Illum previous editions

ILLUM 28 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1356244

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 28 TA' MARZU 2021 wieħed dwar il-passiġġieri, u li bħalissa qed tinġabar manwalment. 'It-triq biex nistabbilixxu netwerk ta' rotot b'saħħtu mhux se tkun faċli' Tkellimna wkoll dwar il-konnettività u kif Malta tilfet ħafna mid-destinazzjonijiet li kellha. Anke l-Bank Ċentrali kien qal li hemm bżonn li Malta tirkupra dawn id-destinazzjonjiet jekk trid irkupru ekonomiku malajr kemm jista' jkun. L-ILLUM staqsiet lil Borg kemm se jkun faċli li Malta terġa' tikseb il-konnettività kollha li kellha. "It-triq biex nistabbilixxu netwerk ta' rotot li jaqdi tajjeb il-bżonnijiet ta' Malta tul sena sħiħa mhux se tkun waħda faċli, anki minħabba l-fatt li matul il- pandemija ntilfu diversi linji tal-ajru u għalhekk hemm anqas għażla fis-suq," beda jispjega Borg. Insista li fl-istrateġija ta' rkupru se jkun assigurat li dik li tissejjaħ il-business mix, jiġifieri t-taħlita ta' linji tal-ajru low-cost u flag li joperaw minn Malta, tkun waħda kemm jista' jkun ibbilanċjata. "Barra minn hekk, l-irkupru sostenibbli ser ikun prijoritizzat, u b'dan irrid infisser li se nkunu qegħdin niffukaw fuq rotot u swieq li jibqgħu ekonomikament vijabbli anki fil-medda ta' żmien medja sa twila," kompla Borg. 'L-aqwa riklam għal Malta bħalissa huwa l-programm tat-tilqim' Imma l-Ajuport għandu rwol f 'dan? Huwa importanti biex jattira lejn Malta rotot lejn destinazzjonijiet oħra jew huwa sempliċiment punt ta' ħruġ u dħul? Borg saħaq li l-Ajruport għandu tim tal- iżvilupp tat-traffiku li huwa responsabbli mir- relazzjonijiet ta' Malta mal-linji tal-ajru u anki li jidentifika u jattira opportunitajiet ġodda għal Malta. Dan it-tim jaħdem mill-qrib ħafna mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. "Wieħed mill-modi kif nattiraw linji tal-ajru ġodda lejn Malta jew inħeġġuhom ikomplu jespandu l-portafoll ta' servizzi u frekwenzi tagħhom huwa billi nuru li hemm domanda għad-destinazzjoni u billi nippożizzjonaw lil Malta bħala destinazzjoni tajba għal kull żmien tas-sena," insista. Saħaq li fis-sitwazzjoni ta' bħalissa, fejn is- saħħa u s-sigurtà huma ta' prijorità, l-aqwa riklam għal Malta huwa li tkomplu tkun fuq quddiem fit-tilqim tal-popolazzjoni. "Nemmen li Malta, bħala destinazzjoni Mediterranja li toffri għad ta' attivitajiet fl- apert, attivitajiet kulturali, u storja rikka, għandha potenzjal kbir għas-sajf li ġej, speċjalment meta tqis li hawn ħafna nies li huma mxennqin mis-safar," saħaq. Il-pandemija waqqfet proġetti tal- ajruport? Tkellimna dwar l-investiment li sar mill- Ajruport fl-aħħar snin u l-proġetti li kien beda jaħdem fuqhom. Dawn kien ġew impattati mill-pandemija? Alan Borg spjega kif minkejja d-diffikultajiet li ġabet magħha l-pandemija, f 'Novembru 2020 tlesta l-parkeġġ il-ġdid b'diversi sulari – Park East – b'investiment ta' €20 miljun u li jakkomoda madwar 1,300 karozza, kif ukoll l-uffiċini tal-kumpaniji tal-karozzi tal-kiri li joperaw mill-ajruport. Il-pass li jmiss, kompla jispjega, huwa l-installazzjoni ta' sistema fotovoltajka ta' 750 kWp fuq il-livell miuħ ta' dan il-parkeġġ, li ser isservi kemm bħala kenn għall-karozzi u kemm sabiex tkompli tissaħħaħ il-kapaċità tal-Ajruport li jiġġenera l-enerġija nadifa. Qal li fl-istess żmien ingħalqet ukoll l-ewwel fażi tal-investiment tal-Cargo Village li involviet l-estensjoni ta' faċilijiet ta' ħżin, u issa ħarġet sejħa għal offerti għax-xogħlijiet ċivili b'rabta mal-iżvilupp ta' maħżen ġdid bħala parti mill-istess proġett. 