Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1350544
06 aħbarijiet IL-ĦADD 14 TA' MARZU 2021 • illum 'L-istess grinta li nħoss meta nwassal il-ferħ bil-mużika issa qed inħossha bis-saħħa tal-volontarjat' Il-gazzetta ILLUM titkellem mad-DJ internazzjonali JJoy li għal din l-aħħar sena, flok baqa' b'idu fuq żaqqu, xammar il-kmiem, waqqaf grupp u beda jgħin fit-tqassim tal-mediċina lill-anzjani, fost oħrajn YENDRICK CIOFFI Ħafna marru ħażin bil- pandemija, iżda bla dubju, fost l-agħar li marru hemm id-DJs għax is-settur li jaħdmu fih huma jirrikjedi totalment l-oppost tad-distanza soċjali. Biss biss, in-nightclubs ilhom minn Awwissu magħluqa u x'aktarx li jkunu l-aħħar li jerġgħu jiħu. Iżda John Refalo, magħruf aħjar bħala JJoy, ma qagħadx idu fuq żaqqu u jekk ma setax iwassal il- ferħ fil-mużika tiegħu, għamel dan bil-volontarjat. Dwar dan, il-gazzetta ILLUM tkellmet mad-DJ internazzjonali li spjega kif sena ilu, meta għalaq kważi kollox għax feġġ il- Covid-19 għall-ewwel darba, ra kif se jgħaqqad iż-żewġ xogħlijiet tiegħu, jiġifieri dak ta' DJ u anke direttur ta' kumpanija tal-kiri tal- karozzi, biex jagħmel il-ġid. "Għaqqadt it-trasport mal- kuntatti li bnejt tul is-snin u flimkien ma' ħafna persuni ta' rieda tajba waqqafna l-grupp Bravehearts," beda jispjega JJoy mal-ILLUM. Fost oħrajn, kompla jispjega d-DJ, Bravehearts ħadmu id f 'id mad-Dipartiment tal- Anzjanità Attiva u l-Kura fil- Komunità. Fil-fatt, għal dawn l-aħħar sena, kienu qed iwasslu l-infermiera li jkunu sejrin għand l-anzjani bil-mediċina, iwasslu ikel għand persuni fil-bżonn u b'kollaborazzjoni mal-Malta Trust Foundation, immexxija mill- President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca, waslu anke kotba lit-tfal fi żmien li l-iskejjel kienu magħluqa. Apparti minn hekk, kull nhar ta' Tlieta jagħmlu dawk li qed isejħilhom 'ankyou Tuesdays.' "Jiena nħobb ħafna mmur niekol fir-ristoranti u użajt dawn il-kuntatti wkoll. Nhar ta' Tlieta nwasslu ikel, minn ristoranti u take-aways differenti lil frontliners, kemm fl-isptarijiet u anke fiċ-ċentri tat-testijiet," saħaq Refalo. Mistoqsi kemm jaħsbu li għamlu vjaġġi tul dawn l-aħħar sena, id-DJ saħaq li wettqu 'l fuq minn 5,000 vjaġġ żgur. Fil-fatt, għal dan il-għan, qed jużaw ħafna mill-flotta tal-Autorentals Co.Ltd u jħallsu l-uwil huma wkoll. 'Dan mhuwiex żmien li tirċievi l-għajnuna biss...' "Dan huwa żmien li taħseb f 'kulħadd u kif se żżomm lill- ħaddiema tiegħek miegħek u għaddejja," insista Refalo. Fil- fatt, minkejja li x-xogħol naqas drastikament, JJOY żamm lill- ħaddiema tiegħu kollha okkupati. "Ovvjament bħan-negozji kollha ħadna s-suppliment tal- paga. Imma dan mhuwiex żmien li tirċievi l-għajnuna biss imma trid tagħti lura lis-soċjetà. Biex noħorġu mill-pandemija, jekk irridu li almenu jkollna parti mis-sajf, irridu naħdmu kollha flimkien," insista Refalo b'ħafna pożittività. Insista li hu jħoss sodisfazzjon immens meta jwassal il-ferħ lill-ħaddieħor speċjalment bil-mużika. Fil-fatt, minkejja l-pandemija, qed jagħmel filmati live, minn postijiet differenti f 'Malta, huwa u jdoqq il-mużika tiegħu. Iżda fi kliemu, xejn ma jbiddel is-sabiħ ta' udjenza live. "Il-grinta li nħoss meta nitrażmetti l-ferħ lill-udjenza li tkun quddiemi bil-mużika hija xi ħaġa kbira. Bħalissa ma nistax indoqq quddiem udjenza live. Imma l-istess grinta li nħoss meta jkolli udjenza quddiemi, inħossha wkoll meta nkun qed ngħin lin- nies," insista JJoy. S a ħ a q li miegħu g ħ a n d u grupp ta' madwar 60 p e r s u n a , f o s t h o m anke uffiċjali t a l - p u l i z i j a li jmorru jagħtuh daqqa ta' id meta ma jkunux xogħol. Xtaq ukoll li permezz ta' dan l-artiklu jirringrazzja anke lir-ristorananti u take-aways li offrewlu l-ikel biex iqassam lill-frontliners u lil min hu fil-bżonn. 'Ejja ningħaqdu! Hekk biss nirbħu lill-pandemija' F'Novembru li għadda, JJOY kellu wkoll il-Covid-19. "Għamilt ġimagħtejn gravi. Hija serja u għalhekk irridu noħduha bis-serjetà," appella Refalo waqt li tenna li dan hu żmien li kulħadd jiġbed ħabel wieħed. Xtaq iwassal messaġġ lill- qarrejja ta' din il-gazzetta. Fi kliemu l-piż tal-pandemija kulħadd qed iħossu. Ħadd qatt ma għadda minn xi ħaġa simili f 'ħajtu u għalhekk ma jistax jgħid x'se jiġri. "Dan tħossu anke fuq il-midja soċjali. Kulħadd jinfexx fuq Facebook. L-appell tiegħi huwa wieħed. Tiġġudikaw lil ħadd għax kulħadd qed iħoss dan il-piż. Ninsabu kollha fl-istess ilma. Ejja ningħaqdu! Hekk biss irridu nirbħu lill-pandemija. Wara se jkollna l-unur ngħidu li konnha parti minnha. Għexniha flimkien u għaddejna minnha flimkien," insista. Kompla jappella biex kulħadd jagħmel l-aħħar ftit sagrifiċċju. Insista li l-ftit ta' kulħadd jagħmel differenza. "Mhux kollox magħluq. Hemm pereżempju s-supermarkets miftuħa. Jekk il-klijenti kollha jobdu l-istruzzjonijiet u jżommu d-distanza, anke jekk hija xi ħaġa żgħira, tista' tagħmel differenza," appella. "Ftakru fl- anzjani u l-persuni vulnerabbli li ilhom sena msakkra." Fl-aħħarnett ħeġġeġ lil dawk kollha li jixtiequ jgħinu lil Bravehearts jew inkella għandhom bżonn l-għajnuna biex jibagħtulu imejl fuq jjoy@ jjoy.com.mt. Ritratti: JJoy u sħabu jqassmu l-ikel lill-frontliners Ritratti: JJoy idoqq f 'diversi bnadi f 'Malta fi żmien il-pandemija biex ixandar online