Illum previous editions

ILLUM 7 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1347838

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 illum • IL-ĦADD 7 TA' MARZU 2021 aħbarijiet minnu u ninżel għall-prostituzzjoni biex nixtri aktar droga' servizzi tagħna." 'Għajnuna mill-ftit li għandna' Wieħed irid jiem li din id-dar tiffunzjona bħal kull dar oħra. Is- social worker spjegat lill-gazzetta li l-volontiera huma pedament bżonnjuż għal din id-dar. "Normalment, persuna li tkun trid tagħmel volontarjat magħna, se ssib x'tagħmel żgur". Wieħed jista' jgħin bil- manutenzjoni tad-dar, billi jgħin fl-amministrazzjoni u anke skont il-professjoni tal-individwu. Hemm bżonn ukoll volontiera li jgħinu fid-dar b'tisjir, tindif, u iktar. Dar Hosea tiaħ kważi kuljum u n-nisa tagħhom jistgħu ukoll iġibu t-tfal tagħhom. Waqt il-pandemija, l-għajnuna mill-volontiera naqset u għalhekk żdiedet it-talba, kemm għal aktar volontiera u anke għad- donazzjonijiet. 'Liġi li taqdi lill-minoranza u tinjora lill-maġġoranza' Xi kultant naħsbu li meta nitkellmu fuq il-prostituti, qegħdin nirreferu għal dik il- mara mimlija make up, liebsa sabiħ u lesta biex tmur ix xogħol ħa taqla lira bħal ta' 'Pretty Woman'. "Pretty Woman mhux l-istess mara li għandha bżonn l-għajnuna", tinsisti s-social worker. Hi tkompli tgħid kif l-istigma ma tgħinx u din li ngħidu "u iva mhux hi taf " jew "mhux hi toqgħod" trid tieqaf għax il- problem hi propja dik. Statistika mill-Assoċjazzjoni tal- Ugwaljanza f 'Malta, turi li 99% tal- prostituti f 'Malta huma nisa filwaqt li l-maġġoranza tagħhom huma sfurzati fil- prostituzzjoni. Dan ifisser li jekk tgħaddi, "din il- liġi se tkun taqdi l-minoranza u tinjora l-maġġoranza." Dawn in-nisa jirrakontaw abbuż kontinwu, vjolenza kbira u ambjent tossiku, tant li Dar Hosea tinżamm moħbija minn ħafna. Is-social worker tagħfas fuq l-importanza li mhux biss nikkriminalizzaw lil dawk li jħaddmu lil dawn in-nisa iżda wkoll lil dawk li jixtru s-servizzi tagħhom. Skont hi qed nikkontradixxu ruħna meta ngħidu li qed naqbżu għal mara iżda ma niġġieldux biex jieqaf l-abbuż. Hi tkompli tgħid li bir-riformi li qed jisemmew, il-prostituzzjoni tista' tibda tiġi meqjusa bħala xogħol minflok abbuż. "In-nisa jistgħu jidħlu għal dan ix-xogħol bħala karriera filwaqt li din il-mara qed ngħidula inti trid tibqa tbati." Is-social worker tgħid li tibża' li biex nilħqu d-domanda għolja se jkollna nisfurzaw iktar nisa f 'dan is-settur u dan se jwassal għal aktar abbuż, vjolenza u traffikar tan-nisa. 'Irridu naraw x'ġara f 'pajjiżi li addottaw ir-riformi li se nkunu qed naddottaw aħna' Hi temmet mal-ILLUM tgħid li għandna nagħtu ħarsa lejn pajjiżi oħra u kif huma ttrattaw il-prostituzzjoni. Ir-riformi l-ġodda se jkunu qegħdin jimxu fuq l-mudell Nordiku, msejħa hekk minħabba li diġà ġew addottati f 'pajjiżi Skandinavi, bħall-Iżvezja. Skont hi statistika turi li wara li dawn il-pajjiżi addotaw dawn ir-riformi, il- vjolenza u l-abbuż żdiedu. Dan intwera ukoll fl-Olanda fejn skont il- Kummissjoni Ewropea mill-2014 il-vittmi tat-traffikar tal-umani żdied drastikament. Ritratt: protesta favur il-prositutzzjoni bħala impjieg. Imma għandu jitqies hekk? Mhux hekk iħossu dawk li jmexxu Dar Hosea ...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 March 2021