Illum previous editions

ILLUM 28 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1356244

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 28 TA' MARZU 2021 Il-passjoni ta' Ġesù Kristu issa virtwalment Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' Alan Fenech u Michelle Zerafa mill-kumpanija teatrali Vermilglio, li ilha tipproduċi 'il-Mixja' fil- Ġimgħa l-Kbira għal dawn l-aħħar 14-il sena ... MARIANNA CALLEJA Fl-irħula Maltin daħlu bosta drawwiet matul is-snin marbutin ma' dawn il-jiem, bil- preperazzjoni għall-knisja biex tiċċelebra l-ikbar festa tagħha, dik tal-Għid il-Kbir. Din is-sena il-knejjes se jżommu l-bibien magħluqa u l-maġġoranza tal-avvenimenti ġew ikkanċellati. Fost il-ftit produzzjonijiet li xorta se jittellgħu hemm il-Mixja. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Alan Fenech u Michelle Zerafa mill-kumpanija teatrali Vermilglio biex issir taf iktar dwar l-istorja u l-għan wara l-Mixja. L-istorja wara l-Mixja Għal 14-il sena konsekuttivi il-Mixja żewqet diversi ġonna pubbliċi bl-għan li tagħti ċans lill-pubbliku jimxi fil-passi ta' Ġesu. Il-koppja bdew jispjegaw li l-Mixja kienet seħħet l-ewwel darba fit-toroq tar-Rabat. Dan wara li l-Kunsill Lokali Rabti talab lil Alan Fenech biex tibda issir attivita għal dawn iż- żminijiet. Fenech minn naħa tiegħu ma xtaqtx li jagħmel sempliċiment reċta u għalhekk ħareġ bl-idea tal-Mixja. Meta nbiddlet it-tmexxija tal- Kunsill Lokali, lura fl-2008, il- Mixja kellha tieqaf għal sena. Intant il-produzzjoni reġgħet ġiet imtella' fl-inħawi ta' Ħaġar Qim u l-Imnajdra sena wara. Michelle Zerafa tiddeskrivi din l-esperjenza bħala "xi ħaġa spettakolari f 'ambjent naturali". Alan Fenech spjega lill-gazzetta ILLUM li din kienet seħħet bil- kollaborazzjoni ta' Heritage Malta u l-esperjenza ġiet bl- isfidi tagħha wkoll. Hu kompla billi semma kif minħabba li saret f 'siti arkeoloġiċi, l-produzzjoni kellha issir għal-ewwel darba filgħodu għax dwal ma setgħux jiġu mixgħula. Il-quddiem il-koppja ingħaqdet ma' Ray Fonz Borg li miegħu bdew itellgħu l-produzzjoni fl-isptar Monte Carmeli. Hawn il-produzzjoni bdiet tilqa' ukoll xi residenti tal- isptar biex huma wkoll jieħdu sehem. Il-Mixja kompliet tiżdied fis- suċċess u fl-aħħar snin imxiet fil-ġnien Romeo Romano fuq it-talba tal-Kunsill Lokali ta' Santa Venera. Alan Fenech qal li l-Mixja ma reġgħetx ġiet ikkanċellata wara l-2008 sakemm skont hu "wasalna għas- sena tal-pandemija." Dan wassal biex l-Mixja issir virtwalment għal din is-sena. L-atturi u l-ħaddiema jaħdmu għall-karità Din il-produzzjoni issa saret iseħħ b'għan ġdid, dak li jinġabru fondi għal-Malta Community Chest Fund u għall-isptar Monte Carmeli. Din id-deċiżjoni ittieħdet wara li l-produzzjoni mxiet fl-Isptar Monte Carmeli. Zerafa hawn intervjeniet u qalet li għaliha "dan kienet żvilupp importanti" minħabba li hi taħdem bħala councillor ma' nies bi problemi fis-saħħa mentali. Il-koppja saħqu li l-atturi u l-ħaddiema li jieħdu sehem fil-Mixja kollha jaħdmu fuq bażi volontarju. Dan jinkludi wkoll iż-żewġ kumpaniji tal- produzzjoni li ħadu ħsieb il- filming din is-sena; Blend Media u Three Wise Men Media. Wara erba' snin f 'Monte Carmeli, il-produzzjoni ġibdet l-attenzjoni tal-President u minn hemm bdew id-donazzjonijiet għall-Malta Community Chest Fund. Ġieħ lill-Żep Camilleri Il-produzzjoni baqgħet tevolvi maż-żmien tant li daħal il-kor u l-koreografija bis-saħħa ta' Michelle Zerafa. Iżda l-iktar element b'saħħtu li kien u għadu eżistenti f 'din il-produzzjoni hu n-narratur, li għal bosta snin kien interpretat minn Żep Camilleri. Camilleri kien attur, direttur u għalliem tad-drama li ħalla din id-dinja fl-2019. Mal-ewwel wieħed jista jinnota li Żep Camilleri kien maħbub minn bosta u mhux biss mill-atturi u l-ħaddiema tal-Mixja. Dan bir-raġun, għax Camilleri kien ikona fit-teatru Malti. "Is-sena l-oħra konna ħassejna immedjatament in-nuqqas ta' Żep. Li tħassret il-produzzjoni kienet weġgħa doppja," esprima b'dieqa Fenech. Kif tista tesperjenza l-Mixja int ukoll? Oriġinarjament l-idea wara l-produzzjoni din is-sena kienet li tixxandar fiċ-ċinema lokali iżda minħabba l-miżuri l-ġodda kontra l-Covid-19, "kollox sfaxxa fix-xejn." Madankollu l-produzzjoni xorta tista ssegwiha permezz ta' biljett virtwali li jinxtara mill-websajt uffiċjali www. ilmixja.com. Il-prezz hu ta' €10 u l-biljett li tiċievi jagħtik aċċess li tara l-film għal-aktar minn darba għal perjodu ta' żmien. Il-kumpanija teatrali Vermilglio ħolqot ukoll crowdfunding li wieħed jista jagħmel id-donazzjoni tiegħu fih. Id-donazzjonijiet jibdew minn €5 u ma' kull donazzjoni 'l fuq minn €10 se jkunu qed jingħatgħu xi premji u l-biljett virtwali għal-produzzjoni. Alan Fenech fil-parti ta' Ġesù

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 March 2021