Illum previous editions

ILLUM 14 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1350544

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 27

26 oroskopju IL-ĦADD 14 TA' MARZU 2021 • illum L-aħħar Oroskopju għal dan il-Kalendarju Żodjaku Mill-Ħadd 14 ta' Marzu sas-Sibt 20 ta' Marzu L-Aħħar New Moon għall-Kalendarju Żodjaku 2020-2021 Wasalna fl-aħħar ġranet ta' dan il-kalendarju Żodjaku 2020-2012 fejn ovvjament fil-21 ta' Marzu, maż-żodjaku ta' Aries, jibda b'mod uffijali l-bidu tal-kalendarju Żodjaku 2021- 2022. Dwar dan se nikteb fil-ġimgħat lli ġejjin. Illum se nikteb propju dwar l-aħħar New Moon f 'dan il-kalendarju żodjaku li beda mis-Sibt 13 ta' Marzu u jintemm sbiħ it-Tlieta 16 ta' Marzu. F'dan in-New Moon, hemm dak iċ-ċans ta' bidu ġdid li jġib miegħu kull żodjaku, ċans ta' kontinwazzjoni f 'dak li qed inwettqu jew inkella ta' tkattir f 'dak li sejrin nibdew. Dan huwa żmien opporun anke għal xi riżoluzzjoni. Għalhekk agħraf tajjeb l-enerġija ta' dan l-aħħar New Moon! Għal aktar informazzjoni tista' tibgħatli SMS fuq 79495804 jew żur is-sit tiegħu www.pauljon13.com Namaste Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 9901 3600 www.pauljon13.com facebook.com/pauljon13 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'dan in-new moon għalik Aquarius ser jagħmlek tgħaraf iżjed il-kontroll tiegħek innifsek. B'hekk danser iwassal għal tibdil differenti kif int tibda' taġixxi. Ovvjament dan ser juri ħafna d-differenza meħtieġa għalik kemm fil-mod kif taħseb kif ukoll għal mod li tibda tiddeċidi. Dan jawgura tajjeb għal dak li riesaq lejk.Id-dati ideali għalik għal din il- ġimgħa huma : 14, 16, 18 u 20.Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta' emozzjoni. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'dan in-new moon għalik Pisces ser jippermettilek li tissaħħaħ iżjed fl-abbilita' tiegħek sabiex b'hekkint tibda' tgħaraf aktar kemm il-kontroll tiegħek personali u anke fil-ħidma tiegħek. Dan huwaperjodu li jista' ikun li int terġa takkwista dik il-kunfidenza li int tli. Għalhekk għaraf dan il-perjodu ta' kunfidenza fik innifsek.Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 15, 17, 18 u 19.Pisces huma magħrufin għal abbilita' u t-twemmin tagħom. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'dan in-new moon għalik Aries ser jagħmlek aktar attiv mnin dak li ssoltu tkun. Fejn jekk is-soltu kont tieħu sitwazzjonjiet b'aktar kawtela, issa int ser tibda' tħaffef f 'dak li int ser tibda' twettaq. Dan ser ikun ifisser għalik li issa int għandek tibda' tgħaraf aktar l-abbilita' tiegħek. Dan ser jagħtik aktar stabilita' fil-ġimgħat li ġejjin. Irrifletti. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 15, 16, 18 u 20.Aries huma magħrufin għal attenzjoni li joffru. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan in-new moon għalik Taurus ser ikun il-waqt ta' għarfien ta' bżonn ta' bilanċ fil-madwar tiegħek.Dan il-bilanċ ser ikun maqsum bejn it-tkattir fil-karriera tiegħek u kemm ma' dawk l-aktar li huma viċin tiegħek. B'hekk int ser tgħaraf kemm dan il-pass huwa mportanti sabiex b'dan il-bilanċ ħajtek tieħu dik id-direzzjoni meħtieġa.Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 14, 15, 17 u 18.Taurus huma magħrufin għal istabbilita' taghom. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'dan in-new moon għalik Gemini ser jagħmlek tgħaraf tikkumbatti aktar l-inċertezza. Dan sabiex int tkun tista' tkompli għaddej b'dak li kont qed twettaq. Iżda issa trid iżomm lilek innifsek aktar attent u aktar kawt sabiex b'hekk int tgħaraf tasal fejn verament tixtieq tasal. Dan ser tara' riżultat tiegħu fix-xhur li ġejjien. Tajjeb li tirrefletti.Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 14, 16, 17 u 19.Gemini huma magħrufin għal flessibbilita' u komunikazzjoni tagħhom. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju F'dan in-new moon għalik Cancer ser ipoġġik f 'mument li tkun aktar iffokat dwar il-bidla li qed isseħħ madwarek. Ovvjament din il-bidla ser iġib bosta sitwazzjonijiet ġodda. Kollox ma' kollox int trid tgħaraf iżomm lilek innifsek f 'direzzjoni waħda. Dik li tgħaraf twettaq dak kollu li hemm bżonn b'abbilita' kbira.Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 15, 17, 19 u 20.Cancer huma magħrufin għal burdata pożittiva tagħhom. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru F'dan in-new moon għalik Virgo ser ipoġġik f 'sitwazzjoni pożittiva sabiex int tkun tista' timxi b'dik ir- rankatura tant meħtieġa fil-ħajja tiegħek. Ma' dan kollu int trid iżomm lilek innifsek aktar iffokat sabiex ma tikkommetiex ċertu żbalji li forsi jistgħaw inaqqsu dak ir-ritmu li int tkun qbadt. Għalhekk tajjeb li tagħmel analiżi profonda.Id-dati ideali għalik huma dawn : 14 , 15 , 17 u 19. Virgo huma magħrufin li kapaċi jagħqdu kollox mill-ġdid. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru F'dan in-new moon għalik Libra ser jagħmlek tħossok aktar attiv mis-soltu. Ovvjament dan huwa tajjeb għal dawk l-opportunitajiet li ser jersqu lejk. Għalhekk int trid tgħaraf tkun aktar kawt ħalli b'hekk int tkun tista' tkompli tavvanza f 'dak li int trif twettaq. B'hekk biss int tista' tkompli tħares il-quddiem. Għaraf sew dan.Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 14, 16, 17 u 20.Libra huma magħrufin għal ħolqien ta' stabilita'. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal- 21 ta' Diċembru F'dan in-new moon għalik Sagittarius ser jagħmlek it aktar anzjuż dwar is- sitwazzjonijiet ta'madwarek. Dan jaf ikun tajjeb sabiex int timxi aktar b'ritmu f 'dak li ġej pero' trid tgħaraf tikkontrolla aktar lilek innifsek sabiex ma' tikkometti l-ebda żbalji. Għaraf biss l-esperjenzi tal-passat sabiex int tkun tista' tavvanza.Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 16, 17, 19 u 20.Sagittarius huma magħrufin għal abilita' tagħhom. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru F'dan in-new moon għalik Scorpio ser ikun żmien li jagħmlek tgħaraf aktar il- madwar tiegħek.Għalhekk issa li int taf dan għandek tgħaraf tikkontrolla kemm il-ħsibijiet tiegħek u kemm pjanijiet li int tista' tkattar. B' hekk int tkun tista' tkompli tissaħħaħ u titkattar għal dak li riesaq lejk. Tajjeb li tirrefletti. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 15, 16, 18 u 19.Scorpio huma magħrufin għal indipendenza tagħhom. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad- 19 ta' Jannar F'dan in-new moon għalik Capricorn ser ikun mument sabiex int tkompli tiffoka aktar dwar l-ambinzjonjiet tiegħek, dan jaf ikun ta' sfida għalik minħabba dak li riesaq lejk, għalhekk issa int trid turi aktar l-abbilta' f 'dak li int trid twettaq, Żomm il-kontroll tallmadwar tiegħek taħt il-lenti. Dan jaf ikun il-bidu ta' era ġdida għalik .Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 14, 16, 17 u 19.Capricorn huma magħrufin għad determinazzjoni tagħhom. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan in-new moon għalik Leo ser ikun ifisser żmien oppurtun għalik sabiex tkabbar l- istabbilita' li int għandek. Għalhekk int trid tgħaraf taħtaf dan iż- żmien li riesaq lejk sabiex int tkun tista' tkompli tavvanza f 'dawk il-proġetti li hemm imħejjija għalik. Iżda trid tgħaraf tkun kawt f 'dak kollu li ser twettaq. Irreffletti sew kull pass li tagħmel.Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 16, 17, 19 u 20.Leo huma magħrufin għal umanita' tagħhom. Namaste

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 March 2021