Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1345114
07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 28 TA' FRAR 2021 ir-restrizzjonijiet li għadhom imposti fl-aktar Fl-Italja għad ma hemm l-ebda pjan dwar meta l-ħajja tista' tirritorna lura għan-normalità. Kif irrapportat il-gazzetta ILLUM bħal-lum ġimgħa, saħansitra hemm xettiċiżmu kemm l-Italja tista' tilħaq dik magħrufa bħala 'l-herd immunity' din is-sena. Flok naqqsu r-restrizzjonijiet, din il-ġimgħa l-Ministeru għas- Saħħa Taljan ħabbar miżuri aktar b'saħħithom fi tliet reġjuni. Il-Gvern Taljan kien daħħal sistema ta' erba' livelli: abjar, isfar, oranġjo u aħmar. Reġjuni fil-livell aħmar, huma dawk bl- aktar restrizzjonijiet stretti, għax ir-rata tal-infezzjoni tkun għolja. Minn din il-ġimgħa, ir-reġjun ta' Campania, li jinkludi l-belt ta' Napli u r-reġjuni ta' Emilia Romagna u Molise daħlu fil-livell medju, jiġifieri f 'dak oranġjo. Dan ifisser li se jkunu qed jingħalqu l-bars u r-ristoranti u anke jidħlu fis-seħħ restrizzjonijiet aktar stretti fuq iċ-ċaqliq, hekk kif ir-residenti f 'dawn iż-żoni "oranġjo" ma jistgħux iħallu l-villaġġ fejn jgħixu, ħlief għal raġunijiet ta' xogħol jew emerġenzi. Intant, kien mistenni li r-reġjun ta' Valle d'Aosta, fit-Tramuntana tal-pajjiż, jkun l-ewwel wieħed li jinżel għal-livell 'abjad' u għalhekk jonqsu ħafna mir-restrizzjonijiet. Madanakollu dan ma seħħx, minkejja li r-rata ta' infezzjoni ilha tliet ġimgħat baxxa. F'dawk ir-reġjuni li jaqgħu taħt il-livell abjad ma jkun hemm l-ebda restrizzjoni u jkunu jistgħu jerġgħu jinfetħu l-gyms, il-pixxini, is-swali taċ-ċinema u t-teatri. Madanakollu, sa issa, l-ebda reġjun ma kkwalifika għal dan il- livell. Il-preżenza ta' varjanti ġodda ta' Covid-19 qed iħasseb mhux it lit-Taljani. Il-Gvern il-ġdid Taljan sa issa ma wera l-ebda intenzjoni li jħabbar lockdown strett u dan minkejja li diversi esperti qed jisħqu dwar il-bżonn ta' miżuri aktar stretti biex dawn il-varjanti jinżammu taħt kontroll waqt li qed jisħqu li s-sistema preżenti mhux qed taħdem. Ir-reġjuni Taljani bħalissa huma mqassma hekk: Żona ħamra: L-ebda reġjun Żona oranġjo: Abruzzo, Campania, Emilia Romagna, Liguria, Molisa, PA Bolzano, PA Trento, Toscana u Umbria Żona safra: Basilicata, Calabria, Friuli Venezja Giulia, Lazio, Lombardia, Marche, Piemonte, Puglia, Sardenja, Sqallija, Valle Aosta u Veneto Żona bajda: L-ebda reġjun Apparti minn hekk bħalissa l-Italja għandha diversi restrizzjonijet fuq l-ivjaġġar. Fil- fatt, ġew imposti restrizzjonijiet fuq dawk li jkunu jridu jidħlu l-Italja u li fl-14-il ġurnata ta' qabel kienu jew għaddew mir- Renju Unit jew l-Irlanda. Fil-fatt jistgħu jidħlu biss ċittadini Taljani u jridu jipprovdu test negattiv ta' Covid-19 li jkun sar fis-72 siegħa ta' qabel. Sal-5 ta' Marzu, l-Italja imponiet projbizzjonijiet għad-dħul ta' persuni li fl-14-il ġurnata ta' qabel ikunu qagħdu jew għaddew mill- Brażil. Sal-5 ta' Marzu imponiet projbizzjonijiet għad-dħul ta' persuni li fl-14-il ġurnata ta' qabel ikunu qattgħu aktar minn 12-il siegħa fl-Awstrija. Kull min jidħol l-Italja, anke minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, iridu jippreżentaw test negattiv tal-Covid-19. Vjaġġar minn reġjun għall- ieħor fl-Italja wkoll huwa pprojbit. Italja: Restrizzjonijiet fir-reġjuni kollha u l-esperti jridu aktar Ġermanja: Lockdown sal-Ħadd li ġej iżda l-każi donnhom waqfu jonqsu Ir-restrizzjonijiet stretti li l-Ġermanja imponiet u li ġew estiżi wara l-14 ta' Frar, suppost jibqgħu fis-seħħ sas-7 ta' Marzu, anke jekk min-nhar it-Tnejn li għadda, l-istudenti f 'diversi partijiet tal-pajjiż reġgħu rritornaw wara l-bankijiet tal- iskola. Min-nhar it-Tnejn, infetħu wkoll il-ħwienet tax-xagħar u l-barbiera. Minkejja dan, l-awtoritajiet tas-saħħa huma kważi kważi ffrustrati għax minkejja li l-każi ma baqgħux jiżdiedu, donnhom ma jridu jinżlu b'xejn. Fil-fatt, f 'żewġ stati