Illum previous editions

ILLUM 28 February 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1345114

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

Saviour Grech huwa il-President tal-Assoċjazzjoni tal-NGOs Għawdxin 22 opinjoni IL-ĦADD 28 TA' FRAR 2021 • illum Il-ġranet tas-soċjetà ċivili - 2021: Opportunità lit-tielet settur biex isemma leħnu M atul il-ġimgħa li d-dieħla (mit-Tnejn, 1 ta' Marzu sal- Ġimgħa 5 ta' Marzu) il-Kunsill Ekonomiku u Soċjali Ewropew (ECSC jew KESE) ser ikun qed jorganizza sensiela ta' attivitajiet li permezz tagħhom jkun qed jiċċelebra dawk li qed jiġu msejħa bħala l-Ġranet tas-Soċjetà Ċivili għas-sena 2021. L-għan li jiġu organizzati dawn l-attivitajiet, huwa li tintefa l-attenzjoni fuq settur partikolari: is-settur tal-volontarjat. Settur li f 'dawn iż-żminijiet, bħal setturi oħra ġie kkonfrontat b'tant sfidi varji. Kif wieħed jżur is-site fejn qed jiġu rreklamati l-attivitajiet imsemmija (Civil Society Days 2021 - FULLY ONLINE | European Economic and Social Committee (europa. eu) mill-ewwel għandu jinota li l-attivitajiet prinċipali ser jiġu organizzati, ser jieħdu forma ta' konferenzi virtwali webconferences bis-sehem ta' għadd mhux ħażin ta' kelliema. Naħseb li għalhekk jkun opportun li f 'din l-opinjoni qasira, waqt li tingħata ħarsa bil-quddiem lejn t-temi u s-suġġetti li ser jiġu diskussi waqt l-imsemmija web-seminars issir xi forma ta' riflessjoni jew kumment dwar ir-relevanza ta' dawn it-temi għas-settur tal- volontarjat lokali. Ma hemmx dubju li s-sitwazzjoni li ġiet maħluqa fuq livell Ewropew, permezz tal- pandemija COVID-19, ġiet ukoll riflessa f 'Malta. U dak li laqat lil-voluntarjat fuq livell Ewropew, laqat bl-istess saħħa lill-volontarjat f 'Malta. Matul s-sena li għaddiet, u anke llum, inħolqu sitwazzjonjiet diffiċli għall- operat kemm tal-postijiet tax- xogħol u iktar u iktar fis-settur tal volontarjat, anke għaliex ħafna mill-voluntiera jagħmlu x-xogħol tagħhom bla ħlas u fil-ħin liberu tagħhom u f 'ħafna każi l-voluntiera stess huma persuni vulnerabbli għax għadd sabiħ minnhom huma nies ta' ċertu età. Minn naħa l-oħra s-sena 2020 serviet ukoll bħala żmien fejn sar test ta' reżistenza. Kien żmien fejn id-diversi għaqdiet u anke individwi attivi fis- settur taw xiehda ta' reżiljenza fit-twettiq ta' dmirijiethom u fl-implimentazzjoni tal-oġġettivi tal-għaqdiet tagħhom. Filwaqt li innavigat fl-ilmijiet (tal-pandemija) imqalba, is-soċjetà ċivili organizzata (l-għaqdiet tal-volontarjat) kellha wkoll taqdi rwol ewlieni biex tlaħħaq mal-għadd ta' sfidi relatati mal-pandemija kemm fil-livell Ewropew, kemm dak nazzjonali kif ukoll reġjonali u anke lokali. Il-ħidma ta' ħadd u tal-ebda għaqda ma setgħet tieqaf jew tiġi sospiża b'mod indefinit. Hawn Malta stess, rajna għadd kbir ta' għaqdiet jibqgħu għaddejjin bla waqfien fil- ħidma tagħhom. Dawk involuti fis-settur filantropiku baqgħu għaddejjin biex ilaħħqu mal- kura u l-assistenza li s-soltu jagħtu lill-klijienti tagħhom. Dawk involuti fis-settur volontarju konness mas- saħħa komplew bil-ħidma tagħhom u f 'ħafna każi żiedu responsabilitjiet oħra bħal dawk konessi mas-swabbing, testing u kull ma jitlob dak kollu konness mal-COVID-19 testing. L-għaqdiet involuti ma' operazzjonijiet ta' salvataġġ tal-immigranti baqgħu jimirħu fuq l-ibħra biex jaraw kif jinterċettaw u jsalvaw lill- persuni kbar u tfal minn xifer l-għarqa u l-mewt. Volontarji oħra baqgħu jagħtu kura u assistenza lill-immigranti li għandna fostna. Għadd ta' persuni, li l-għaqda tagħhom minħabba xi restrizzjonijiet kellha tissospendi l-operat tagħha, raw kif offrew il-ħin tagħhom għal xi kawża ġusta oħra. Dawk attivi fil-qasam tal- eNGOS (l- għaqdiet ambjentali) baqgħu għaddejjien bl-attiviżmu tagħhom biex jissieltu kontra t-tnaqqir kostanti ta' dak li baqa' mill-ambjent tagħna. U għadd ieħor ta' għaqdiet oħra li baqgħu jissieltu. Li hu żgur hu li s-settur tal- volontarjat, jew kif qed wkoll jissejjaħ il-lum bħala t-Tielet Settur, wera li hu reżiljenti. U għalhekk mhux ta' b'xejn li l-leħen tas-soċeta ċivili qed isir iktar voċiferu u li qiegħed jinstema dejjem iktar. Mhux ta' b'xejn li qed tingħata iktar attenzjoni għal dak li qed jingħadd minn dan is-settur tant importanti. Hu għalhekk sinifikanti li permezz tal-attivitajiet li l-Unjoni Ewropea, qed torganizza permezz tal-KESE qed u trid tibgħat messaġġ. Messaġġ li: "issa li ċ-ċittadini, taw is- sehem tagħhom - anke permezz tal-ħidma tagħhom fis-settur tal- volontarjat – waqt il-ġlieda mal- pandemija issa għandhom ikunu totalment involuti fil-proċess ta' rkupru u rikostruzzjoni sabiex jiġi żgurat li ħadd ma jitħalla lura fi triqitna lejn Ewropa sostenibbli fl-2030 u lil hinn minnha." Hu f 'dan l-isfond jidher li l-organizzaturi ser joħolqu l-opportunita' biex dawn il- ħamest ijiem ddedikati lis- soċjeta ċivili bħala opportunità, ta' forum pubbliku biex permezz tiegħu ċittadini ewropej, organizzjoniiet tas-soċjeta ċivili u uffiċċjali ta' istituzzjonijiet tal-UE jiddiskutu dwar dak li hemm bżonn isir biex jinbena futur sostenibli li jiggarantixxi l-futur taċ-ċittadini Ewropej. Futur li fih ikun hemm garanzija ta' żvilupp mibni fuq valuri ta' of solidarjetà, drittijiet umani, ġustizzja soċjali, ugaljanza, oportunitjiet ta' u edukazzjoni ekwa fost drittijiet oħra importanti. Saviour Grech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 February 2021