Illum previous editions

ILLUM 28 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1345114

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

YENDRICK CIOFFI Fl-aħħar jiem erġajna smajna ħafna dwar il-karozzi li jaħdmu bl-elettriku. Kellek il- Partit Nazzjonalista li ħareġ bi proposti biex jiżdiedu dawn il-vetturi, il-Gvern li beda l-proċess biex ibiddel il-vetturi tiegħu għal dawk elettriċi u anke statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istastika (NSO) li turi li għadna ftit lura mhux ħażin fejn jidħlu dawn il- vetturi. Dwar dan, il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' uħud mill- importaturi ewlenin tal-karozzi f 'Malta. Insistew li għalkemm għadhom ftit, id-domanda għalihom qed tiżdied u qed ikun hemm min imur jistaqsi esklussivament għalihom. Madanakollu kollha qalu li jekk Malta trid li żżid il- karozzi elettriċi, trid tinvesti fl- infrastruttura għalihom. Saħqu li jeħtieġ li jkun hawn biżżejjed postijiet pubbliċi fejn is-sidien ikunu jistgħu jiċċarġjaw il-karozzi tagħhom. "Hemm min ma għandux aċċess biex jiċċarġja dawn il- karozzi. Hemm min jgħix f 'appartamenti u ma għandux garaxx fejn idaħħal il-karozza biex jiċċarġjaha," insista wieħed mill-importaturi li tkellem mal- ILLUM. "Jekk mhux se jkun hemm investiment f 'dan ir- rigward ħafna se jibqgħu xettiċi." Fejn jidħlu l-karozzi hybrid, jiġifieri karozzi li jaħdmu b'aktar minn sors wieħed ta' enerġija, id-domanda hija akbar. 'Allaħares ma jkunux l-iskemi tal-Gvern' Tkellimna wkoll dwar il-prezz tal-karozzi elettriċi. Insistew li dawn jiswew aktar minn karozzi tradizzjonali. "Jiswew ħafna aktar kieku ma hemmx inċentivi tal-Gvern. Kieku, kemm ix-xerrej u anke aħna naqtgħu qalbna," insista wieħed mill-importaturi. Mela kemm huma l-prezzijiet? Ma' importatur ieħor tkellimna aktar fid-dettall fuq il- prezzijiet. Insista li karozza elettrika second hand li jkollha madwar 20 kilometru tkun tiswa madwar €13,000 u dan meta waħda li taħdem bil-fjuwil tkun xi €7,000. "Mill-esperjenza nista' ngħidlek li l-maġġoranza ta' dawk li jiġu għandna għal karozza second hand ikollhom baġit ta' €6,000," saħaq. Qal li l-irħas karozza elettrika li hawn bħalissa tibda minn €30,000. Apparti minn hekk, insista l-istess importatur, ftit li xejn hawn persuni mħarrġa li jaħdmu biex isewwu karozzi elettriċi f 'każ li dawn ikollhom il-ħsara fil-mutur. "Forsi hawn wieħed jew tnejn," saħaq. "Hekk il- prezzijiet jiżdiedu. Kull min jiġi bejn ħaltejn x'se jixtri, meta jistaqsuna dwar dan kollu u jara x'jaqbillu, se jagħżel karozza normali." Minkejja dan, l-istess importatur insista li s-settur sejjer f 'din id-direzzjoni. "Ċert li dawn il-karozzi jindraw ukoll kif jindera kollox," saħaq. 