Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1347838
10 aħbarijiet IL-ĦADD 7 TA' MARZU 2021 • illum 'Il-missjoni tagħna: Garanzija tax-xogħol lil Fl-2020 iġġenerat €32 miljun fl-ekonomija u diġà ġġenerat €300,000 kuljum minn Jannar li għadda, filwaqt li ħolqot u ggarantiet 1,000 post tax-xogħol. L-industrija tal-films qed tikber u l-gazzetta ILLUM tiltaqa' mal-persuna fit-tmun tal-Kummissjoni Maltija għall-Films: Johann Grech L-industrija tal-Films hija bil- wisq aktar importanti kif ukoll kruċjali fil-ħolqien tal-ġid u x-xogħol milli naħsbu. Hija industrija li għamlet passi kbar 'l quddiem b'films kbar u famużi li nħaddmu Malta u oħrajn inqas famużi, b'baġits żgħar imma li kienu kardinali fil-missjoni ta' din l-industrija għall-kontinwità. Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' ma' Johann Grech il-Kummissarju tal-Kummissjoni Maltija tal- Films, tliet snin wara li ħa din il-kariga. 'Tiġdid' Quddiem sett armat apposta, xhieda ta' tim mill-aktar professjonali f 'waħda mill-binjiet fuq is-sit li tmexxi l-Kummissjoni fil-Kalkara, Grech jgħid illi mill- ewwel jum tal-ħidma tiegħu "bdejna fit-triq tat-tiġdid." "Tiġdid għax saħħaħna l-prodott. Tiġdid fl-iskema tar- rebates għall-produzzjonijiet barranin biex tellajniha għal 40% u tiġdid fl-infrastruttura u l-outreach tagħna." Grech, b'element ta' kburija, jelenka n-numri tal-aħħar snin u jgħid illi kemm ilu Kummissarju ta' din l-industrija "inħadmu 50 produzzjoni li ħallew 'l fuq minn €100 miljun fl-ekonomija tal- pajjiż." "U dan x'ifisser? Ifisser impjiegi. Ifisser li pajjiżna Kommessi, iva, illi li nilħqu l-għan u l-ambizzjoni li nagħmlu mill- industrija tal- films f'Malta waħda ta' livell internazzjonali, li tikkompeti mad- dinja Johann Grech il-Kummissarju tal-Kummissjoni Maltija tal- Films