Illum previous editions

ILLUM 14 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1350544

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 aħbarijiet IL-ĦADD 14 TA' MARZU 2021 • illum Il-kannabis: Il-liġi preżenti, il-famuża Il-gazzetta ILLUM tagħti daqqa ta' għajn lejn il-liġi tal- kannabis, kemm fil-preżent kif ukoll fil-futur, dejjem jekk tingħata l-approvazzjoni tal-Parlament. Ħarsa wkoll lejn x'jaħsbu dwar dan kollu għaqdiet kontra u favur il- legalizzazzjoni tal-kannabis MARIANNA CALLEJA Il-liġi f 'Malta ma tikkastigax l-użu tal-kannabis, madankollu dan ma jfissirx li wieħed jista' jagħmel użu mill-kannabis mingħajr riperkussjonijiet legali. Il-liġi Maltija tittratta l-kannabis b'mod differenti minn sustanzi oħra. Il-pussess tal-kannabis għall-użu personali bi 3.5 grammi ta' ura tal- kannabis jew inqas jwassal għal multa ta' €50 sa €100, filwaqt li dawk li jinqabdu bi droga oħra jiġu mmultati minn €75 sa €125. Minkejja l-fatt li sempliċiment iġġorr kannabis f 'ammonti żgħar mhix reat, dan m'għandux iħeġġeġ lill-individwi biex jikkunsmaw kannabis fil-pubbliku. L-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi xorta jistgħu jarrestaw lil kull min jaqbdu bil- kannabis u jinterrogawhom biex isiru jafu minn fejn akkwistaw id- droga. L-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga tal-2014 isemmi li kull persuna akkużata b'pussess għandha tiġi pproċessata quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja. L-Att isemmi wkoll li delinkwenti li ġew mressqa l-qorti iktar minn darba, huma meħtieġa jattendu l-Bord għar-Rijabilitazzjoni tad- Droga. Li tmur kontra l-Qorti, jista' jirriżulta f 'multa jew tliet xhur priġunerija. Intant dawk li huma akkużati b'reati ta' provvista jistgħu jiġu kkundannati sa 10 snin priġunerija. Fl-istess ħin, reati serji jistgħu jiġu kkundannati għal sentenzi itwal, inkluż priġunerija għal għomorhom minn qorti superjuri. Bejgħ tad-drogi 100 metru 'l bogħod minn kwalunkwe post użat miż-żgħażagħ bħal skejjel, klabbs jew ċentri taż-żgħażagħ huwa kkunsidrat bħala reat aggravanti u jista' jwassal għal kastigi miżjuda. L-użu tal-kannabis mediċinali Fl-2018, il-Gvern illegalizza l-kannabis mediċinali b'riċetta tat-tabib. Il-medikazzjoni tal-kannabis hija mmonitorjata mill-qrib, l-istess bħal narkotiċi oħra bir-riċetta. It-tobba jridu juru li l-kannabis ma kinitx l-ewwel għażla ta' trattament u li t-trattamenti preċedenti li ppruvaw ma rnexxewx. Meta pazjent ikollu karta u riċetta valida, jista' jixtri kannabis medika direttament minn spiżerija. L-uniċi forom ta' trattament tal-kannabis li bħalissa huma permessi f 'Malta ma jistgħux jitpejpu. Fil-fatt Malta għandha biss tip wieħed ta' trattament bl- użu tal-kannabis, bl-isem Sativex. Il-White Paper dwar id- dikriminalizzazzjoni tal-kannabis għall-użu personali Fl-1 ta' Marzu, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li fil-kabinett ġiet ippreżentata l-White Paper dwar id-dikriminalizzazzjoni sħiħa tal-pussess tal-kannabis għall-użu personali. Il-pass li jmiss hu li l-Gvern iressaq dan l-abbozz għall-konsultazzjoni biex eventwalment jitressaq ukoll għall-approvazzjoni tal- Parlament. 