Illum previous editions

ILLUM 14 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1350544

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 analiżi IL-ĦADD 14 TA' MARZU 2021 • illum Il-Covid-19, ekonomija ġġammjata u l-issottovalutar Ir-raġunijiet wara t-tnaqqis fil-poplarità ta' Abela Il-Ħadd li għadda ħareġ sondaġġ li juri lill-PM fl-inqas livelli ta' popolarità, minkejja li l-PL għadu madwar 23,000 vot minn fuq. Imma din xi ħaġa li għandha tissorprendi? Il-gazzetta ILLUM b'ħarsa lejn ir- raġunijiet ewlenin għat-tnaqqis fil-popolarità ta' Robert Abela ... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Nhar il-Ħadd li għadda ħareġ is-sondaġġ ta' Marzu tal- Mediatoday - sondaġġ li wera' lill-Prim Ministru Robert Abela jonqos iktar f 'termini ta' appoġġ biex issa huwa fdat minn 39.8% tal-poplu, l-ewwel darba illi mexxej Laburista niżel taħt l-40% minn Ottubru 2017. Dan apparti li d-distakk bejn il-partiti niżel għal 6.6%, filwaqt li d-distakk f 'termini ta' fiduċja niżel għal 5% biss u l-Partit Nazzjonalista qed jgħaddi lill-Partit Laburista bil-qawwi fit-tramuntana tal-Port (Tas Sliema, San Ġiljan, Swieqi, Pembroke, Birkirkara, Ħal Qormi ....) u fit-tramuntana tal-pajjiż (Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Naxxar ...). F'din l-analiżi l-gazzetta ILLUM se tagħti ħarsa lejn ir-raġunijiet prinċipali li qed iwasslu biex Abela jnaqqas mill- appoġġ. Il-pandemija u l-effetti kollha tagħha Definittivament li l-akbar impatt fuq dan it-tnaqqis huwa attribwit għall-pandemija u l-effetti kollha li din ġabet magħha. L-ewwelnett: Minn aspett ekonomiku, il-pandemija ikkanċellat b'mod assolut il-feel good factor. L-ottimiżmu fost il-konsumatur huwa l-aqwa għodda u l-akbar ħabib għal ekonomija li qegħda tespandi għaliex huwa l-fattur li jwassal biex in-nies jonfqu, jikkunsmaw u jiddevertu. Dan illum mhux talli ma jeżistix, talli qegħdin f 'defiċit. Fost il-poplu in ġenerali, imma b'mod speċjali fost eluf kbar ta' negozji, hawn sens qawwi ta' qtigħ il-qalb u aktar minn hekk inċertezza għax ħadd ma jaf kif se nkunu xahar jew xaharejn oħra. Jekk il-feel good factor huwa l-akbar ħabib tal-ekonomija, l-inċertezza hija l-akbar għadu għax minħabba fiha in-negozjant ma jinvestix u l-konsumatur ma jonqofx u allura r-rota tiġġammja. Dan is-sentiment issaħħaħ din il-ġimgħa meta prattikament tħabbar lockdown li se jwassal biex il-ħwienet kollha jagħlqu, inkluż tax-xagħar, żraben, ġojjellerija, ħwejjeġ, gyms u eluf ta' negozji oħrajn, għal mill-inqas xahar. Dan wara li kien diġà tħabbar illi ristoranti, kiosks u snack bars - inkluż kafetteriji - iridu jgħalqu ħlief għal servizz ta' take away. L-għeluq tal-iskejjel - naturalment - se jkompli jiggrava realtajiet fuq il-post tax-xogħol hekk kif bosta se jsibuha diffiċli biex imorru x-xogħol minħabba li l-iskejjel kollha se jgħalqu minn din il-ġimgħa. Dan iwassal għat-tieni punt: Flus fl-idejn ma hawnx. Hawn eluf ta' nies li qed jaqilgħu paga inqas, għandhom l-impjieg inċert, apparti l-fatt li n-nies għandhom inqas fejn jonfqu l-flus b'eluf ta' negozji