Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1350544
07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 14 TA' MARZU 2021 'Ma nistgħux inżidu l-kwalità jekk jibqa' jkun hawn l-abbuż' - F'sentejn 32 sid jinqabdu jikru lit-turisti bla liċenzja Il-gazzetta ILLUM titkellem mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u mal-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo dwar sidien li jikru appartamenti lit-turisti mingħajr ma jkollhom il-liċenzja neċessarja YENDRICK CIOFFI Fl-aħħar sentejn 32 persuna nqabdu qed jikru appartamenti jew akkomodazzjoni oħra lil turisti li jżuru Malta mingħajr ma kellhom il-liċenzja tal- Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA). Il-gazzetta ILLUM ġabet dawn iċ-ċifri mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li spjegat kif wieħed irid iżomm f 'moħħu li matul is-sena li għaddiet, minħabba l-pandemija, peress li naqas drastiment l-għadd ta' turisti li żaru Malta, naqsu wkoll il-postijiet għall-kiri. Fil-fatt, meta kienet għamlet l-istess mistoqsijiet it tas-snin ilu, il-gazzetta ILLUM kienet żvelat kif f 'sentejn, bejn l-2016 u l-2018, kienu nqabdu xejn inqas minn 114-il sid li jikru appartmanenti mingħajr il- liċenzja neċessarja. Kelliem għall-MTA kkonferma mal-gazzetta ILLUM li kull tip ta' akkomodazzjoni illi tinkera lit- turisti, jeħtieġ li jkollha l-liċenzja tal-Awtorità 4,000 operatur liċenzjat B'kollox hemm madwar 4,000 operatur li għandhom il- liċenzja tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex ikunu jistgħu jikru l-appartamenti jew il- proprjetajiet tagħhom lit-turisti. Madanakollu, kompla jisħaq il-kelliem, l-Awtorità hija konxja li hemm numru ta' sidien oħra li qed joperaw mingħajr il- liċenzja. "Il-kontrolli jsiru regolari u wieħed irid japprezza li l-proċess mhuwiex wieħed daqshekk sempliċi daqs kemm wieħed jaħseb u jirrikjedi li jkun hemm prudenza kif ukoll proċeduri legali li jistgħu jieħdu fit-tul," insista l-kelliem. Sid li jinqabad jikri mingħajr liċenzja jista' jeħel multa ta' €2,329 u jekk jonqos milli jħallasha, jiġi mħarrek biex jidher quddiem il-Qorti tal- Ġustizzja. F'każ li jinstab ħati mill-Qorti, is-sid jista' jeħel bejn €2,329 sa massimu ta' €23,293. L-offiża tkun imniżżla wkoll fil-kondotta tal-individwu minħabba li din l-offiża hija meqjusa bħala reat kriminali. Apparti minn hekk, l-Awtorità tista' toħroġ Avviż ta' Infurzar biex is-sid jieqaf jikri l-post minnufih. 'Il-liċenzja tiggarantixxi l-iġjene, l-assigurazzjoni, is-sigurtà u l-kwalità' Dwar il-fatt li kull sena qed jibqgħu jinqabdu sidien li jabbużaw u jikru l-proprjetajiet tagħhom lit-turisti mingħajr liċenzja, il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-Ministru għat- Turiżmu Clayton Bartolo, anke għax il-Gvern, fl-Istrateġija Nazzjonali għat-Turiżmu għall- għaxar snin li ġejjin, jagħmel enfasi dwar il-fatt li hemm bżonn aktar infurzar kontra sidien li qed jikru appartamenti mingħajr liċenzja. Hawn ta' min wieħed ifakkar li ħafna minn dawn l-appartamenti jinsabu f 'blokok li fihom hemm diversi residenti u dan xi ftit jew wisq joħloq ukoll inkonvenjent għalihom. Anke dwar dan titkellem l-Istrateġija. Il-Ministru Bartolo insista mal-gazzetta ILLUM li huwa importanti li kull tip ta' akkomodazzjoni offruta lit- turisti tkun liċenzjata. Insista li hemm ħafna raġunijiet għal dan. L-ewwel u qabel kollox, kompla l-Ministru Bartolo, huwa importanti li s-settur tat-turiżmu jserraħ rasu li l-akkomodazzjoni li qed tilqa' lit-turist, timxi mal- istandards stabbiliti mil-liġi u li għalhekk tiggarantixxi l-iġjene, l-assigurazzjoni, is-sigurtà u anke l-kwalità, fost oħrajn. "Stabbilimenti liċenzjati huma wkoll suġġetti għall- ispezzjonijiet mill-Awtorità biex jiġi assigurat li dawn l-istandards qed jinżammu minn sena għall- oħra," insista l-Ministru. Apparti dan kollu, Bartolo saħaq li l-operat turistiku mhux liċenzjat għandu jkun skoraġġut anke għax dan ifisser li s-sid ikun qed jevita l-obbligi fiskali stabbiliti mil-liġi u jkun qed jieħu vantaġġ illegali u inġust minn fuq dawk l-istabbilimenti u l-operaturi l-oħra li b'sens ta' responsabbilità jġeddu u josservaw l-obbligi tagħhom. Mistoqsi x'jista' jagħmel il- Gven biex jonqos dan l-abbuż, il-Ministru saħaq li l-ewwel u qabel kollox hemm bżonn aktar edukazzjoni u aktar impenn biex l-operaturi li mhux qed iħallsu l-liċenzja jirregolaw lilhom infushom mil-aktar fis possibbli. Saħaq li l-awtoritajiet se jkomplu jesploraw il-mezzi kollha possibbli biex ikunu jistgħu jidentifikaw lil min qed ikompli jippersisti b'dan "l-aġir illegali," biex jekk ikun hemm bżonn jittieħdu wkoll passi legali kontrih. "Għandna strateġija fformulata fuq il-ħtieġa li niggarantixxu esperjenza turistika bbażata fuq kwalità ta' servizz ogħla u ma nistgħux nilħqu dan il-għan jekk nippermettu li jkollna operaturi li jkomplu jagħtu servizz mhux liċenzjat," temm jgħid il- Ministru Bartolo. F'sena żdiedu b'aktar minn 16% t-turisti li għażlu appartament minflok lukanda Fil-jiem li għaddew il- gazzetta ILLUM analizzat l-aħħar statistiċi maħruġa mill- Uffiċċju Nazzjonali tal-Istastika (NSO) u li juru kif dejjem qed jiżdiedu l-għadd ta' turisti li jagħżlu li jikru appartament jew akkomodazzjoni oħra self- catering minflok joqogħdu f 'lukanda. Fil-fatt, fl-2019, mill-1,709,966 turist li żaru Malta, 714,157 għażlu li jikru appartment minflok joqogħdu f 'lukanda. Dan ifisser żieda ta' 16.2% meta kkumparat mas-sena ta' qabel. Mal-gazzetta ILLUM, Andrew Agius Muscat, il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Maltija għar- Ristoranti kien saħaq li hemm bżonn isir aktar biex jonqsu l-operaturi li qed jikru mingħajr liċenzja, waqt li saħaq li llum huwa aktar faċli biex taqbadhom, anke għax ħafna minnhom jirreklamaw il-proprjetajiet tagħhom fuq il-midja soċjali. Agius Muscat insista wkoll li filwaqt li f 'destinazzjoni popolari bħal Malta l-għażla hija importanti, anke fejn tidħol l-akkomodazzjoni, din trid tkun regolarizzata u f 'numri li jagħmlu sens. Fl-2019, 714,157 għażlu li jikru appartment minflok joqogħdu f 'lukanda Il-Ministru Clayton Bartolo