Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1354198
illum • IL-ĦADD 21 TA' MARZU 2021 €4.2 miljun investiti fil-bdiewa żgħażagħ b'fondi Ewropej Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi żaru lil Steve Galea fin-Naxxar, wieħed mill- benefiċjarji li bbenefika minn fondi Ewropej bħala parti mill- kampanja 'Gvern għan-Nies'. Il-Miżura 6.1 mill-Programm ta' Żvilupp Rurali 2014-2020 tifforma parti mill-istrateġija biex insaħħu dan is-settur u tingħata l-għodda neċessarja biex bdiewa u raħħala żgħażagħ ikollhom l-opportunità li jaħdmu f 'dan is-settur. Il-Ministru Anton Refalo qal li, "Bħala gvern, waħda mill- iktar affarijiet importanti li qed nagħmlu enfasi fuqha hija li ndaħħlu aktar żgħażagħ f 'dan is-settur. F'dawn iż-żminijiet ta' sfidi kbar qed nindunaw kemm huma importanti s-setturi tal-biedja u tas-sajd u għalhekk huwa vitali li nkomplu ninċentivawhom b'miżuri bħal dawn li bis-saħħa tagħhom nattiraw iktar żgħażagħ lejn din is-sengħa partikolari. Ir-raħħala jsibu diversi sfidi quddiemhom u għalhekk importanti li jkunu miżuri bħal dawn biex ikunu jistgħu jimxu 'l quddiem". Zrinzo Azzopardi qal li minħabba l-ispejjeż li hemm assoċjati ma' dan is- settur fosthom ix-xiri u l-frammentazzjoni tal-art, id- diffikultà biex tikseb self għal din it-tip ta' industrija, flimkien mas-sigħat twal u r-realtajiet tas-settur, kienu qed jagħmluha diffiċli ħafna biex il-bdiewa u r-raħħala żgħażagħ ikunu jistgħu jidħlu f 'din l-industrija. Hu spjega li Steve, bħala żagħżugħ li ilu involut f 'dan is- settur minn meta kien żgħir, ibbenefika minn fondi Ewropej biex issa flimkien ma' ħutu qed jieħu ħsieb ir-razzett li kellhom il-ġenituri tiegħu. Matul is- snin huwa żviluppa l-ħiliet u l-għarfien li kien jeħtieġ sabiex ikun jista' jrabbi l-baqar u jipproduċi ħalib ta' kwalità. Zrinzo Azzopardi spjega li, "Permezz ta' miżura 6.1 iffinanzjata b'fondi Ewropej, ingħatat għajnuna lil madwar 60 żagħżugħ biex ikollhom aktar opportunitajiet u jkunu jistgħu joperaw f 'dan is-settur. Din il-miżura tifforma parti minn strateġija biex inkomplu ninvestu fiż-żgħażagħ tagħna u fis-settur agrikolu Malti sabiex dan is-settur ikun aktar attraenti, innovattiv u effiċjenti". F'dawn iż-żminijiet ta' sfidi kbar qed nindunaw kemm huma importanti s-setturi tal- biedja u tas-sajd u għalhekk huwa vitali li nkomplu ninċentivawhom b'miżuri bħal dawn li bis-saħħa tagħhom nattiraw iktar żgħażagħ lejn din is- sengħa partikolari