issa magħluqin. Naturalment dawk kollha li jgawdu, b'xi mod jew ieħor mit-turiżmu u divertiment (fornituri tal-ikel, taxis, lukandi, organizzaturi ta' attivitajiet, loġistika ...) issa daħlu fl-ewwel sena tagħhom jesperjenzaw nuqqas ta' negozju jekk mhux negozju ineżistenti, li probabbilment ifisser li ħafna riżervi ta' flus issa spiċċaw - minkejja l-għajnuna kbira li ta l-Gvern f 'termini ta' pagi, kontijiet tad-dawl u l-ilma u anke kera. "Imma dan mhux tort tal- Gvern ... il-pandemija hija xi ħaġa dinjija," jirreġixxu bosta għal dan. U dan huwa kompletament minnu. Il-pandemija mhix tort tal-Gvern u dan kważi kulħadd jirrikonoxxih, imma minkejja dan, il-qtigħ il-qalb, l-inċertezza, in-nuqqas ta' flus fl-idejn u n-negozju prattikament wieqaf qed joħolqu l-ambjnet perfett biex il-Gvern inaqqas mill- appoġġ. Huwa ovvju u naturali li fid-dawl ta' dik li issa qed tidher bħala l-akbar riċessjoni ekonomika f 'ġenerazzjonijiet u deċennji, il-Gvern se jnaqqas l-appoġġ b'mod konsiderevoli - anzi jidher li minkejja l-gravità tas-sitwazzjoni l-Gvern xorta għad għandu distakk komdu favurih. Kieku l-Partit Laburista rebaħ l-aħħar elezzjoni b'xi 10,000 jew 15,000 vot - il-probabilità hija li bħalissa s-sondaġġi qed juru lill-PN u l-PL jilgħabu għall- maġġoranza. Naturalment ukoll f 'dan kollu jilgħab l-aspett tas-saħħa, bin- numri jilħqu livelli rekord din il- ġimgħa u saħansitra jaqbżu l-500 każ f 'nofs il-ġimgħa - numri li qatt ma konna rajna bħalhom qabel, u li konna l-eqreb biss fl- aħħar ġimgħat meta n-numru ta' każi qabeż it-300 każ f '24 siegħa. Din il-ġimgħa tħabbar ukoll illi nfetħet il-ħames ITU - sinjal ċar ta' numri dejjem jiżdiedu ta' nies li qed jispiċċaw l-Isptar. Dan kollu jżid mad-doża ta' negattività, qtigħ il-qalb u biża' - ilkoll ingredjenti li jwasslu biex l-ekonomija tibqa' ġġammjata, jekk mhux miexja lura għall- ġimgħat li ġejjin. "Mewġ fil-baħar' u 'f 'Mejju business as usual' Naturalment anke jekk sitwazzjoni mhijiex tort tal- Gvern u din hija pandemija globali, ċerti stqarrijiet li saru mill-Prim Ministru Robert Abela ma għenu xejn għax qanqlu aspettativi li mbagħad ma rriżultawx. Is-Sajf li għadda meta n-numri kienu niżlu f 'livelli baxxi l-Prim Ministru kien qal - waqt intervista fuq l-istazzjon tal- Partit Laburista - illi "l-mewġ fil-baħar qiegħed" u mhux se jkun hemm it-tieni mewġa. Dan fi żmien meta diversi - inkluż unjins - kienu qed iwissu kontra illaxkar żejjed fir-regoli u fl-attitudni fir-rigward tal- Covid-19. Sfortunatament it-tieni mewġa waslet lejn l-aħħar tas- Sajf u warajha ġew oħrajn, ikbar, li wasslu biex illum qegħdin kważi fejn konna sena ilu jekk mhux agħar. Minkejja li l-intenzjoni tal- Prim Ministru dejjem kienet illi kemm jista' jkun joħloq sens pożittiv - minnha innifisha intenzjoni tajba - pandemija mhijiex fil-kontroll tal- bniedem u allura politikament (u strateġikament) iktar milli kienet pożittiva l-istqarrija dwar il-mewġ kienet wisq ażżardata, kienet wisq riskjuża għax setgħet faċilmemt iddur kontra l-istess Prim Ministru - kif fil-fatt ġara. Sfortunatament għalih il- Prim Ministru baqa' jagħmel dawn l-istqarrijiet, bl-aktar waħda riċenti u ripetuta f 'diversi okkażjonijiet tkun: "F'Mejju se nkunu business as usual." Mill-ġdid din kienet stqarrija assoluta (mhux "forsi" se nkunu business as usual jew "nittama li nkunu ..."