biss, jiġifieri Baden-Württemberg u Saarland, ir-rata ta' infenzjoni, ikkalkulata fuq ġimgħa, hija inqas minn 50 każ għal kull 100,000 resident. Fil-bqija tal-istati federali, jiġifieri 14, ir-rata hija ogħla. Meta kienet qed tindirizza l-Parlament, il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel saħqet li l-ħajja soċjali terġa' tibda tirritorna lura għan-normal biss meta r-rata ta' każi ġodda fuq perjodu ta' sebat ijiem tinżel għal 35 infezzjoni għal kull 100,000 resident. Ta' min ifakkar li r-rata tal- każi l-ġodda kienet ħafna ogħla f 'Jannar iżda qed jikber it-tħassib għax ir-rata qed tonqos bilmod ħafna u f 'ċertu stati saħansitra qed tibqa' fl-istess livell. L-ogħla rata hija ta' 354 infezzjoni għal kull 100,000 resident fil-Bavarja. Bħalissa, fil-Ġermanja, il- ħwienet kollha li mhumiex essenzjali (ħlief dawk imsemmija aktar qabel) huma magħluqa u wieqfa wkoll ħafna mis-servizzi. Ħafna ħaddiema qed jaħdmu mid-dar. Magħluqa wkoll iċ-ċentri tar-rikreazzjoni, il-faċilitajiet tad-divertiment, il-gyms, il- pixxini, l-ispas, is-swali taċ- ċinema u t-teatri. Anke l-lukandi huma magħluqa għal raġunijiet turistiċi. Ir-residenti f 'dawk l-istati jew inkella żoni fejn ir-rata tal- infezjoni hija għolja ħafna, mhux qed jitħallew jivjaġġaw aktar minn 15-il kilometru 'l bogħod mid-distrett li fih jgħixu. Kull familja ma tistax tilqa' fid-dar aktar minn persuna waħda li ma tgħix magħha. Fejn jidħol l-ivjaġġar, il- Ġermanja wkoll għandha diversi restrizzjonijiet. Mill-11 ta' Frar ġie pprojbit ukoll l-ivjaġġar mir- reġjuni fuq il-fruntieri maċ-Ċekja u l-Awstrija minħabba l-preżenza tal-varjanti. Spanja: Reġjuni jnaqqsu r-restrizzjonijiet iżda l-imxija għadha qawwija Uħud mir-reġjuni Spanjoli bdew jirrilaxxaw ir-restrizzjonijiet li ġew imposti biex tkun ikkontrollata l-imxija tal-Covid-19 u dan hekk kif ir-rata tal-infezzjonijiet ġodda bdiet tonqos anke jekk għadha lura ħafna mill-mira li għandu l-Gvern Spanjol. Fuq skala nazzjonali, ir-rata tal- infezzjonijiet il-ġodda niżlet għal 321 każ għal kull 100,000 ċittadin. F'Jannar ir-rata kienet ta' 900 każ għal kull 100,000 ċittadin. Madanakollu, il-Gvern Spanjol kien saħaq li livell "estrem ta' riskju" huwa dak ta' 250 każ għal kull 100,000 ċittadin. Fir-reġjun ta' Madrid, ir-rata hija ta' 427 każ għal kull 100,000 ċittadin. Minkejja li r-rata għadha meqjusa għolja ħafna, fl-aħħar jiem bdew jitnaqqsu r-restrizzjonijiet. Fost oħrajn, il- curfew ma għadux jibda fl-10pm imma fil-11pm u l-barijiet u r-ristoranti qed jitħallew jiħu sa dak il-ħin. Apparti minn hekk, fil-kapitali Spanjola u l-madwar tagħha, familji ma jistgħux jitħaltu fid- djar, filwaqt li fil-barijiet u fir- ristoranti ma jistax ikun hemm gruppi ta' aktar minn erba' persuni fuq ġewwa u sitta fuq barra. Ta' min isemmi li anke t-tipjip fuq barra huwa pprojbit meta jkun impossibbli li tinżamm distanza ta' żewġ metri minn persuni oħra. Fir-reġjun ta' Katalunja, ir- restrizzjonijiet kollha baqgħu fis-seħħ wara li r-rata tat-tnaqqis fl-imxija, li kienet qed ikun irreġġistrata fil-każi, naqset fl- aħħar jiem. Anke fir-reġjun ta' Valencia jidher li se jkunu qed jonqsu r-restrizzjonijiet. F'Jannar ir-rata tal-infezzjoni kienet dik ta' 1,200 każ għal kull 100,000 persuna, iżda issa niżlet għal 358. Intant, il-fruntieri tar-reġjun għadhom magħluqa, filwaqt li l-barijiet, ir-ristoranti u l-ħwienet iridu jagħlqu fis-6pm. Il-fruntieri Spanjoli huma miuħa għal ħafna mit-turisti u r-restrizzjonijiet jiddependu skont mill-pajjiż li minnu t-turist ikun ġej. Madanakollu, vjaġġar bl-ajru jew bil-baħar mir-Renju Unit għalissa huma pprojbiti minħabba l-varjant tal-Covid-19. Ta' min ifakkar li Spanja hija fost l-aktar pajjiżi li qed timbotta 'l quddiem l-introduzzjoni ta' ċertifikat tal-vaċċin tal-Covid-19 li jkun jista' jintuża għas-safar u l-ivjaġġar. Sospiż ukoll ħafna mill-ivjaġġar mill-Brażil u l-Afrika ta' Isfel.