Illum previous editions

ILLUM 14 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1350544

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

YENDRICK CIOFFI Wara li ġew introdotti miżuri stretti biex tkun ikkontrollata l-imxija tal-varjant tal- Covid-19, il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Philip Fenech mill-Kamra tal-SMEs, responsabbli mis-settur tad- divertiment u l-ospitalità li insista li jekk kulħadd jagħmel il-parti żgħira tiegħu, anke jekk il-miri huma iebsa, il- pajjiż jista' jilħaqhom. "Għandna miri iebsa imma nistgħu naslu jekk noqogħdu attenti. Dan huwa l-aħħar ċans tagħna biex insalvaw is-sajf li tant għandna bżonn," insista Fenech, waqt li fakkar li apparti l-miżuri u s-sagrifiċċji li kulħadd qed ikun mitlub jagħmel, issa hemm ukoll il-vaċċin li qed jgħin fil- ġlieda kontra l-Covid-19. Il-mira tal-pajjiż hija li sa Mejju jkun laqqam lill-anzjani, lill-persuni kollha vulnerabbli, lill-ħaddiema tas-saħħa, frontliners oħra, lill-edukaturi u lill-istaff tal-iskejjel fost oħrajn. Hekk għal Mejju, tkun tista' tibda titlaqqam il-bqija tal- popolazzjoni u l-pajjiż jersaq aktar lejn dik li qed tissejjaħ 'herd immunity.' "L-ebda liġi jew infurzar ma huma b'saħħithom biżżejjed daqs il-konvinzjoni," insista Fenech mal-ILLUM. "Inutli noqogħdu nwaħħlu f 'dak u l-ieħor. It-tort huwa ta' dawk li mhux jieħdu r-regoli b'serjetà, kemm ċittadini u anke ftit negozji li 'jilagħbu noli' mal-protokolli." Kien hawn li Fenech appella biex f 'dawn il-ftit ġimgħat li ġejjin, iebsa kemm huma iebsa, isir "sforz nazzjonali." "Jiena ċert li jekk kulħadd jagħmel il-parti tiegħu, wara se nkunu ħafna aħjar. Il-vaċċin issa qed jikkumplimenta wkoll l-isforzi tagħna," insista. "Jekk nagħmlu hekk, fis-sajf inkunu nistgħu nifħtu, mhux biex ikollna sajf bħal tal-2019, imma nkunu bdejna dik li jien qed insejħilha t-triq it-twila, biex nerġgħu nibdew ngħixu u naddattaw għal realtajiet ġodda." Appella biex dan l-isforz ikompli anke wara li jitneħħew il-miżuri għax, fi kliemu, ma jistax ikun li l-każi malli jonqsu jerġgħu jibdew jiżdiedu għax ikun hemm min jillaxka. "Tagħmel kemm tagħmel miżuri u tissikka kemm tissikka, jekk tiftaħ u kulħadd jerġa' jillaxka u kulħadd jerġa' jinġabar ġo xulxin, se nerġgħu niżdiedu u nerġgħu nibdew mill-bidu," insista Fenech. 'Ma nistgħux inħallu pajjiżi jitilqu jiġru qabilna' L-ILLUM kompliet titkellem ma' Fenech dwar is-settur tat- turiżmu u d-divertiment u l-fatt li dan bħalissa jinsab staġnat minħabba l-pandemija. Kien għalhekk li appella biex Malta jkollha strateġija b'saħħitha, biex fi kliemu, ma tħallix pajjiżi oħra jitilqu jiġru qabilha. Irrefera għall-pjan tal- Gvern Ingliż dwar is-safar, li qed jippjana li jiftaħ mill- ġdid l-ajruporti tiegħu bejn nofs Mejju u Ġunju. Fakkar li r-Renju Unit huwa l-aktar suq importanti għal Malta. "Pajjiżi bħal Ċipru, Spanja, il- Portugal u l-Greċja diġà waslu fi qbil mar-Renju Unit biex ikunu jistgħu jaċċettaw turisti li jew ħadu l-vaċċin jew inkella li jipprovdu test negattiv ta' Covid-19," insista Fenech. "Ma nistgħux inħallu lil dawn il- pajjiżi jiġru qabilna." Qal li ħafna minn dawn il- pajjiżi, għajr Ċipru, jinsabu f 'sitwazzjoni bħal ta' Malta, simili jew ħarira aħjar, iżda xorta bdew iħarsu 'l quddiem. Anke pajjiżi oħra Ewropej, fejn il-każi qed jiżdiedu, qed iħarsu lejn kif jistgħu jiħu t-turiżmu fis-sajf, jekk iċ-ċirkostanzi jkunu jippermettu. "Dejjem infakkar li t-turiżmu u d-divertiment iċaqlaq 80% tan- negozju f 'Malta," insista Fenech. 'Meta negozju jagħlaq mhux hu biss qed ibati' Tkellimna wkoll dwar l-aħħar negozji li kellhom jagħlqu minħabba l-firxa qawwija tal- Covid-19. "Imma dawn in- negozji, partikolarment il-bars u r-ristoranti, kemm jifilħu jaqalgħu fl-istonku tagħhom?", staqsietu l-ILLUM. Philip Fenech wieġeb billi fakkar li meta negozju jagħlaq, mhux se jbati biss sidu u l-ħaddiema tiegħu imma se jbatu u se jkunu affettwati għadd kbir ta' nies. Insista li jekk jagħlaq ristorant jew bar, se jbatu dawk li jipprovdu u jwasslu l-prodotti tal-ikel, dawk li jipprovdu u jwasslu x-xogħol u ħafna ħaddiema u negozjanti oħra. "Se jbati wkoll il-Gvern. Jekk negozju se jagħlaq, se jfisser inqas dħul għall-Gvern ukoll. Jekk il-Gvern se jkollu inqas fondi, se jkollu inqas flus min fejn jgħin lill-istess negozji, jixtri l-mediċini u jqassam il- ġid," insista Fenech. Kien hemm min kellu jżarma? Mistoqsi jekk kienx hemm negozji li kellhom jagħlqu u jekk l-ammont huwiex allarmanti, Fenech fakkar li hemm diversi raġunijiet li setgħu waslu biex negozju jbati aktar minn ieħor, inkluż il-kera. "Kien hemm sidien li għalqu għajnejhom imma kien hemm sidien li ma ċċaqalqux, anke għax forsi huma stess għadhom x'jagħtu lill-banek," saħaq. "Hemm negozji li jiddependu minn turisti biss u dawn batew ħafna u hemm oħrajn li tant kemm huma żgħar, li bid- distanza soċjali ma setgħu jagħmlu xejn. Dawn ukoll batew u kellhom iżarmaw." Temm jisħaq li l-għadd ta' dawn in-negozji li fallew mhijiex allarmanti għax għad hemm l-għajnuna min-naħa tal-Gvern. Fi kliemu, mingħajr dawn "l-isteroids" fl-ekonomija, l-istorja tkun differenti. IL-ĦADD 14 TA' MARZU 2021 • illum aħbarijiet 'Dan hu l-aħħar ċans biex insalvaw parti mis-sajf ... għandna miri iebsa imma nistgħu naslu' Il-Viċi President tal-Kamra tal- SMEs, Philip Fenech, jisħaq li hekk kif is-sajf qed joqrob, Malta teħtieġ strateġija biex ma tħallix pajjiżi oħra jiġru qabilha It-toroq tal-Belt Valletta mill-ġdid vojta u bla ħajja Philip Fenech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 March 2021