Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1354198
10 aħbarijiet IL-ĦADD 21 TA' MARZU 2021 • illum 'Passaporti' tal-vaċċin: Min jaqbel u min jipprepara biex jiddiskutihom Hekk kif din il-ġimgħa fil-Parlament Ewropew membru tal-WHO reġgħet uriet xettiċiżmu fuq iċ- ċertifikazzjoni tal-Covid-19, li se jkun użat għas-safar, il-Kummissjoni Ewropea tipprepara proposta għad- Digital Green Certificate. L-ILLUM tistaqsi wkoll lil Martin Balzan u l-MEP Josianne Cutajar .... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Din il-ġimgħa l-Kummssjoni Ewropea ħarġet bil-proposta tagħha dwar iċ-ċertifikatazzjoni tal-vaċċin, ċertifikazzjoni li mistennija tippermetti ċ-ċaqlieq tan-nies minn pajjiż għall-ieħor bil-għan li ma jintilfix b'mod assolut it-turiżmu filwaqt illi jerġa' jinfetaħ il-moviment tan-nies li jkunu ħadu l-vaċċin, minn pajjiz għall-ieħor. Din il-proposta għad-Digital Green Certificate trid tkun approvata mill-Parlament Ewropew u l-Istati Membri biex b'hekk tkun adottata qabel jibda l-istaġun tas-sajf. Il-Kummissjoni Ewropea tgħid din il-ġimgħa li dan iċ-ċertifikat se jkun qed juri jekk persuna tkunx ġiet imlaqqma b'vaċċin approvat mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċina (EMA). Esperti huma mħassba dwar dan, anke għax eluf ta' Ewropej ħadu l-vaċċin li ġie żviluppat u li qed jintuża fir-Russja u anke b'vaċċin ieħor Ċiniż. L-ebda wieħed minn dawn il-vaċċini ma ġie approvat mill- EMA. Il-passaport se jkun qed juri wkoll kwalunkwe test negattiv li persuna tkun għamlet u anke jgħid jekk persuna kinitx pożittiva għall-Covid-19 u fieqet. (Ara wkoll ir-risposti ta' Josianne Cutajar) Mhux kulħadd għadu daqstant konvint u entużjast dwar dan iċ- ċertifikat bid-Direttur tal-Vaċċin u Prodotti Bioloġiċi tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa Katherine O'Brien tgħid lill-Kumitat tal- Ambjent u Saħħa Pubblika tal-Parlament Ewropew illi sa issa għad ma hemmx biżżejjed evidenza u l-kundizzjonijiet ta' kif għandu joħroġ tali ċertifikat għadhom mhux ċari kollha. Dan minkejja li l-għaqda qed tappoġġja bil-qawwi l-inizzjattiva, spjegat O'Brien. Ir-rappreżentant tal-WHO kienet qed twieġeb il-mistoqsija tal-MEP mill-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi Jytte Guteland, waqt sessjoni li trattat b'mod partikolari l-varjanti l-ġodda tal- Covid-19 u kif l-UE qed tilqa' għalihom. Iktar kmieni din is-sena, matul Frar, l-MEPs fil-Kumitat tat- Trasport u Turiżmu tal-Parlament Ewropew ivvutaw favur riżoluzzjoni li timponi miżuri ta' vjaġġar komuni madwar l-UE, fosthom permezz ta' dan iċ- ċertifikat. Ir-rapporteur tal-Parlament Ewropew l-MEP Cláudia Monteiro de Aguiar sostniet illi l-Kumitat irid li ma jerġgħux isiru l-istess żbalji tal-passat u għalhekk tixtieq li jkunu imposti miżuri komuni, bħal testijiet qabel titlaq minn pajjiż, iċ-ċertifikat ta' vaċċinazzjoni u ċertifikazzjoni komuni tal-Iġene li jaċċerta illi l-Istati Membri jadottaw livelli minimi ta' prevenzjoni u kontroll, sabiex titjieb il-kunfidenza fost il- konsumatur. Tħassib dwar il-prattiċità u l-etika It-tħassib fuq dan iċ-ċertifikat - minkejja li mistenni minn ħafna, speċjalment operaturi fil-qasam turistiku u miljuni ta' ċittadini Ewropej li jixtiequ jsiefru - ivarja minn dak etiku għal dak iktar prattiku. Nibdew bil-prattiku. Bosta, fosthom Sarah Chan li tispeċjalizza fil-Bioetika fl- Università ta' Edinburgh, isostnu illi bl-informazzjoni u r-riċerka li għandna sa issa, il-kwistjoni mhijiex daqstant 'iswed' u 'abjad'. "Huwa veru li l-vaċċin jipprovdi protezzjoni kontra l-Covid-19, imma mhuwiex 100% effettiv u - aktar minn hekk - m'għandniex biżżejjed evidenza li turi illi l-vaċċin jipprevjeni milli persuna tgħaddi l-virus lil ħaddieħor," fakkret Chan mas-sit Al Jazeera. Kwistjonijiet oħrajn li qed iqumu huma dawk relatati ma' etika, per eżempju l-fatt li dan iċ- ċertifikat ikun ifisser li mara tqila - anke jekk it-tqala tkun għadha fil-bidu - ma tkunx tista' ssiefer (anke jekk għal bżonn) għaliex nisa tqal ma jistgħux jieħdu it- tilqima. "Irridu nistaqsu jekk dan iċ- ċertifikat huwiex se jintuża sempliċiment għall-ivvjaġġar internazzjonali jew inkella hux se jintuża biex, per eżempju, tattendi attività sportiva, jew biex tmur tiekol f 'ristorant jew inkella saħansitra bħala kundizzjoni ta' impjieg," saħqet Melinda Mills, Direttur taċ-Ċentru Leverhulme fl-Università ta' Oxford mal-istess sit tal-aħbarijiet. Digital Green Certificate għandu l-għan li jerġa' jċaqlaq it-turiżmu fl-UE