'Qed isiru abbużi kontra persuni li jikkunsmaw il-kannabis' Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' għaqda li ilha tiġġieled favur il-legalizzazzjoni tal- kannabis mill-2017. Il-President tal-għaqda ReLeaf, Andrew Bonello offra diversi raġunijiet għaliex il-kannabis għandha tiġi legalizzata "b'għaqal." "Fix-xhur li għaddew, l-abbużi inumani u tad-drittijiet tal-bniedem kontra persuni li jikkunsmaw il-kannabis komplew jitfgħu dell fuq l-isforzi ta' Malta biex tkun minn ta' quddiem fil-promozzjoni tad-drittijiet tal- bniedem," beda Bonello. Hu ta eżampji ta' kif persuni għaddew minn sitwazzjonijiet inġusti wara li nqabbdu b'din is-sustanza, fosthom Daniel Holmes. Holmes qatta' tmien snin u nofs fil-ħabs ta' Kordin wara li l-pulizija sabuħ ikabbar pjanti tal-kannabis f 'daru għall-użu personali. Hu ġie akkużat b'traffikar tad-droga u intbagħat 10 snin ħabs. Il-każ tiegħu qajjem rabja kbira dwar il-liġijiet stretti tal-kannabis. Bonello tkellem ukoll fuq każ ferm aktar riċenti. F'Jum San Valentinu, skont hu koppja żagħżugħa "ġiet trawmatizzata" u arrestata talli kkunsmat il-kannabis. "Din hija biss il-ponta tal-problema u mijiet ta' nies qed ikomplu jddgħajfu fil-ħabs jistennew ġudizzju għal reat mhux vjolenti," insista Bonello. Hu qal lill-gazzetta ILLUM li din hi bidla fil- liġi li teħtieġ li l-ewwel u qabel kollox tikkoreġi l-abbużi tal-passat u tiżgura li l-konsumaturi jew il-kultivaturi tal-kannabis għall-konsum personali ma jibqgħux "iffastidjati" mill- pulizija jew jispiċċaw f 'każijiet twal u għaljin ħafna fil-Qorti. Hawn Bonello saħaq li huwa imperattiv li kwalunkwe bidla leġiżlattiva tinkludi t-tneħħija tal-użu tal-kannabis għall- użu personali mir-rekords kriminali. Intant hu żied jgħid li "tkun inġustizzja doppja li tbiddel il-liġi preżenti u tinsa' lin-nies li għadhom qed jitħabtu sal-lum jew li spiċċaw il-ħabs." Kannabis ta' kwalità tajba u sistema edukattiva aktar infurmata Bħalissa, persuna li tixtieq tagħmel użu mill- kannabis ikollha tirrikorri għal suq illeċitu. Andrew Bonello spjega kif xi kultivaturi lokali jistgħu jkunu qed jipprovdu pjanti ta' kwalità tajba kkultivati f 'parametri organiċi u sostenibbli. Hu jkompli jgħid li "dan xorta mhux jgħin lil konsumatur iħossu sigur. Il- konsumatur ma jistax jiċċekkja l-prodott għal xi tbagħbis, li jagħżel il-proporzjon it-tajjeb ta' THC jew CBD u lanqas jitlob aktar dettalji relatati mal-pjanta." Skont hu f 'sistema regolata u legalizzata, il-persuna titħalla tikkultiva l-kannabis fil-privatezza ta' darha, u b'hekk tieħu kontroll sħiħ u responsabiltà tat-tip ta' kannabis li qed tikkonsma. Din il-persuna tista ukoll tingħaqad ma' klabb soċjali tal-kannabis fejn il-kultivazzjoni u l-qsim tal-kannabis jsiru f 'ambjent magħluq u mingħajr negozji u kummerċjalizzazzjoni żejda. Regoli, Edukazzjoni u Ekwità soċjali ReLeaf Malta dejjem enfasizzat l-importanza tat-tqabbil tal-legalizzazzjoni mar-regoli, l-edukazzjoni u l-ekwità soċjali. Din l-għaqda kienet minn ta' quddiem biex tagħmel emfasi fuq id-drittijiet ta' nies li jikkunsmaw il-kannabis. Bonello żied jgħid, "li huwa ovvju li b'sett ta' drittijiet jiġu numru ta' dmirijiet, u huwa għalhekk li l-komponent tar-responsabbiltà huwa importanti. Djalogu mhux ġudizzjarju u mhux kriminali jista' jżid il-fiduċja tal-konsumaturi, jżid l-għarfien tar-responsabbiltà min-naħa tal-konsumatur u jippromwovi wkoll tnaqqis fil-monopolju mis-suq illeċitu. Għal żmien twil, skont Bonello, in-nies li jagħmlu użu mill-kannabis ġew meqjusa bħala mhux affidabbli u ppersegwitati minn aġenti tal-infurzar tal- liġi fuq it-twemmin falz li l-konsum tal- kannabis se jwassal għal eskalazzjoni tal-użu tas-sustanzi u fl-aħħar għall-kriminalità. Hu temm jgħid li "huwa importanti li l-legalizzazzjoni tiżviluppa l-istrutturi meħtieġa biex teduka lill-konsumaturi kif itaffu r-riskji potenzjali bħal taħlit tat-tabakk, sewqan taħt l-influwenza, u aktar." ReLeaf

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 March 2021