Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1347838
11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 7 TA' MARZU 2021 lil kull min jaħdem fl-industrija tal-films' mar minn industrija li kienet staġjonali għal waħda li bdiet topera back-to-back. Xi tfisser din? Dan ifisser li l-crew, l-atturi u l-extras baqgħu jaħdmu minn produzzjoni għal oħra," spjega Grech. €18-il miljun fi tliet xhur u garanzija ta' 1,000 impjieg Hawnhekk imur lura għall-2019 u jgħid illi din hija s-sena illi fiha saru l-aktar produzzjonijiet f 'sena waħda; 22 produzzjoni. Dan filwaqt illi minkejja li operat għal tmien xhur, minn 12, din l-industrija injettat €32 miljun fl-ekonomija fl-2020 - is-sena li matulha faqqgħet il-pandemija. "It-tiġdid ma tistax tilħqu u tgħid daqshekk ilħaqtu. Imma irridu nkomplu nsaħħu l-kompettività tagħna ħalli nikkompetu mad-dinja kollha," jisħaq Grech. Huwa qal li anke fiż- żmien il-pandemija, minkejja d-diffikultajiet kollha li l-industrija ltaqgħet magħhom, grazzi għal protokolli maqbulin mas-Supretendent Charmaine Gauci x-xogħol seta' jibqa' għaddej. Imbagħad Johann Grech semma' din is-sena, minkejja li għadna relattivament fil-bidu tagħha. "Minn Jannar sa issa din l-industrija ġġenerat €18-il miljun, li jfisser €300,000 kuljum. Dan ifisser li ggarantixxejna 1,000 impjieg," saħaq Grech. 'Grazzi għal crew b'ħiliet kbar' Johann Grech fakkar li Malta dejjem attirat films tajbin u tal- ogħla kwalità u dan grazzi għall- crew ta' talent u professjonali. Fl-2018 kienu reġistrati 300 persuna bħala crew u 60 kumpanija li qed joperaw f 'din l-industrija. "Illum," ikompli jispjega, "għandna 'l fuq minn 1,000 persuna bħala crew u iktar minn 350 kumpanija." Grech ifakkar lil din il-gazzetta li dan ifisser illi l-industrija qed tikber u li l-prodott huwa b'saħħtu. Huwa jgħid illi dan huwa preġju l-aktar ta' crew b'ħiliet liema bħalhom u jfakkar kif f 'Malta inbnew setts kbar, bħal Ta' Gladiator, inbena ż-Żiemel ta' Trojja fil-film Troy u s-sottomarin fis-serje Das Boot. Ifakkar illi fl-aħħar snin - fost il-produzzjonijiet li saru f 'Malta - kien hemm dik ta' Foundation għall-Apple TV li ħalliet aktar minn €10 miljuni fil-pajjiż, reġa' qed jinġibed - għat-tielet darba - Das Boot li se jħalli €7 miljuni fl-ekonomija u bħalissa wkoll għaddejja produzzjoni kbira Taljana, jispjega Grech mal- ILLUM. "U ġejjin aktar. Għax il- prodott ta' Malta huwa b'saħħtu." Sound Stages: Il-priorità tal- Kummissjoni Il-gazzetta ILLUM tfakkru illi minkejja kollox il-perċezzjoni għadha li din l-industrija hija waħda li timpjega lill-ħaddiema għal it żmien biss. X'qed jagħmel Grech biex ibiddel impjieg f 'din l-industrija, f 'karriera? Il-Kummissarju jgħid illi l-inkwiet tiegħu jkun meta ma jiġux films f 'Malta. "Aħna konna ħabrieka u konna beżlin u ġibna l-films biex kif diġa' aċċennajt minn industrija staġjonali, immorru biex noħolqu industrija li toffri karrieri." Huwa qal illi bis-sound stages il-Kummissjoni se tkun qed tiggarantixxi xogħol lin-nies Maltin u Għawdxin li jaħdmu f 'din l-industrija. "Il-masterplan li ħabbar il- Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo huwa proġett ta' €35 miljun biex Malta jkollha industrija tal-films li tħabbatha mad-dinja kollha, ibbażata fuq il-karrieri u hawnhekk ngħidha ċara: Il-priorità hija sound stages, sound stages u sound stages." Huwa qal li kif pajjiżna kien fuq quddiem bi proġetti bħat- tankijiet tal-ilma mibnijin fis- 60ijiet u s-70ijiet, "wara 40 sena l-Gvern reġa' qed jinvesti, mhux biss fil-bini u fil-faċilitajiet imma wkoll fin-nies tagħna." Sound Stages ifissru li film ikun jista' jsir kollu kemm hu f 'Malta bil-konsegwenza ovvja li jinħoloq aktar xogħol u jiġi ġġenerat aktar ġid minn din l-industrija. "Is-sound stages se jkomplu jkabbru l-potenzjal ta' Malta u diġà qed jgħidulna li la nibnuhom diversi produzzjonijiet se jirrilokaw lejn Malta ... hekk nikkonsolidaw. Din hija l-missjoni tagħna. Il-garanzija tax-xogħol lil dawk li jaħdmu f 'dan is-settur," sostna Grech. Mistoqsi jekk hemmx miri ċari ta' meta jrid jispiċċa dan il-proġett huwa qal illi l-Kummissjoni hija kommessa li x-xogħol jibda din is-sena. "Minn fost il-kompetituri Ewropej tagħna, Malta għadha l-unika post li għad m'għandhiex sound stages," fakkar Grech. 'Nikkompetu mad-dinja' U finalment ix-xhur li ġejjin - il-kumplament tal-2021 - se jkunu bħall-ewwel xhur? "Ottimist iva, imma saqajja mal-art," iwieġeb Grech. "Konvinti illi nistgħu nkomplu nattiraw ix-xogħol f 'pajjiżna. Kommessi, iva, illi li nilħqu l-għan u l-ambizzjoni li nagħmlu mill-industrija tal-films f 'Malta waħda ta' livell internazzjonali, li tikkompeti mad-dinja!" Il-Konferenza illi matulha tħabbar li Das Boot se terġa' tipproduċi s-serje minn pajjiżna