Illum previous editions

ILLUM 21 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1354198

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 aħbarijiet IL-ĦADD 21 TA' MARZU 2021 • illum POSTIJIET TA' AVUKAT FL-UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT ĠENERALI L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qiegħed jilqa' applikazzjonijiet għal grad ta' Avukat biex iwettaq dmirijiet ta' prosekuzzjoni u dmirijiet oħra relatati. L-applikanti magħżula jkunu fuq kuntratt għal żmien indefinit , soġġett għal perijodu ta' prova, u jkunu mistennija jaħdmu mhux inqas minn erbgħin siegħa fil-ġimgħa. L-applikanti irid ikollhom warrant biex jipprattikaw il-professjoni ta' avukat u mill-inqas, sena esperjenza fil-prattika tal-professjoni wara li jkunu ingħataw il-warrant. L-Applikazzjonijiet, li għandhom jinkludu Curriculum Vitae dettaljat, għandhom jintbagħtu lil; Amministrazzjoni Jobplus Vacancy No 367210, Permit No. 89/2021 Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali Nru. 53, Admiralty House, Triq Nofsinhar, Valletta VLT 1101 jew ibgħat email lill ag@attorneygeneral.mt Sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgha 26 ta' Marzu 2021 fis-13:00 hrs. Jesus - the Living bread which has come down from Heaven - compare John 6:51 with John 6:27-58 Mary - the Ark of the Lord God of the New Testament - compare 2Samuel 6:9-16 with Luke 1:39-56 for Bible Catholic Teaching Verses – ~ to receive a soft copy by email ~ williams.renald@gmail.com ~ to receive a hard copy by address post ~ sms 79280325 Turiżmu: Garanziji ta' rifużjoni, għajnuna għal pajjiżi bħal Malta u ttestjar qabel titlaq mill-ajruport ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Kumitat tat-Trasport u Turiżmu tal-Parlament Ewropew f 'rapport illi ppubblika aktar kmieni dan ix-xahar qed jirrakkomanda li skont ir-regoli tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-ittestjar tal- Covid-19 u l-gwidi taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Mard (ECDC) jiġi stabbilit Protokoll tal-UE għas-Saħħa ta' ttestjar qabel ma persuna titlaq minn ajruport, li jkun effikaċi u affordababbli u li jinkludi wkoll teknoloġiji ta' rapid testing. Il-Kumitat - permezz tar- rapportuer l-MEP Cláudia Monteiro de Aguiar - qed tappella lill-Kummissjoni wkoll biex tieħu azzjoni fil-forma ta' fondi u appoġġ finanzjarju lil dawk ir-reġjuni u pajjiżi - bħal Malta - fejn it-turiżmu jirrapreżenta sehem "sostanzjali" tal-Prodott Gross Domestiku. Il- mozzjoni għar-riżoluzzjoni tal- Parlament Ewropew qed tisħaq illi fondi tal-UE lil Stati Membri mhux dejjem kienu qed jaslu għand l-operaturi fit-turiżmu illi għandhom bżonn l-aktar għajnuna urġenti, sabiex isostnu l-attivitajiet tagħhom. Din il-mozzjoni, li se tkun diskussa nhar l-24 ta' Marzu li ġej, qed tappella wkoll lill-Kummissjoni Ewropea biex tistabbilixxi skema ta' garanzija għall-ivjaġġar bil-għan li tassigura likwidità finanzjarja għall-kumpaniji u tiggarantixxi rifużjonijiet ta' flus imħallsa minn dawk li jkunu se jsiefru kif ukoll spejjeż tar-ritorn f 'kriżijiet bħal dik tal-Covid-19. Il-mozzjoni qed tappella wkoll biex din l-iskema tiggarantixxi kumpens xieraq f 'danni fil-każ ta' falliment. Il-Mozzjoni qed tħeġġeġ sabiex il-kwarantina tibqa' l-aħħar għażla u fejn hija applikabbli