Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1350544
17 letteratura illum • IL-ĦADD 14 TA' MARZU 2021 Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jistaqsi jekk tabilħaqq – l-iżjed f'dawn l-abbissi traġiċi ta' żminijietna – nistgħux tabilħaqq ngħaddu mingħajr it-teatru tassew. Jiftaħ billi jfakkar fl-inventarju konċiż tal-manuskritti tad- drammaturgu Francis Ebejer illi nġabar fis-sajf tas-sena l-oħra minn ibnu Damian. Ikompli billi jiftakar fl-epoki li kien iddjaloga l-iktar mat-teatru ta' Ebejer filwaqt li jinnota b'ċerta sogħba n-nixfa ta' teatru li ġarrabna f'dawn l-aħħar xhur. Flimkien ma' Friedrich Nietzsche u Massimo Cacciari – fid-dawl tal-għeluq tat-teatri kif ukoll tal-knejjes imħabbar f'pajjiżna dil-ġimgħa – Saliba jtemm billi jenfasizza r-rwoli tant essenzjali li suppost jenħtieġ jaqdu daż-żewġ ilwiek katartiċi fil-ħajja tagħna l-bnedmin, speċjalment meta lkoll insibu ruħna f'qiegħ l-ifnad abbissi... mill-ġdid, lid-drammaturgi u lil dawk kollha li b'xi mod jaħdmu fit- teatru – hija minħabba tan-nuqqas ta' avvenimenti (jew almenu prestazzjonijiet) teatrali li ormaj ilu magħna bosta xhur. Għaldaqstant Fabian Attard ma jagħmilx ħażin jekk ikompli jespandi dan il- proġett. Hekk jew hekk, bħalissa għandna nixfa kerha ta' drama serja fil-pajjiż. Ħafna aħbarijiet illi qed joħorġu dan l-aħħar juruna bosta "xeni drammatiċi", kif jgħid dak l-imbierek "każett ta' Karmenu". Ibda mill-aħħar episodji peżanti tal-każ Caruana Galizia. Spiċċa f 'kull ħaġa Covid. Intant it-teatri veri ilhom magħluqin u mid-dehra – l-iżjed issa li ngħalqu għalkollox – għandhom xi jdumu. It-teatrini l-oħra mbagħad ormaj bħal donnu ħarġu barra sa nvadaw lid-dinja: id-drammaturgi u l-atturi tan- normalità l-ġdida illum issibhom fit-toroq, l-iżjed fil-laboratorji u fil- qrati. Iżda d-drama tal-kronika u tal-mediċina mhix l-istess bħal dik tal-palk, tat-teatru tassew. Tassew ħasra. M'iniex ngħid dan b'mod partikulari għax proprju din is- sena, fis-sew is-sena l-oħra, kelli ntella' fuq il-palk Huis Clos (Bil- Bieb Mitbuq) ta' Jean-Paul Sartre, avolja xi wħud forsi jistgħu jaħsbu dan. Xejn affattu: din tiegħi hija fehma rigward l-implikazzjonijiet wiesa' tal-għeluq tat-teatri – mhux biss f 'Malta iżjed f 'xi fażi jew oħra mad-dinja kollha – fuq il-mod kif iċ-ċiviltà tagħna saret tirrelata mat-teatru b'mod ġenerali. Hija interpretazzjoni tiegħi. F'Diċembru li għadda l-filosofu Taljan Massimo Cacciari staqsa jekk tabilħaqq nistgħux nistħajlu belt Ewropea mingħajr teatru. Belt Ewropea mingħajr teatru u fejn tiċċirkola l-idea li adirittura nistgħu ngħaddu mingħajru – sitwazzjoni iżjed perikoluża minn waħda li kaġun t'emerġenza jinsab vojt." Cacciari, b'dika x-xeħta tant chic kemxejn bħal t'Ebejer, kompla jargumenta li matul iżjed minn żewġ millenja t-teatru rrappreżenta lill-belt Ewropa, bil- kuntradizzjonijiet, l-ansjetajiet, il-kunflitti, il-passjonijiet u l-intelliġenzi tagħha. Kompla jgħid illi t-teatru huwa politika. Politika t-traġedja Griega. Politiku William Shakespeare. Politiku Carlo Goldoni, sostiene Cacciari. Żgur kienu politiċi wkoll Alfred Sant u Francis Ebejer, ngħid jien. Politiku dan l-aħħar l-editur tat-Times of Malta Herman Grech. Sant minħabba raġunijiet ovvji, Ebejer għax fost ħwejjeġ oħra kiteb dwar uħud mill-ewwel dilemmi ewlenin ta' Malta post-kolonjali. Cacciari jmur lil hinn mill-politika. Isostni li t-teatru jista' biss iseħħ jekk bejn l-atturi u l-udjenza jkun hemm rapport ta' simpatija, kif ukoll kemm-il darba dan jinvolvi l-ġisem u l-movimenti korporji f 'rabta stretta bejn il-ħsieb u l-ħsus, legame cogito-sentimento. Jekk dir-rabta tinħall tinqasam ħaġa mill-iżjed essenzjali għaċ-ċiviltà. It-teatru ma jistax jiskot. Jilmenta li hawn min ma jiimx li ħwejjeġ alkemiċi bħal dawn ma jistgħux jiżvolġu f 'ambjent