Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1350544
11 analiżi illum • IL-ĦADD 14 TA' MARZU 2021 l-issottovalutar ta' Grech: Abela b'saħħtu - bħal per eżempju meta ma jiddejjaqx li jneħħi nies li hu jara bħala mażżra jew inkella ma jiddejjaqx li jneħħi nies li kkampanjaw għalih. Tneħħew Keith Schembri, Konrad Mizzi, Neville Gafà, id-Deputat Etienne Grech u d-Deputat Silvio Parnis kien l-uniku persuna li ma ntlaħaqx kompromess miegħu u spiċċa barra l-Kabinett. Owen Bonnici u Julia Farrugia Portelli ngħataw dekasteru li huwa meqjus ħafna inqas impenjattiv u importanti u kienu meqjusa illi ngħataw demotion. Telaq l-eks Ministru Edward Scicluna u minfloku ma poġġiex lit-tabib Malcolm Galea, Sindku ta' Ħaż Żebbuġ u wieħed mill-akbar sostenituri tiegħu fl-elezzjoni għal mexxej ġdid. U finalment anke Rosianne Cutajar kellha tagħmel l-ispazju għalissa. Naturalment dawn huma kollha deċiżjonjijiet dibattibbli - min iħoss li huma deċiżjonijiet tajbin u min iħoss li le, skont minn liema angolu qed tħares lejhom. Li huwa żgur hu li ma' ħafna Laburisti ma niżlux tajjeb għax - tajjeb jew ħażin - jargumentaw li l-PL qed ikun akkoljenti wisq għal forzi tal- Oppożizzjoni u għall-għaqda Repubblika. Naturalment, minn naħa l-oħra wkoll, stejjer bħal tal- allegata senserija li ħadet Rosianne Cutajar fl-ambitu ta' fatti u xhieda ħierġa mill- Qorti dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u anke dwar allegazzjonijiet u akkużi li jmissu ma' proġetti bħal tal-VGH, tal- Power Station, il-Wind Farm tal-Montenegro, Hillman/Keith Schembri, Johann Buttigieg u kuntatti ma' Yorgen Fenech - ikomplu jbiegħdu aktar votanti 'midde-of-the-road' mill-partit fil-Gvern jew tal-inqas ikomplu jqanqlulhom ħafna dubji. Bernard Grech huwa avversarju ġdid u m'għandux ikun isottovalutat It-tielet u l-aħħar fattur huwa Bernard Grech. Il-Kap Nazzjonalista l-ġdid mhuwiex ta' qablu (Delia) fis-sens illi minkejja li huwa inqas kariżmatiku, jidher iżda (sa issa) li għandu passat ħafna inqas kontroversjali, stil ta' ħajja aktar konvenzjonali u immaġini iktar serja li jidher ċar li qed tinżel tajjeb ħafna mal-votanti tradizzjonalment Nazzjonalisti. Dan jidher ċar hekk kif sondaġġ wara l-ieħor qed juri lill- partitarji u votanti Nazzjonalisti fl-2017 jingħaqdu dejjem aktar wara l-Kap tal-PN, xi ħaġa li Delia kien qed ibati fiha. 72% ta' dawk li vvutaw lill-PN fl-aħħar elezzjoni llum jafdaw lil Grech (77% f 'Jannar), li jikkompara tajjeb ħafna mal-aħħar sondaġġ tal-Mediatoday illi fih Adrian Delia kien imqabbel ma' Robert Abela. Lura f 'Ġunju tas-sena l-oħra meta mistoqsijin lil min jafdaw bejn Abela u Delia kienu biss 41% ta' dawk li vvutaw PN fl-2017 illi wieġbu Delia. Dan juri allura illi hemm xejra ċara li hija rappreżentata wkoll fir-riżultat għal Kap Nazzjonalista ġdid lura f 'Ottubru li għadda (Grech rebaħ b'70%) ta' votanti Nazzjonalisti fl-2017 li qed jingħaqdu wara l-Kap kurrenti. Dan naturalment mhuwiex biżżejjed għall-PN li fl-2017 tilef l-elezzjoni bi kważi 40,000 vot (jekk taqta' l-voti li kisbu l-kandidati tal-Partit Demokratiku) u allura Grech se jkun jeħtieġ illi l-Labour mhux biss jitlef l-appoġġ ta' nies li jiddeċċiedu illi ma jivvutawx imma li jibdew jaraw fil-PN alternattiva vijabbli, xi ħaġa li sa issa jidher li mhux qed jiġri. Il-Partit Laburista ma jistax jissottovaluta lil Grech jew jitrattah daqslikieku huwa Simon Busuttil jew Adrian Delia, daqskemm il-PN ma jistax jitratta lil Abela daqslikieku huwa Muscat. Għalkemm il-Gvern ħa diversi miżuri li laqtu lil tant nies b'mod tajjeb jew saħansitra salvawlhom l-impjieg, Abela ma jistax jissottovaluta l-fatt li d-diskors ta' Grech dwar il- Covid-19 u realtajiet li qed jiltaqgħu magħhom in-nies fit- triq bħalissa, qed jinżlu tajjeb jew qed jirriflettu l-veritajiet ta' settur tal-poplu. Huwa ċar allura li jekk Robert Abela u l-Partit Laburista jissottovalutaw lil Bernard Grech ikunu qed jieħdu riskju politiku konsiderevoli. Meta ssir l-elezzjoni kollox ... Finalment is-sondaġġi tal- Ħadd li għadda huma importanti biss f 'li jagħtu l-istampa kif inhi bħalissa - f 'nofs pandemija, b'poplu prattikament imsakkar mill-ġdid u b'ekonomija ġġammjata. Il-mistoqsija pertinenti hija din iżda: X'se tkun l-aħħar memorja kollettiva ta' din il-pandemija dakinhar tal-elezzjoni ġenerali? Jekk l-elezzjoni ssir meta inkunu għadna b'ekonomija ġġamjata, fl-istess ilmijiet ta' bħalissa - li issa dejjem qed tidher aktar remota - iċ-ċans huwa li Abela ma jiksibx lura dak li qed jitlef u li Grech fil-fatt igawdi minn għadd ta' voti ta' protesta minn setturi d i f f e r e n t i t a l - p o p l u . L - a ħ ħ a r memorja tal- p a n d e m i j a tkun negattiva u allura din ikollha l-effetti p o l i t i ċ i tagħha. J e k k l - e l e z z j o n i ssir ftit wara li n-nies ikunu ċ ċ e l e b r a w , reġgħu bdew jgħixu ħajjithom, ibbukkjaw jew marru fuq xi safra, reġgħet daħlet il-kunfidenza u l-ekonomija reġgħet bdiet iddur - iċ-ċans huwa li ħafna minn dawk illum inċerti jew diżillużi, jerġgħu jivvutaw lill- PL li jiġġieled l-elezzjoni fuq l-għajta illi - minkejja kollox - ħareġ lill-pajjiż mill-pandemija, mingħajr ma esperjenzajna kollass ekonomiku u soċjali. L-aħħar memorja tal-pandemija allura tkun pożittiva u allura dan ikollu effett politiku pożittiv fuq il-Gvern. Jekk l-elezzjoni ssir ħafna xhur wara l-irkupru mill- Covid-19, Il-PL jirriskja illi l-elezzjoni ma tkunx miġġielda fuq din il-kwistjoni u li jqumu kontroversji oħrajn illi jkunu aktar determinanti. F'dan il-każ allura l-aħħar memorja tal-pandemija tkun wisq 'l bogħod fil-psike tal- votant u allura l-effett ikun newtralizzat.