Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1354198
CHARLES BUTTIGIEG Il-21 ta' Marzu, 2021, jimmarka l-ħames anniversarju mill-mewt tal-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca, fl-għomor ta' 87 sena. Ġużeppi Mercieca, li dam tletin sena jmexxi l-Arċidjoċesi, twieled ir-Rabat ta' Għawdex, fil-11 ta' Novembru, 1928. Huwa ġie ordnat saċerdot fit-8 ta' Marzu, 1952, meta kien għadu qed jistudja fl-Università Gregorjana u Laterana, f 'Ruma, minn fejn iggradwa fit-Teoloġija u l-Liġi tal- Knisja. Lura Malta, fost ħidmiet oħrajn beda jgħallem it-Teoloġija u l-Liġi tal-Knisja fis-Seminarju ta' Għawdex, fejn fl-1959 sar ukoll Rettur. Huwa kompla f 'din il-kariga sal-1969, meta l-Papa Pawlu VI ħatru Mħallef tas-Sacra Romana Rota. Mons Mercieca stqarr miegħi kemm-il darba li hu ma jafx min kien ipproponieh biex isir Isqof Awżiljarju tal-Arċisqof Gonzi u, sussegwentement, is-suċċessur tiegħu. Kien hemm okkażjonijiet fejn jien semmejtlu li naħseb li l-oriġini tal-għażla tiegħu kienu fil- Vatikan. Huwa kien jurini li anke hu kien jaħseb hekk. Minn dak li ltqajt miegħu u osservajt f 'medda twila ta' snin, naħseb li, bejn wieħed u ieħor, l-isfond kien f 'dan il-kwadru: Fl-ewwel nofs tas-snin sittin, meta l-Isqof Ġużeppi Pace, li kien imexxi d-Djoċesi ta' Għawdex, kien daħal sew fl-età, is-Santa Sede bagħtet Għawdex Viżitatur Appostoliku, Mons W. Leach, biex jara kienx hemm kandidati fost il- kleru ta' Għawdex li minn fosthom seta' jingħażel is-suċċessur tal-Isqof Pace. Mons Leach iltaqa' ma' diversi saċerdoti. L-indikazzjonijiet huma li huwa tefa' għajnejh l-iktar fuq żewġ saċerdoti partikolari li kienu (f 'ordni alfabetiku skont il-kunjom) Dun Nikol Ġużeppi Cauchi u Dun Ġużepp Mercieca. Ġara, iżda, li Dun Ġużepp Mercieca ltaqa' ma' żmien diffiċli f 'saħħtu. Feġġ perjodu li fih huwa beda jbati minn tnixxija ta' demm minħabba ħsara fl-imsaren. It- tobba għall-ewwel ma setgħux jaqbdu art minn xiex kienet ġejja l-problema. Kien il-Professur Alfred John Craig (1909-1970) li sablu soluzzjoni medika li fejqitu u għenitu jikseb saħħtu lura. Meta Dun Ġużepp Mercieca kien għadu jitħabat biex jirkupra, is-Santa Sede għażlet lil Dun Nikol Cauchi biex ikun is-suċċessur tal- Isqof Pace. Xahrejn biss wara, f 'Ġunju, 1967, is-Santa Sede ħatret lil Mons Arċisqof Emanuel Gerada bħala Isqof Awżiljarju tal-Arċisqof Mikiel Gonzi. Sena wara, imbagħad, Mons Gerada sar Isqof Koadjutur ta' Mons Gonzi, jiġifieri bid-dritt tas- suċċessjoni. F'Novembru 1969, wara li fieq, is-Santa Sede sejħet lil Dun Ġużepp Mercieca biex jibda jaqdi lill-Knisja bħala Mħallef tas-Sacra Rota Romana. Bħala Mħallef tar-Rota, Dun Ġużepp beda jisma' u jiddeċiedi l-iżjed applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' nullità taż-żwieġ, li kienu jaslu l-Vatikan mid-dinja kollha. Fl-istess żmien, ta wkoll servizz bħala consultore tal- Kongregazzjoni tas-Santa Sede għad-Duttrina