Illum previous editions

ILLUM 14 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1350544

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 14TA' MARZU 2021 • illum POSTIJIET TA' AVUKAT FL-UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT ĠENERALI L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qiegħed jilqa' applikazzjonijiet għal grad ta' Avukat biex iwettaq dmirijiet ta' prosekuzzjoni u dmirijiet oħra relatati. L-applikanti magħżula jkunu fuq kuntratt għal żmien indefinit, soġġett għal perijodu ta' prova, u jkunu mistennija jaħdmu mhux inqas minn erbgħin siegħa fil-ġimgħa. L-applikanti irid ikollhom warrant biex jipprattikaw il-professjoni ta' avukat u mill-inqas, sena esperjenza fil-prattika tal-professjoni wara li jkunu ingħataw il-warrant. L-Applikazzjonijiet, li għandhom jinkludu Curriculum Vitae dettaljat, għandhom jintbagħtu lil: Amministrazzjoni Jobplus Vacancy No 367210, Permit No. 89/2021 Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali Nru. 53, Admiralty House, Triq Nofsinhar, Valletta VLT 1101 jew ibgħat email lill ag@attorneygeneral.mt sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgha 26 ta' Marzu 2021 fis-13:00 hrs. ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Numru kbir ħafna ta' ġenituri jinsabu inkwetati ferm hekk kif ftit sigħat oħra jibda l-ewwel jum illi fih uliedhom mhux se jkunu qed imorru l-iskola. Ġenituri ta' tfal żgħar li tkellmu mal-gazzetta ILLUM u li fl-aħħar jiem tawha wkoll għall-midja soċjali, hekk kif se jkunu kostretti jibqgħu d-dar mingħajr ebda forma ta' inċentivi vijabbli minn naħa tal-Gvern, esprimew tħassib kbir hekk kif min qed iħaddimhom qed jesiġi li huma jmorru l-uffiċċju jew fuq il- post tax-xogħol xorta waħda minn għada. "U bit-tfal x'se nagħmlu?" jistaqsi missier. Il-gazzetta ILLUM hija infurmata li bank lokali bagħat ċirkolari illi fihom qed jagħmilha ċara li l-impjegati tiegħu jeħtieġ imorru għax-xogħol xorta. Dan filwaqt li kelliem tal- Union Ħadiema Magħqudin Voice of the Workers (UĦM) ikkonferma illi fl-aħħar jiem kienu qed jirċievu "telefonati ma jaqtgħu xejn minn għexieren ta' ħaddiema tal-Gvern" inkwetati ħafna. Minkejja direttiva mis- Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar li permezz tagħha ġie dirett biex il-ħaddiema fis- settur pubbliku kollu li xogħlhom m'hemmx għalfejn isir mill- uffiċċji jaħdmu bit-teleworking, il-kelliem tal-UĦM sostna li qed ikun hemm entitajiet pubbliċi li qed jirreżistu illi ħaddiema jaħdmu bit-teleworking. "Ċerti postijiet qed jagħmluha diffiċli biex il-ħaddiema jibqgħu d-dar. Dan mhux qed nitkellmu fuq ftit ħaddiema, għexieren kuljum qed iċemplulna inkwetati għax ma jafux x'se jagħmlu." Mal-ILLUM il-President tal- Unjin tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) Paul Pace ikkonferma li din se tfisser daqqa kbira għall- infermiera. Huwa qal li minn għada "mijiet ta' infermiera mhux se jiġu għax-xogħol għax iridu jibqgħu bit-tfal." Mistoqsi jekk is-sitwazzjoni hix l-istess bħas-sena l-oħra, Pace wieġeb li dan mhux il-każ. "Dażgur li le, is-sitwazzjoni bħalissa hija ħafna agħar. L-Isptar mifqugħ bil-każi tal- Covid. Għalhekk aħna sostnejna li kellhom isiru miżuri qabel, biex ma naslux f 'dan l-istat" sostna. Intant mal-gazzetta ILLUM il-Ministru Michael Falzon ikkonferma li għalissa l-Parent Benefit mogħti s-sena l-oħra meta faqqgħet il-pandemija, mhux se jingħata għal diversi raġunijiet fosthom li Malta mhux qed issejjaħ Stat ta' Emerġenza tas-Saħħa u li ħafna iktar ġenituri llum baqgħu jagħmlu t-telework. "Fejn se nħalli lill-uliedi jiena?" staqsa missier li qed irabbi lil uliedu waħdu. "Prattikament se nuża l-leave kollu biex nibqa' d-dar. U meta jispiċċali kollu, x'nagħmel noqgħod bl-unpaid leave? U kif se nħallas il-post jiena?" Hu qal li l-inkwiet tiegħu huwa ta' ħafna ġenituri u appella lill-Gvern biex jgħin, imqar billi jinħoloq special leave. Minn naħa tiegħu l-kelliem tal-UĦM temm jgħid li dak li qed tgħid il-unjin huwa li fejn hemm ġenitur li jista' jibqa' d-dar, l-ieħor għandu jmur jaħdem. "Imma hemm diversi każi fejn ġenitur ma jistax jagħmel mod ieħor." 'Jekk għalqu l-iskejjel, ħa nibgħathom child care?' Intant din il-ġimgħa wkoll intqal mill-Gvern li ser issir faċilità ta' child care għal dawk li ma jistgħux jagħmlu t-telework, imma mill-ġdid il-ġenituri li tkellmu ma' din il-gazzetta ma' tantx laqgħu dan b'entużjażmu. "Jekk aħna għalaqna l-iskejjel x'sens jagħmel li nibgħatuhom child care? Apparti minn hekk dawn mhux suppost se jibdew bil-klassijiet online. Kif se jagħmlu klassijiet onlajn jekk ikunu fiċ-childcare ma' xi 15-il tifel jew tifla oħra?" Is-sena l-oħra ġenituri li ma setgħux imorru ix-xogħol minħabba l-għeluq tal-iskejjel, ingħataw benefiċċju, biex jgħinhom minħabba li jibqgħu d-dar. Impjegati li kienu eliġibbli għal dan il-beneffiċċju kienu qed jirċievu €166.15 kull ġimgħa jekk huma full-time u €103.85 fil- ġimgħa jekk jaħdmu part-time. Dan il-benefiċċju ma naqqas xejn minn benefiċċji bħat- tapering u kien ifisser żieda żgħira fiċ-childrens' allowance biex jirrifletti dan it-tnaqqis fid-dħul. Il-Ministru Falzon sostna illi s-sitwazzjoni illum hija differenti għaliex ħafna ġenituri diġà qed jaħdmu mid-dar - għax baqgħu jagħmlu hekk - għalkemm sostna li fir-rigward tal-Parent Benefit il-Gvern "mhu jeskludi xejn". Minn għada eluf kbar ta' studenti se jkunu qed jibqgħu d-dar, bi klassijiet onlajn, wara miżura mħabbra fid-dawl tan- numri rekord tal-Covid-19 li qed ikunu reġistrati, bl-akbar numru ta' każi jlaħħaq il-510 f '24 siegħa. 'Qed iċemplulna għexieren ta' ħaddiema inkwetati... qed jagħmluhielhom diffiċli biex jaħdmu mid-dar' Mix-xellug: Il-Ministru Michael Falzon, Paul Pace, president tal-MUMN, u Josef Vella, CEO tal-UĦM

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 March 2021