Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1347838
16 letteratura IL-ĦADD 7 TA' MARZU 2021 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iġsma iħirsa f'art il-weqfin Frekwenzi ta' spettri fis-satra Fl-1997 erba' poeti żgħażagħ – Karl Schembri, Kenneth Busuttil, Bernard Cauchi u Karen Vella – ippubblikaw ġabra ta' poeżiji bl-isem ferm memorabbli Frekwenzi ta' Spirti fis-Sakra. Dika l-ħabta kont student tat-tieni sena fil-Kulleġġ Ġan Franġisk Abela u ġaladarba – flimkien ma' Norbert Abela u Owen Bonnici – kont nieħu ħsieb klabb tal-letteratura għall- poeti żgħażagħ, dan il-ktieb ma damx wisq ma ġie f 'idejja. Ma niftakarx wisq poeżiji minn dan il-ktieb: ftit tal-ġimgħat wara kelli noqgħod għall-eżami tal-livell avvanzat tal-Malti u għaldaqstant – ladarba konna wasalna lejn tmiem is-sena skolastika – ippruvajt nagħmel tajjeb għaż-żmien mitluf billi kkonċentrajt kemm stajt fuq materjal relevanti għas- sillabu. Baqgħu dejjem f 'moħħi madankollu – sal-ġurnata tal-lum – daż-żewġ versi ma jintesew b'xejn ta' Schembri: "bejn bikja u oħra niftakar fik u nibki iżjed". Għandu mnejn tfakkarkom fl-irġiel jew lin-nisa li telqukom. Fil-qraba u l-ħbieb illi sfaw nieqsa. Fix-xogħol u l-flus li tliftu. Jonkella, aħjar, fid-dinja li tlifna. Niġi għal dan iżjed tard – ħadd ma jibda jikteb waqt li jikbi... Test ieħor b'titlu li baqa' miegħi tul is-snin kien id- dramm Iġsma Iħirsa ta' Oreste Calleja. Ma nafx għaliex laqatni dan it-titlu. Id-dramm iltqajt miegħu fis-snin disgħin fl-iskola sekondarja waqt il-lezzjonijiet tal-Malti. Kien parti mill-ġabra Erba' Drammi (1972) għadd illi strettament it-test innifsu ma kienx parti mis-sillabu. (Jekk niġu f 'dan ebda dramm ma kien parti mill-sillabu obbligatorju fl- eżamijiet interni tal-aħħar tas- sena.) Xorta waħda: id-drammi Anestesija u Ċens Perpetwu ta' Calleja kienu parti mill- eżami tal-Malti tal-aħħar tas- sena. Ħaġa tal-iskantament kif dawn id-drammi ma kinux jiġu mgħallma minn Calleja nnifsu li dik il-ħabta kien parti mill- persunal akkademiku tal-iskola fejn kont nattendi. Minflok, lil Calleja fdawlu l-missjoni impossibbli li jgħallimni npenġi. Mur għidlu li tgħidx kemm kont nistkerraha dika l-lezzjoni – sewsew l-aħħar lezzjoni ta' nhar il-Ġimgħa u allura tal-ġimgħa kollha – f 'daka l-blokk bini ikrah pesti fis-sena tal-Form III. Lil Calleja bqajt qatt m'għedtlu b'dan. Lanqas daqs għoxrin sena wara meta erġajt iltqajt miegħu bla ħsieb, did-darba bħala traduttur kollega fl-Unità Maltija tat-Traduzzjoni tal-Parlament Ewropew fil-Lussemburgu. M'għedtlux lanqas illi xejn mill- ġabra Erba' Drammi ma baqa' wisq ċar f 'moħħi għajr it-titlu tad-dramm li ma kienx fis- sillabu: Iġsma Iħirsa. Il-biki ta' Schembri – anzi, ħallih għalissa – Iġsma Iħirsa t'Oreste Calleja jirrakkuntaw l-istorja ta' xi ħadd li jibda jfittex l-ispettaklu ideali. Nisimgħu dwar normi klassisti imposti fuq l-arti. Naqraw dwar kuluri u karattri sterilizzati stil Commedi dell'Arte li dal-aħħar reġa' sar xi daqsxejn moda. U dan mhux biss bis-saħħa tad-drammi ta' Mario Philip Azzopardi. Iżjed għax f 'dad-dramm ta' Calleja l-komiku jinbidel fit-traġiku – wara d-daħk jiġi l-biki, l-iġsma jsiru iħirsa. U veru. F'din illi Giorgio Agamben isejħilha "la nuda vita" – il-ħajja b'ta' fuqha senduqha – m'hawnx ġisem illi ma sfax ħares daż-żmien: ħares qabelxejn għax ħlief inħarsu mill-bogħod m'aħniex, u t-tieni għax issa, mill-ġdid, kull ġisem sar biss aċċessibbli permezz tal- frekwenzi tal-ispirti li jidhru fuq l-iskrijns tagħna kull meta jeħtiġilna nippruvaw niltaqgħu. In-narratur tal-istorjella Li Tkisser Sewwi t'Alex Vella Gera kien ilmenta – snin ilu meta ħsibna li kellna l-problemi – ilmenta li "hawn f 'dal-pajjiz tal- ħara ma ssibx għoxx mġiddem." Allaħares dal-karattru fittizju kellu jkun tad-demm u l-laħam: min jaf x'jaħseb illum? It-titlu ta' dan id-dramm ta' Calleja tela' f 'moħħi bosta drabi tul dal-aħħar ġimgħat. Mhux għax mhu jiġri xejn. Il-Koħħu qed jikxef kollox u tal-Maksar ittellgħu l-Qorti. Dal-ħin stess faqqgħet kontroversja nobis rigward id-disinn rebbieħ tal-mafkar arikitettoniku tal- Professur Oliver Friggieri. Ġa t-tieni messaġġ dalgħodu: "hemm x'monument għamlulu lil Friggieri!?" Iżda xejn min dan ma jappartieni lid-dinja ta' barra li dari konna nafu. Għall-inqas konna ngħix f 'dak illi kien għad kien għad fadal minna. Id-diskors m'għadux isir Mark Anthony Fenech