- imma b'ton ta' ċertezza) li minnha l-Prim Ministru ma jistax joħroġ għax kienet ċara u inekwivoka. Dan kien żball strateġiku ieħor (l-akbar) u anke jekk għad fadal xaharejn għal Mejju - politikament kienet stqarrija ażżardata wisq li f 'dawn il- mumenti, kif mistenni, qed tintuża politikament bħala munizzjon ta' kritika u redikolu kontra Abela. Dan kollu nanalizzawh quddiem xenarju ta' Gvern li wettaq bosta miżuri ta' fejda - speċjalment is-Suppliment tal-Paga, l-għajnuna fil-kera, il- vouchers u t-tnaqqis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma għan-negozji. Sfortunatament iżda minkejja qbil wiesa' li dawn il-miżuri kienu ta' fejda l-perċezzjoni li ħolqu dawn l-istqarrijiet ażżardati u assoluti ħolqu r-riħ fil-poppa għall-Oppożizzjoni u taw impressjoni ta' Prim Ministru immatur. Abela mhuwiex Muscat Il-Prim Ministru kellu triq 'l barra minn dan kollu, meta għall-mistoqsijiet ripetuti fl- aħħar ġimagħtejn dwar dawn l-istqarrijiet ażżardati, mill- ġurnalisti, seta' ammetta li forsi għaġġel meta semma' Mejju jew żbalja meta qal li l-mewġ qiegħed fil-baħar jew meta hu (flimkien ma' Chris Fearne) qal illi l-battalja kontra l-Covid-19 intrebħet - xhur ilu. Hawnhekk jidher ċar li Abela għadu ma ħax it-tagħlima u l-istrateġija għaqlija tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat li fil-fatt ħareġ dejjem aktar b'saħħtu meta apoloġizza jew talab xi forma ta' maħfra jew wera' element ta' dispjaċir għal xi ħaġa li għamel jew qal. L-umiltà fil-politika - anke jekk ma tiġix espressa b'konvinzjoni - dejjem tinżel tajjeb mal-elettorat. Ir-ras iebsa, minn naħa l-oħra - anke jekk iġġustifikata - dejjem ddarras lill-elettorat. Problema oħra hija l-prestazzjoni ta' Abela fid- diskorsi tiegħu. Minkejja li l-Gvern ta' Abela fl-aħħar sena mexxa diversi riformi f 'oqsma fejn kienet qed issir ħafna kritika lejn Gvern - primarjament il-governanza u anke fil-Korp tal-Pulizija - Abela għadu ma rnexxilux jirbaħ lin- nies emozzjonalment bħal ma kien għamel Muscat. Għad m'għandux biżżejjed il-forza tal-konvinzjoni li kellu Muscat, anke fl-agħar sitwazzjonijiet politiċi. Dan ma jirrigwardax il- kontenut daqs kemm it-tonalità tad-diskorsi tiegħu, il-lingwaġġ, il-kontinwità fid-diskors u l-kapaċità li jemozzjona lill- udjenza. F'dan il-qasam Muscat bena immaġini eċċezzjonali li llum anke l-akbar avversarji tiegħu jammettu illi kellu. Anke jekk fil-kontenut tad- diskors Abela jista' jkollu raġun jew ikun qed jgħid ċerta fatti innegabbli, l-għajta nofs il-bejgħ u allura l-fatt li d-delivery tad- diskors għadu mhux qed iqanqal l-emozzjoni jfisser illi l-Prim Ministru qed ikun ħafna inqas effettiv minn dak ta' qablu. Abela mhuwiex Muscat u f 'ċerti aspetti qed joħroġ aktar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 March 2021