Illum previous editions

ILLUM 14 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1350544

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 27

25 illum • IL-ĦADD 14 TA' MARZU 2021 aħbarijiet l-Konservazzjoni Tifħir Speċjali Ċentru tat-Tagħlim Kattoliku - Edward Scerri Architect Studio Iċ-ċentru ġdid tat-tagħlim jinsab f 'bini li kien se jitwaqqa' u kien meqjus li ma jistax jiġi rkuprat. Madankollu, it-tim ta' dan il-proġett kien konvint li l-bini żamm biżżejjed mill-karatteristiċi storiċi tiegħu biex jistħoqqlu riabilitazzjoni u l-użu mill-ġdid. Ladarba l-faċċata ġiet restawrata u mogħtija kisja ta' żebgħa friska fuq l-aperturi storiċi, il-bini reġa' sar monumentali fit-triq li jinsab fiha. Internament, inżamm il-madum oriġinali u ta l-proġett il-karattru uniku tiegħu. Dan il-madum jinkludi disinn oriġinali li jinkorpora t-tliet għoljiet ta' Għawdex u s-salib ta' tmien ponot tal- Kavallieri ta' San Ġwann. Il-bini issa qed jaqdi l-bżonnijiet tal-komunità lokali. Candle House - MODEL Dan il-proġett stabbilixxa użu ġdid għall-proprjetà li oriġinarjament kienet isservi bħala fabbrika tax-xemgħa, użu li ħalla l-marka tiegħu fuq il-karatteristiċi storiċi tal-post. Ir-riabilitazzjoni tal- proprjetà kienet ibbażata fuq analiżi ta' liema karatteristiċi għandhom jinżammu u mbagħad fuq kif għandhom jiġu inkorporati faċilitajiet kontemporanji ta' dar komda. Dan irriżulta f 'kuntrast li juri kif materjali moderni u tradizzjonali jistgħu jingħaqdu flimkien. Minkejja li l-ispazju huwa pjuttost ristrett, il- pajsaġġ estern ġie ddisinjat b' karatteristiċi apposta u ġiet inkorporata żona ta' divertiment fuq livell maqsum fl-ispazji esterni, filwaqt li l-pavimenti tal-konkrit u tal-injam jikkumplimentaw l-spazji storiċi interni. Admiralty House - Direttorat tar-Restawr Din il-binja kienet isservi bħala l-Mużew Nazzjonali tal-Arti u ġiet riabilitata b'mod estensiv. Ta' min isemmi li ġew rikoverati xi wħud minn affreski oriġinali, li kienu ġew kompletament mgħottija b'saff fuq saff ta' żebgħa. Il- bini issa juri taħlita sabiħa tal-kuluri li jikkumplimentaw is-soqfa miżbugħa u jenfasizzaw karatteristiċi partikolari, bħat-taraġ u l-faċċata. Elementi ġodda huma kontemporanji u integrati b'mod sensittiv, bħas-sistema l-ġdida tad-dawl li ġiet installata. Pool

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 March 2021