal Denny u E. E. Clive. Drummond (Howard) isus wara gang ta' spiji minħabba formula sigrieta ta' bomba. Bulldog Drummond In Africa (1938) (60 minuta) Bid-direzzjoni ta' Louis King, l-atturi huma John Howard, Heather Angel, J. B. Warner, J. Carrol Naish, Reginald Denny, E. E. Clive u Anthony Quinn. L-Ispettur Neilson ta' Scotland Yard (Warner) ikun maħtuf u Drummond (Howard) jimbarka fuq avventura perikuluża fil-qalba tal-ġungla. Bulldog Drummond's Secret Police (1939) (56 minuta) Dan l-episodju pjuttost qasir dirett minn James P, Hogan hu dwar xjentist miġnun li jkollu kamra tat-torturi f 'kastell qadim li jwaħħax, bl-attur Leo G. Carroll eċċellenti fl-irwol ta' tliet partijiet ta' viljakk. Jidhru wkoll John Howard, ta' vapurHeather Angel, H. B. Warner, Reginald Denny u E. E. Clive. Bulldog Drummond's Bride (1939) (55 minuta). Dirett minn James P. Hogan u jaħdmu John Howard, Heather Angel,. H. B. Warner, Reginald Denny, E. E. Clive u Eduardo Ciannelli. Bulldog u l-għarusa jitterrompu l-pjanijiet taż-żwieġ tagħhom fi Franza meta hu jmur wara l-kriminal (Ciannelli) u l-gang tiegħu ta' ħallelin tal-banek. Episodju ieħor mexxej ħafna. Arrest Bulldog Drummond (1939) (57 minuta) Drummond ikun mixli bil-qtil ta' wieħed li vvinta pistola tal-raġġi u jmur ifittex lill-qattelin veru. Jerġgħu jaħdmu John Howard, Heather Angel, H. B. Warner, Reginald Denny. E. E. Clive flimkien ma' George Zucco, għal darb'oħra taħt id-direzzjoni ta' James P. Hogan. Bulldog Drummond At Bay (1947) (70 minuta) Din id-darba, dan l-aġent għandu l-persuna tal- Awstraljan Ron Randall li jsus wara ħallelin tad-djamanti. Atturi oħra huma Anita Louise u Patrick O'Moore bid-direzzjoni fdata f 'idejn Sidney Salkow. Bulldod Drummond Strikes Back (1947) (65 minuta). Direzzjoni ta' Frank McDonald u jidhru Ron Randall, Gloria Henry, Patrick O'Moore. Film pjutost kwiet imsawwar dwar pjan favorit ta' kittieba ta' serje ta' stejjer tal- misteru fejn tispikka dik ta' werrieta falza li tipprova takkwista hi l-wirt. e Challenge (1948) (68 minuta) Tom Conway b'faċilita' jieħu l-parti ta' Bulldog Drummond f 'dan il- misterju ta' kaptan maqtul ta' vapur li kien jaf fejn hemm teżor mohbi. Jinterpretaw ukoll June Vincent u Richard Wyler. Jean Yarbrough tidderieġi. 13 Lead Soldiers (1948) (64 minuta) Direttur Frank McDonald u jaħdmu Tom Comway, Maria Palmer u Helen Westcott. Gugarelli antiki ta' suldati taċ-ċomb li fihom tinsab l-indikazzjoni fejn jinsab teżor midfun. Calling Bulldog Drummond (1951) (U.S./U.K.) (80 minuta). Jaħdmu Walter Pidgeon, Margaret Leighton u Robert Beatty. Victor Saville jidderieġi. Walter Pidgeon hu sodisfaċenti bħala Drummond. Dan id-ditektiv li jinsab irtirat jerġa' jkun attiv billi jgħin lil Scotland Yard jaqbdu gang ta' ħallelin ta' apparat sofistikat militari. Produzzjoni mimlija djalogu wara bidu tajjeb. Deadlier an e Male (1967) (U.K.) (104 minuti) Wara aktar minn 15-il sena, b'avventuri adekwati li b'nofs qalb jerġgħu jirxuxtaw lil Major Hugh Drummond (Richard Johnson) li jipprova jsib minn qatel u jiċċentra fuq zewġ tfajliet suspettużi ta' figura sabiħa. Ralph omas jidderieġi. It-tfajliet huma Elke Sommer u Sylva Koscina. Some Girls Do (1969) (U.K.) (93 minuta) Jerġa jieħu t-tmun Ralph omas bl-atturi Richard Johnson, Dahlia Lavi, Beba Loncar, James Villers u Robert Morley. riller imħarrek li jinvolvi lil Bulldog Drummond kontra Carl Petersen (Villiers), l-għadu qawwi ta' żmien ilu li qed jipprova jagħmel sabutaġġ fuq pjanijiet ta' ajruplan supersoniku Brittaniku. Dawn l-aħħar żewġ films li ppruvaw jimitaw lis-serje ta' James Bond kienu bil-kulur u b'diversi tfajliet sexy ghal bosta ħin lebsin il- bikini. (Tmiem)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 February 2021