Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1345114
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 28 TA' FRAR 2021 save more. generate. store. use. New energy schemes tailor-made for your needs. Visit rews.org.mt Freephone 8000 2400 Membri tal-Kabinett ma huma kuntenti xejn bil- mod kif Abela mexa' fil-każ ta' Rosianne Cutajar ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Ministri u membri tal-Kabinett differenti esprimew sentiment viċin ta' dak li esprimew bosta partitarji Laburisti din il- ġimgħa fir-rigward tat-tneħħija ta' Rosianne Cutajar, meta tkellmu ma' din il-gazzetta. Fil- fatt dawn sostnew illi anke jekk Cutajar kellha tirriżenja sakemm tnaddaf isimha, "għallinqas kellha tagħmlu qabel. Mela membri ta' Repubblika jmorru fuq it-television jheddu bil- protesti u ssir protesta fil-fatt mill-istess għaqda u l-għada tirriżenja Cutajar. Ġejna qisu bżajna," qal wieħed mis-sorsi. Persuna oħra qalet illi l-kuntatt li Cutajar kellha ma' Fenech kien ilu magħruf fiċ-ċrieki tal-Gvern u jekk stess il-Prim Ministru ried jitlob lil Cutajar jirriżenja "messu għamilha ħafna qabel, meta ħarġu l-ewwel stejjer, mhux wara li saret protesta." "Hawn ħafna Laburisti rrabjati. Kulħadd jgħidli l-istess ħaġa dal- jumejn. Tagħna jirriżenjaw għax imorru jipprotestaw it nies u tagħhom (tal-PN) dejjem jibqgħu hemm Allajbierek," qal membru tal-kabinett li tkellem mal-ILLUM. Il-Prim Ministru Abela dejjem kien jgħid li hu se jiddeċiedi dwar Rosianne Cutajar, ladarba jkun konkluż ir-rapport tal- Kummissarju għall-Istandards George Hyzler li qed jinvestiga l-akkużi fil-konfront tal-eks Segretarju Parlamentari. Minkejja r-riżenja ta' Cutajar, sa issa dan ir- rapport għadu mhux konkluż. Cutajar kitbet f 'sens li hi rreżenjat minn jeddha, xi ħaġa li s-sorsi tal- gazzetta qalu li mhux eżattament il-każ. Ilmentaw illi dak li ġara juri nuqqas ta' strateġija minn naħa tal- Partit Laburista u l-Gvern. Naturalment dan is-sentiment juri wkoll l-antipatija pubblika li hemm bejn il-Partit Laburista u l-Gvern kontra Repubblika (u viċi versa) li fl-aħħar snin, f 'diversi waqtiet u fuq diversi kwistjonijiet - b'mod speċjali dawk bħal tal- Panama u dawk li jirrigwardaw lil Keith Schembri, Konrad Mizzi u Joseph Muscat - dehret illi qed tmexxi l-aġenda tal-oppożizzjoni hi u mhux il-PN. Fil-fatt il-protesti u l-attivitajiet kważi kollha marbutin mal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia kienu organizzati minn din l-għaqda. Nhar il-Erbgħa 24 ta' Frar Repubblika organizzat protesta quddiem il-Ministeru tal-Ġustizzja illi matulha l-grupp ta' nies li nġabru bdew jgħajjtu biex Cutajar twarrab filwaqt li akkużawha illi tinsab f 'but Yorgen Fenech. Filgħaxija, wara l-iżviluppi relatati mal-Koħħu, kelliem għal Repubblika indika li jekk Cutajar ma titlaqx minn postha il-protesti se jkomplu. L-għada l-Ħamis, kmieni wara nofsinhar Cutajar ħabbret ir-riżenja tagħha għall-ilmenti ta' ħafna partitarji Laburisti. Rosianne Cutajar - flimkien mal- assistent tagħha Charles Farrugia magħruf bħala 'It-Tikka' - huwa allegat li daħlet madwar €46,500 fi flus mhux iddikjarati minn bejgħ ta' proprjetà fl-Imdina lil Yorgen Fenech - liema bejgħ waqa' wara l-arrest tal-istess Fenech b'konnessjoni mal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Il-konvenju kien iffirmat f 'Mejju 2019 f 'Portomaso u Fenech kien ħallas depożitu ta' €300,000 fi flus kontanti. Cutajar u Farrugia kienu irrapportati illi daħħlu l-flus bħala senserija. Fil-fatt il-gazzetta e Times irrappurtat kif Cutajar ħadet total ta' €9,000 minn dawn il-flus għaliha, f 'senserija filwaqt li l-Ħadd li għadda l-istess gazzetta rrappurtat kif messaġġi tal-Whatssapp bejn Cutajar u Fenech juru li din talbitu għajnuna finanzjarja biex tagħmel sondaġġ fuq id-distrett tagħha. Cutajar dejjem ċaħdet li ħadet flus minn senserija u sostniet illi qatgħet il-kuntatti kollha minn ma' Fenech wara li kien akkużat bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.