tal-Fidi. Ir-residenza Rumana ta' Dun Ġużepp Mercieca kienet u baqgħet fil-Kulleġġ Capranica. Iżda fl-ewwel nofs tas-sena 1974, huwa beda jaħseb biex isib residenza oħra. Dan minħabba li l-amministrazzjoni tal- Capranica kellha bżonn il-kamra li kien juża hu. Barra minn hekk, billi huwa kien rabba għeruq sew fis-servizz li kien qed jagħti bħala Mħallef tar-Rota Romana, fl-età ta' 46 sena kien beda jħoss li l-ġejjieni tas-servizz tiegħu lill-Knisja kien se jibqa' f 'Ruma. Ġara, iżda, li, f 'Novembru, 1973, l-Arċisqof Gerada ssejjaħ lura fis- Servizz Diplomatiku tal-Vatikan, fejn kien qabel sar Awżiljarju tal- Arċisqof Gonzi. Huwa nħatar Nunzju Appostoliku għal El Salvador u l-Gwatemala. Dan nissel il-bżonn li jinstab kandidat ġdid biex jgħin lill- Arċisqof Gonzi. Fil-kurituri tal-poter ċivili f 'Malta, kif ukoll fost is-saċerdoti, kien hemm min kellu l-preferenza tiegħu dwar min kellu jkun is- suċċessur tal-Arċisqof Gonzi, ladarba l-bieb tal-għażla kien reġa' nfetaħ. Minn taħt l-ilsien, u kultant mhux daqstant minn taħt l-ilsien, kienu jissemmew, b'mod partikolari, l-ismijiet ta' numru żgħir ta' saċerdoti magħrufin, li kollha kemm huma kellhom il- kwalitajiet, id-doni, il-merti u l-validità tagħhom. Madankollu, id-deċiżjoni dwar min għandu jkun l-isqof li jibda jgħin lill-Arċisqof Gonzi wara t-tluq tal-Arċisqof Gerada minn Malta, is- Santa Sede probabbilment kienet ħasbet fuqha diġà, almenu f 'sens ta' direzzjoni, fl-istess żmien li Mons Gerada kien qed jissejjaħ lura fis- servizz diplomatiku tal-Vatikan. Tant li, it xhur biss wara, fis-27 ta' Lulju, 1974, is-Santa Sede ħabbret lil Mons Mercieca bħala l-Isqof Awżiljarju tal-Arċisqof Gonzi. Għal bosta nies f 'Malta, l-aħbar tan-nomina ta' Mons Mercieca kienet sorpriża, għax it li xejn kienu dawk li kienu jafuh jew li kienu jafu dwaru. Fix-xhur ta' wara, li matulhom is-Santa Sede riedet tiddeċiedi definittivament min se jkun is- suċċessur ta' Mons Gonzi bħala Arċisqof ta' Malta, wara l-kwinti kien hemm it kurrenti mhux ħażin fuq jekk għandux ikun Mons Mercieca jew xi ħadd ieħor l-Arċisqof il-ġdid. Madankollu, is- Santa Sede żammet mal-għażla ta' Mons Mercieca. Huwa sar Arċisqof ta' Malta fit-13 ta' Diċembru, 1976. Umli, jisma' u disponibbli Sa mill-bidu nett tal-ħidma ta' Mons Mercieca fir-responsabbiltà ta' Arċisqof, spikka l-karattru tiegħu ta' persuna umli u li jaħrab mill- għagħa. Dan kien fatt magħruf u rikonoxxut minn kmieni. Eżempju huwa editorjal fil-ħarġa ta' Jannar, 1978, tar-rivista Pastor. Din kienet pubblikazzjoni li bdiet fl-1967, bħala rivista tal-kleru maħruġa mis-Soċjetà Christus Rex, li maż- żmien saret rivista pastorali. Dwar Mons Mercieca l-istess editorjal semma wkoll dik li sejjaħ bħala "l-ammirazzjoni li ħassew u jħossu ħafna għall-mod kif jisma' u l-mod kif hu dejjem disponibbli għall-ġid tal-Knisja." L-Arċisqof Mercieca adotta wkoll stil ta' tmexxija li kien jurih bħala meqjus u ekonomiku