televiżżat. It- teatru mhux biss ċinema. Xejn tant maġiku li jinvolvi din it-tip ta' parteċipazzjoni kollettiva ma jista' jixxandar mill-bogħod. Naqbel ma' Cacciari, iżda fil- valutazzjoni bijopolitika li f 'daż- żmien ta' kriżi nistgħu ngħaddu mingħajr t-teatru nagħraf ukoll paradossi oħrajn. Jidhirli li l-għeluq tat-teatri – l-iżjed f 'dal-perjodu ta' kriżi bla preċedent f 'kollox u kullimkien – jixhed fehim pjuttost fqir tal-kostituzzjoni ontoloġika umana – għaġna li inzerta għandha wkoll ċerti esiġenzi kulturali urġenti. Forsi ħadd iżjed minn Friedrich Nietzsche m'għaraf jinterpreta tajjeb id-diversi rwoli essenzjali li kienet taqdi t-traġedja Griega. Fl- ewwel saġġ tiegħu Die Geburt der Tragödie aus dem Geiste der Musik (It-Twelid tat-Traġedja mill-Ispirtu tal-Mużga, 1872) jissuġġerixxi li t-teatru kien jaqdi r-rwol kritiku – anke fi żminijiet imwegħra sintendi – illi jeleva liċ-ċittadini difaċċ l-assurdità tal-eżista u tan-nuqqas tat-tifsira aħħarija tagħha. Kienet tippermettilhom ukoll iħabbtu wiċċhom mal-abbiss mingħajr ma jiġġarrfu. Fl-aħħar nett, bħal f 'seħer kienet tagħtihom il-qawwa jgħidu "iva" lill-ħajja, minkejja kollox. Ħaġa ċerta li t-traġedja Griega, l-iżjed f 'din in-narrattiva, ma kinitx tiċċassa biss fl-abbiss mentri tistennieh jiċċassa lejha jekk mhux ukoll jinfettaha. Din l-"iva" kien reġa' qabadha mal-għaxar snin wara fit-test rinfreskanti tiegħu Die fröhliche Wissenscha (Ix-Xjenza Hienja, 1882). Min jafx kienx jerġa' jtenniha li kieku għadu magħna fil- ħajja tal-lum? Hu x'inhu, żgur ma nimmaġinax li Nietzsche – jew lil kull min jista' jkun skular akkanit tiegħu – qatt jista' jikkunsenta mal- għeluq tat-teatri. L-istess jgħodd, f 'għajnejja, għall-għeluq tal-knejjes. Dejjem deherli li l-funzjonijiet reliġjużi jilagħbu wkoll ir-rwoli sagrosanti li Cacciari u iżjed qablu u iktar minnu Nietzsche jassoċjaw ben tajjeb mat- teatru. Ibda mill-qari tal-Iskrittura u spiċċa fl-għemejjel simboliċi li jiddramatizzawhom, ngħidu aħna – fil-każ tal-kult dominanti tagħna – il-konsagrazzjoni tal- kalċi u t-tqarbin. Forsi anke iżjed, x'jgħid x'jgħid Niezsche. Biex tgħaxxaqha, fit-tnejn ġieli nistgħu saħansitra nħossu subliminazzjoni drammatizzata ta' impulsi katartiċi, ġieli wkoll erotiċi. Dejjem deherli wkoll illi fir-ritwali spiritwali – anke f 'dawk tas-soltu – hemm element qawwi ta' teatru. Dawn iż-żewġ forom essenzjali ta' drama umana, voldieri t-teatru u r-ritwal reliġjuż, bil-modi tagħhom itennu dik l-"iva" li kulma jmur ilkoll ser neħtiġuha iżjed u iżjed. U t-tnejn li huma, bil- kontra tal-ġrajjiet kurrenti jew tas- soap operas, ma jistgħux jixxandru mill-bogħod. Wisq nibża' li dan jikkonferma qatigħ dak illi ili nibża' minnu s-snin: il-Punent ormaj tilef kważi għalkollox l-istorja tiegħu. M'għadx għandu boxxla oħra għajr dik tat-tirannija bijopolitika u spiss riduttiva tat-teknika. Għaldaqstant imbagħad mhux ta' b'xejn imbagħad – l-iżjed meta niġu għas-si u n-no – il-biċċa l-kbira tal-bnedmin illum saru, anzi ilhom, jitfixklu t-teatru mal-bużullotti u r-reliġjon mas- superstizzjoni, voldieri għal ħwejjeġ mhux essenzjali. Taħlita ħollox borrox. Nistgħu ngħaddu mingħajr it- teatru tassew? Żgur issib jgħid illi ċiviltà li taqbad dit-triq-ma-tinfidx jixirqilha agħar mill-Covid. Abbli hawnhekk Sant jibda jippilla. X'forsi kien jaħseb Francis illum rigward l-għeluq tat-teatri ma jaf ħadd għajr, għandu mnejn, ibnu Damian. Iżda ma niskanta b'xejn. Għandi niem li Cacciari jaqbel. Nietzsche iżjed minnu, żgur. Minnu li kultant l-Übermensch kellu ħabta jkun daqsxejn drama queen, iżda forsi hawnhekk – l-iżjed illum f 'qiegħ dawn l-ifnad abbissi traġiċi li qegħdin jgħaddu għala minna – minn banda ma tlumux... Immela Vum-Barala-Zungaré! L-Inventarju Arkivjali Konċiż tal-Kollezzjoni Sħiħa tal-Manuskritti, Xogħlijiet Letterarji u Oħrajn