'Il-futur ma naħsibx li huwa l-karozzi elettriċi imma...' Il-gazzetta staqsithom ukoll kif iħarsu lejn is-settur fi żmien għaxar snin u jekk il-karozzi elettriċi humiex il-futur. "Il-futur ma naħsibx li se jkunu l-karozzi li jaħdmu bl-elettriku," insista wieħed mill-importaturi. "Naħseb li l-idroġenu (hydrogen) huwa l-futur." Ovvjament, komplew jisħqu, irid ikun hemm l-infrastruttura neċessarja biex wieħed jipproduċih. "Dejjem tinqabad fiċ-ċirku tal- emmissjonijiet. L-enerġija trid tipproduċiha minn xi mkien," insista wieħed minnhom. Madanakollu, meta wieħed ipoġġi kollox fuq miżien, xorta waħda jibqa' l-fatt li karozzi li jaħdmu b'sorsi oħra ta' enerġija u mhux bil-fjuwil, iniġġsu inqas. Fil-fatt, jeżistu studji li juru kif filwaqt li karozzi elettriċi jipproduċu aktar emissjonijiet biex jiġu mmanifatturati (aktar mill-karozzi li jaħdmu bil- fjuwil), f 'temp ta' tliet snin xorta waħda jniġġsu ħafna inqas, ġej minn fejn ġej is-sors. 08 aħbarijiet IL-ĦADD 28 TA' FRAR 2021 • illum 'Id-domanda għall-vetturi elettriċi qed tiżdied iżda infrastruttura għalihom ma hawnx' Il-pjan kien li Malta tkun mal-ewwel pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li tagħmel bidla għall-vetturi li jaħdmu bl-elettriku iżda l-ammont tagħhom fit-toroq Maltin għadu ftit wisq. L-ILLUM titkellem ma' kumpaniji li jbiegħu l-karozzi f'Malta biex tifhem aħjar jekk id-domanda hux qed tiżdied u x'qed iżomm lil Maltin milli jinvestu f'karozza hybrid jew li taħdem kompletament bl-elettriku L-aħħar sondaġġ tal-NSO wera kif il-vetturi elettriċi jew hybrid, jammontaw għal 1.5% biss tal-vetturi li hawn f 'Malta. Dan ifisser li f 'Malta hawn 6,017-il vettura li jaħdmu bl-elettriku jew li huma hybrid. Vetturi elettriċi jammontaw għal 1,293. Meta mqabbel mal-aħħar tal-2019, iż-żieda fil-karozzi elettriċi jew hybrid kienet ta' 2,309 vettura. Fil-fatt, sal-aħħar tal-2019, il- vetturi elettriċi jew hybrid kienu ammontaw għal 0.9% biss tat- total. Vetturi elettriċi kienu jammontaw għal 1,038. Skemi għall-qalba tal-karozzi elettriċi jew hybrid • Refużjoni ta' €7,000 meta persuna tirreġistra karozza elettrika jew hybrid wara li tkun skrepjat karozza li taħdem bil-petrol jew id-diesel u li jkollha minn tal-inqas għaxar snin • Refużjoni ta' €6,000 meta persuna tirreġistra karozza elettrika jew hybrid mingħajr ma tiskrepja vettura oħra • Refużjoni ta' €4,000 meta persuna tirreġistra karozza importata second hand li taħdem bl-elettriku jew li hija hybrid. Din ma jridx ikollha aktar minn 15,000 kilometru u mhux aktar antika minn tliet snin • Refużjoni ta' €2,500 meta persuna tirreġistra quadricycle elettrika ġdida jew użata • Massimu ta' €200,000 għal kumpaniji kummerċjali li jbidlu l-flotta tal-vetturi tagħhom għal dawk elettriċi jew hybrid • Massimu ta' €20,000 għal dawk il-kumpaniji li jimportaw karozzi ġodda u li jkunu jridu jagħmlu xogħlijiet fuq il-garaxxijiet tagħhom biex jipprovdu servizzi għal karozzi elettriċi u jħarġu lill-istaff tagħhom dwar din it-teknoloġija ġdida • L-ebda taxxa ta' reġistrazzjoni għal dawk il-vetturi kollha elettriċi, hybrid jew li jaħdmu biss bil-gass •Eżenzjoni mill-ħlas tal-liċenzja annwali tat-triq għal perjodu ta' ħames snin mid-data tal-ewwel reġistrazzjoni Kemm hawn vetturi elettriċi f'Malta? Kemm żdiedu f'sena?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 February 2021