ħafna fi kliemu, speċjalment f 'ċirkustanzi ta' tqanqil fir-relazzjonijiet bejn il- bnedmin. Minħabba dan l-istil, fi żmien l-inkwiet kbir li seħħ bejn l-Istat u l-Knisja fis-snin 1980, partikolarment dwar l-iskejjel u l-proprjetà tal-Knisja, Mons Mercieca ġieli kien jiġi kkritikat minn xi nħawi li kien iżomm fommu wisq magħluq. Kienet sitwazzjoni fejn, b'mod partikolari fergħat ta' naħa jew oħra tal-blokki politiċi f 'Malta, kienu jagħmlu kritika diversa dwar l-operat u l-imġiba tiegħu u tal- Knisja fi żmienu. Ħafna drabi kienu jaraw u jinterpretaw l-affarijiet mil- lenti u l-proġetti tagħhom. Ċerta kritika kien ikollha r-raġunijiet tagħha, ukoll jekk ma kienx bilfors li wieħed jaqbel magħha. Madankollu, kien ikun hemm ukoll kritika akka ħafna f 'dawk li huma maturità, bilanċ u ġustizzja. L-Arċisqof Mercieca kien dejjem jittama li n-nies jimu li s-skiet tiegħu ma kienx frott ta' xi għażla kapriċċuża; jew minn nuqqas ta' apprezzament tal-valur tal- informazzjoni; jew minn nuqqas ta' kuraġġ quddiem il-kuntrarju, l-inġust, il-provokazzjoni u ġieli wkoll il-vjolenza. Minn dak li Mons Mercieca qasam miegħi f 'diversi okkażjonijiet joħroġ ċar li dak is-skiet kien ispirat mill-motto tiegħu Ilkoll Aħwa fi Kristu, sostnut ħafna minn fiduċja sħiħa f 'Alla. Kien skiet imħeġġeġ mill- konvinzjoni li hekk kien jitlob l-ogħla ġid komuni, ukoll jekk għalih dan kien ikun ifisser ħafna tbatija u sagrifiċċju. Kien ukoll skiet magħġun fid- determinazzjoni li, jiġri x'jiġri, huwa ried jibqa' jaħdem, bis-sabar u d-dinjità kollha meħtieġa, fid- direzzjoni tar-rikonċiljazzjoni mibnija fuq il-ġid ta' soluzzjonijiet ġusti u fattibbli. Quddiem il-qawwa u ġieli l-qilla tar-riħ, huwa fittex li jankra ruħu mal-fidi sħiħa tiegħu f 'Alla. Mal- konvinzjoni li l-ġid tal-poplu kollu kien ħafna ikbar minnu. Mal-għarfien li, kif kien iħobb jgħid, kaptan tajjeb fejn jista' jistenna l-mewġa tgħaddi qabel jgħaddas rasu, u jekk jinqabad fil- maltemp jixxarrab hu biex ikenn u jħares lill-baħrin tiegħu. Mal-impenn li, b'kura tajba u f 'waqtha, il-ġrieħi tad-diverġenzi u l-għawġ fl-aħħar jitfejqu għall- ġid ta' kulħadd. Mal-konvinzjoni li dawk li jgħoddu l-iktar huma l-fatti, u mhux kemm wieħed jitkellem u kemm jagħmel dan spiss. L-Arċiveskovat ta' Mons Mercieca kien magħġun f 'sens qawwi ta' rikonċiljazzjoni minsuġ f 'tip ta' diplomazija ankrata fl- għaqal u ispirata mill-imħabba. Kien kemm kien kbir l-inkwiet, qatt ma nħakem mill-paniku, ir-rabja jew ir-riżentiment. Ġara x'ġara u għadda minn xiex għadda, baqa' jemmen u jsostni wkoll li f 'kull bniedem hemm it- tajjeb. L-Arċisqof Mercieca baqa' jmexxi l-Knisja f 'Malta sa Jannar 2007, meta għadda t-tmun tal-Arċidjoċesi lill-Arċisqof Pawl Cremona OP. 23 bijografiji illum • Il-ĦADD 21 TA' MARZU 2021 Ħames snin mill-mewt ta' Mercieca; Kif kien sar Arċisqof ta' Malta? L-Arċisqof Mercieca dakinhar li sar Arċisqof ta' Malta, fit-12 ta' Diċembru, 1976