iż-żmien għandu jitnaqqas għall-inqas possibbli filwaqt li jkun l-istess madwar l-UE kollha. "Kwalunkwe restrizzjoni għall-libertà tal- moviment irid ikun proporzjonat, temporanju u bl-aktar mod ċar marbut mal-Covid-19. Sabiex jimplimentaw dawn il-protokolli l-Istati Membri għandhom jiġu mgħejjuna b'fondi Ewropej," tgħid il-mozzjoni. Qed isir ukoll appell għall- għajnuna lill-aġenziji tal-ivvjaġġar fl-organizzazzjoni ta' esperjenzi ta' safar f 'ċerti żoni f 'pajjiżi terzi, b'rispett sħiħ lejn protokolli tas- saħħa, filwaqt illi l-mozzjoni qed tħeġġeġ ukoll l-introduzzjoni ta' ċertiikat ta' iġjene Ewropew. Dan iċ-ċertifikat ikun żviluppat mal- ECDC u Stati Membri u jaċċerta li attivitajiet turistiċi huma konformi ma' livelli minimi ta' iġjene għall- prevenzjoni u l-kontroll tal- Covid-19. Għalhekk il-mozzjoni tal- Parlament Ewropew tappella wkoll għal aktar għajnuna fiż-żmien li ġej u tittama li din il-kriżi twassal biex l-Istati Membri jirrikonoxxu l-importanza ta' din l-industrija u jaqblu li jintegrwaha fi pjani ta' żvilupp nazzjonali u Ewropej, jagħmuha aktar sostenibbli u aktar aċċessibbli għal kulħadd. Għas-serħan il-moħħ tan-nies din il-mozzjoni qed tipproponi li l-ECDC twettaq moniteraġġ kontinwu u tippubblika mapep b'kuluri li joffru lil min irid isiefer u negozji informazzjoni koordinata u effiċjenti dwar il-Covid-19. Finalment il-mozzjoni tappella favur inizzjattivi għal turiżmu sostenibbli bħall-agro-turiżmu, l-mixi u s-sewqan tar-roti minn post għall-ieħor filwaqt li tappella lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżviluppa inizzjattivi favur turiżmu nawtiku u kostali billi tirrikonoxxi il-kwalifiċi ta' dawk li jsuqu d-dgħajjes (skippers), regoli ta' VAT fuq dgħajjes u marinas, fost oħrajn. Jisħaq ukoll fuq l-importanza ta' turiżmu gastronomiku, ta' saħħa u sportiv Daqqa kbira lit-turiżmu madwar l-UE L-industrija tal-ivvjaġġar u turiżmu fl-UE rat il-bookings jonqsu b'92% bejn Jannar u Awwissu tas-sena 2020 meta kkumparat mal-2019 u tnaqqis ta' 85% fl-akkomodazzjoni, ristoranti, operaturi tat-turisti u passiġġiera tal-ferroviji għal vjaġġi twal. Il- linji tal-ajru esperjenzaw tnaqqis ta' 90% kif esperjenzaw ukoll il-cruise liners. Sitt miljun impjieg fit-turiżmu bħalissa madwar l-UE jinsab f 'riskju li jintilef. Fl-ewwel nofs tal-2020 l-Ewropa lagħqet 66% inqas turisti internazzjonali, filwaqt illi laqgħet 97% inqas fit-tieni nofs. Ir-rapport jinnota kif meta wieħed jikkonsidra li 22.6 miljun persuna - jew 11.2% tal-ħaddiema fl-UE - huma impjegati f 'dan il- qasam, "dan it-tnaqqis qawwi huwa parzjalment grazzi għal nuqqas ta' koordinament minn Stati Membri, in-nuqqas ta' kriterji komuni, flimkien ma' miżuri reġjonali u nazzjonali differenti meħudin minn gvernijiet differenti. Għalhekk dan ir-rapport u l-mozzjoni għandu l-għan li l-ewwelnett tinbena mill-ġdid l-industrija, it-tieni li l-politika tat-turiżmu tkun aktar riflessa fil- qafas tal-UE, it-tielet li tissaħħaħ l-industrija u inizzjattivi għal turiżmu sostenibbli, responsabbli u bil-għaqal u finalment li jsir l-ippjanar għall-futur tal- industrija u l-adattament għall- bidliet kollha li se jseħħu fil- futur. Funded by the European Union Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill- Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 March 2021