Illum previous editions

ILLUM 7 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1347838

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 kultura u storja illum • IL-ĦADD 7 TA' MARZU 2021 dirett tal-Imperatur innifsu u permess uffiċjali kien mitlub biex ikun jista' jkollok statwi bħal dawn. Fil-kollezzjoni esebita f 'din il- binja nsibu wkoll għadd ġmielu ta' għodod u oġġetti li kienu jintużaw fil-kċina, msejħa culina bil-Latin, u fit-triclinium - fejn il-familja u l-mistednin tagħha kienu jiċċenaw. Fost dawn insibu borom tal-fuħħar, li fihom kien jissajjar l-ikel fuq fuklari jew fi fran tal-briks, reċipjenti taċ-ċaqquf bħal anfori u dolia, issiġillati b'għotjien, li xi drabi kont issibhom parzjalment midfunin taħt l-art, u wkoll numru ta' platti li jvarjaw fil- kwalità skont is-sid u t-tip tal- ikla li għaliha kienu jintużaw. Xalaturi notorji, ma setax jonqos li bħala Rumani, in-nies li għexu f 'din id-dar iħallulna wkoll numru mdaqqas ta' artefatti marbuta mad-divertiment. Fost l-oġġetti esibiti nsibu wkoll rython - forma ta' lembut tal- ħġieġ li minnu kienu jitlegilgu litri ta' nbid waqt festini. Numru ta' esebiti oħrajn fid- Domvs Romana juru biċ-ċar kemm l-abitanti ta' pajjiżna anke fi żmien l-imperu Ruman, nisa u wkoll irġiel, kienu jagħmlu l-aħjar biex bil-mezzi li kellhom jidhru l-aħjar. Minn fliexken tal- fwejjaħ, żjut u l-irtokk, ġojjellerija u furfiċetti magħmulin mill- għadam għal strigil - forma ta' oġġett tawwali u għat-tond li bih kien jitneħħa ingwent li jindilek fuq il-ġisem, il-kollezzjoni fir- Rabat toffri rikkezza ta' materjal fejn l-immaġinazzjoni tista' timraħ. Għalkemm il-COVID xekklet mhux it il-programm, it-tnaqqis fin-numru ta' viżitaturi għen biex tlestew numru ta' xogħlijiet bħaż-żieda ta' pannelli ta' tagħrif ġodda u wkoll l-użu ta' skrins li se jtejbu l-esperjenza ta' min iżur din il-ġawhra nazzjonali. Barra minn hekk, din is- sena mistennija jibdew skavi fuq in-naħa ta' wara tas-sit b'kollaborazzjoni bejn Heritage Malta, l-Università ta' South Florida (USF) u grupp ta' voluntiera Awstraljani u Ingliżi magħrufa bħala Intercontinental Archaeology, wara li dan il- proġett ukoll kien pospost minħabba l-pandemija. Minjaf x'għadna rridu niskopru aktar minn qalb il-fdalijiet ta' din id-dar Rumana. Il-Motif tal-Ħamiema Ta' Sosos fid-Domvs Romana Parti mill-mużew tad-Domvs Romana Il-faċċata tal-binja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 March 2021