'Se jerġgħu jiġu jiem impenjattivi u rridu nkunu lesti għalihom' "Għandna wkoll pjanijiet li nċaqilqu l-pompa tal-petrol li bħalissa tinsab qrib il-binja ta' SkyParks sabiex nibdew inwittu t-triq għall-iżvilupp ta' SkyParks 2. Fl-2020 ġie ffinalizzat id-disinn ta' din il-binja ġdida u ġew identifikati ż-żoni kummerċjali tal- kumpless. Dan l-iżvilupp ser jinkludi wkoll il-bini ta' lukanda – it ilu identifikajna operatur xieraq għaliha u bħalissa qegħdin naħdmu sabiex nallinjaw id-dehra tagħha ma' dik tal-bqija tal-kumpless u anki nistabbilixxu l-ispejjeż involuti," kompla jispjega. L-Ajruport qed janalizza wkoll l-offerti li rċieva fir-rigward is-sejħa li ħareġ għal xogħlijiet relatati mal-iżvilupp ta' Apron X u faċilitajiet anċillari. "Kif diġà għidt, nemmen li għad jiġu jiem impenjattivi ħafna u li huwa importanti li nkunu preparati għalihom permezz ta' faċilitajiet adegwati. Apron X huwa maħsub li jiġi żviluppat fuq żona li tkopri madwar 100,000 metru kwadru u b'hekk itejjeb sinifikattivament il-kapaċitajiet tagħna ta' parkeġġ tal-ajruplani," kompla jisħaq. 'Il-premji li rbaħna s-sena l-oħra tawna motivazzjoni kbira' Tkellima wkoll dwar id-diversi ċertifikati li rebaħ l-Ajruport. Imma dawn huma sempliċiment ċertifikati li niaħru bihom fir-riklami. Konkretament, dawn x'differenza jagħmlu? Din is-sena biss, l-ajruport biss rebaħ l-HR Excellence Award, il-Best Airport Award mogħti fil-kuntest tal-pandemija, u ċ-ċertifikat Voice of the Customer, fost oħrajn. Dawn ingħataw wara evalwazzjoni minn ġurija jew organizzazzjoni esperta. Il-Best Airport in Europe fl-istħarriġ Airport Service Quality - ingħataw abbażi tal-feedback tal- passiġġieri. "Aktar milli niaħru bihom, dawn it- titli huma rikonoxximent uffiċjali tal- ħidma li ma taqta' xejn tat-tim tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta matul is-sena sabiex noffru biss l-aqwa servizz," saħaq Borg. "Hawnhekk nixtieq nirringrazzja tal- ħidma tagħhom kemm lit-tim tagħna u kemm lill-istakeholders kollha li joperaw fl-ajruport, jiġifieri lill-uffiċjali tal-Pulizija, tal-Forzi Armati ta' Malta, tad-Dwana u tal- Immigrazzjoni, lil-linji tal-ajru sħab tagħna u lill-ground handlers tagħhom Air Malta Aviation Services u Aviaserve, lill-uffiċjali tas-sigurtà ta' G4S u Khiron, l-istaff ta' Servizi Malta, rappreżentanti tas-SITA, u lil dawk kollha li jaħdmu fil-ħwienet ta' madwar l-ajruport. Filwaqt li jgħożżu kull premju, qal li dawk tas-sena li għaddiet servew ta' motivazzjoni aktar minn qatt qabel, għax inkisbu fi żmien ta' diffikultajiet kbar. 'L-Air Malta hija stakeholder kruċjali għalina' Fl-aħħarnett l-ILLUM tfakkru fl-istorja li żvelat, jiġifieri li l-Air Malta qed tagħmel telf ta' €170,000 kuljum. Staqsietu kemm hi importanti għall-Ajruport u xi jfisser għalihom jekk l-Air Malta ma tirkuprax. Saħaq li l-Air Malta hija stakeholder kruċjali kemm għall-Ajruport u kemm għall- industrija tat-turiżmu lokali. "Aħna dejjem insegwu l-iżviluppi fir- rigward tal-Air Malta mill-qrib u jkollna laqgħat regolari mal-linja tal-ajru biex anki naraw kif nistgħu nagħtu l-appoġġ tagħna," temm jgħid Borg. bħalissa huwa li tibqa' fuq quddiem

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 March 2021