Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1347838
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 7 TA' MARZU 2021 Publikazzjoni ta' sejħiet għall-offerti għal kiri ta' propjetajiet mill-Ministeru għal Għawdex Il-Ministeru għal Għawdex jgħarraf il-pubblikazzjoni għal sejħiet ta' offerti għal kiri ta' propjetajiet biex jintużaw bħala uffiċċini f'Għawdex u propjeta' biex tintuża bħala uffiċċju f'Malta b' qisien ta' mhux anqas minn dak muri hawn taħt: • MGOZ MPU T 26/2021 - Propjeta' biex tintuża bħala uffiċċju f' Għawdex b' qies ta' mhux anqas minn 280m 2 • MGOZ MPU T 27/2021 - Propjeta' biex tintuża bħala uffiċċju f' Għawdex b' qies ta' mhux anqas minn 400m 2 • MGOZ MPU T 28/2021 - Propjeta' biex tintuża bħala uffiċċju f' Għawdex b' qies ta' mhux anqas minn 170m 2 • MGOZ MPU T 29/2021 - Propjeta' biex tintuża bħala uffiċċju f' Għawdex b' qies ta' mhux anqas minn 350m 2 • MGOZ MPU T 31/2021 - Propjeta' biex tintuża bħala uffiċċju f' Malta b' qies ta' mhux anqas minn 300m 2 u li tinkludi spazju minimu għall- parkeġġ ta' 4 vetturi Dawk interessati huma mitluba li jniżżlu d-dokumenti kollha neċessarji u jissottomettu l-offerta tagħhom billi jidħlu fis-sit elettroniku www.etenders.gov.mt sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 9 ta' April 2021 sad-9.30 ta' filgħodu. Taħriġ f'Għawdex għall-komunità kummerċjali Il-Ministeru għal Għawdex b'kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Kuntratti ser jorganizza taħriġ f'Għawdex għall-Operaturi Ekonomiċi fuq kif għandhom isiru offerti elettroniċi. Dawk interessati għandhom japplikaw sa mhux aktar tard minn nhar il-Erbgha 17 ta' Marzu 2021 permezz ta' emejl fuq procurement.mgoz@gov.mt jew bit-telefon fuq in-numru 22100268 bejn it- 8.00 ta' filgħodu u nofsinhar. Uffiċjali tal-Partit Laburista jisħqu li l-aħħar sondaġġ politiku għandu jservi ta' 'wake up call' għall-Prim Ministru Hekk kif l-aħħar sondaġġ ippubblikat f 'dan il-Ħadd fuq il-gazzetta oħt MaltaToday juri li l-fiduċja fil-Prim Ministru u mexxej Laburista Robert Abela niżlet taħt l-40%, għadd ta' uffiċjali u diriġenti tal-Partit Laburista saħqu mal-gazzetta ILLUM li jinsabu inkwetati bl-aħħar sondaġġi u li dawn għandhom iservu bħala "wake up call" biex il-PL ma jibqax jieħu "daqqiet f 'sidru għalxejn." Mal-gazzetta, l-istess uffiċjali saħqu li l-atteġġjament tal-Prim Ministru f 'dawn ix-xhur tal-pandemja seta' ħadem kontra l-Partit Laburista. Insistew li n-nuqqas ta' deċiżjonijiet fl-aħħar ġimgħat u d-dewmien biex ġew introdotti aktar restrizzjonijiet, huma kaġun ta' din in-nuqqas ta' fiduċja u r-riżultati fis-sondaġġi. "Hemm barra hemm nies li qed jaraw Prim Ministru li mhux qed jieħu d-deċiżjonijiet iebsa li hemm bżonn jittieħdu u li qed ikun insensittiv għat-tbatijiet tan-nies. Mhuwiex il- każ, iżda din hija l-perċezzjoni. In-nies iridu deċiżjonijiet f 'ħinhom u aktar ċari," insista wieħed mill-uffiċjali u sors ta' din il-gazzetta. Uffiċjali u diriġenti oħra kkummentaw li l-Prim Ministru qed jidher sensittiv wisq għall-kritika li jirċievi. Saħansitra kien hemm min saħaq li qed jidher qisu Lawrence Gonzi, "jitkellem biss dwaru nnifsu." Qalu li fl-aħħar jiem, il-Prim Minsitru kien taħt pressjoni u insistew li dan deher anke fil-konferenza ta' nhar il-Ħamis meta, fi kliemhom, deher "stressjat iżżejjed u għajjien." Uffiċjali ewlenin oħra, fi ħdan il-Partit Laburista, ilmentaw mal-gazzetta ILLUM li Abela qed jagħti wisq importanza lil politiċi bħal Jason Azzopardi u qed jinħela "f 'battibekki bla bżonn." Intant, l-istess sondaġġ ippubblikat illum juri kif minkejja kollox, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech baqa' fejn kien u dan f 'ċirkostanzi meta kien mistenni li jżid l-appoġġ. Il-fiduċja fil-Prim Ministru Robert Abela tinżel taħt l-40% fl- aħħar sondaġġ politiku ppubblikat mill-kamra tal-aħbarijiet ta' MediaToday; Bernard Grech jibqa' ma jimxix 'il quddiem Robert Abela Frar li għadda kien l-aqwa wieħed f'erba' snin għall- bejgħ tal-proprjetà L-Assoċjazzjoni Maltija għall- Iżviluppaturi (MDA) qalet li Frar li għadda kien l-aħjar wieħed mill-2017 'l hawn, kemm fejn jidħol l-għadd ta' konvenji li saru fuq xiri ta' proprjetà u anke l-valur tagħhom. Jidher li tul ix-xahar li għadda ġew irreġistrati 1,600 konvenju u li l-valur tagħhom jammonta għal aktar minn €350 miljun. Dan ifisser żieda ta' 40% fuq Frar tal-2020, jew inkella differenza ta' aktar minn €100 miljun. Fi stqarrija, l-MDA qalet li dawn il-figuri jikkonfermaw kemm is-suq tal-proprjetà għandu kontribut sinifikanti u dirett fuq l-ekonomija Maltija, anke fiż- żmien diffiċli tal-pandemija. "Fi żminijiet bla preċedent bħal dawn, huwa vitali li nassiguraw li s-setturi kollha, bħal dawk tas-suq tal-proprjetà, li baqgħu reżiljenti xahar wara l-ieħor, jitħallew jikbru, hekk kif is-suċċess tagħhom jgħin direttament biex ikunu sostnuti dawk is-setturi u anke l-ħaddiema li l-pandemija ħalliet fuqhom effett negattiv, fosthom l-industrija tat-turiżmu," saħqet l-MDA.