Illum previous editions

ILLUM 28 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1356244

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 analiżi IL-ĦADD 28 TA' MARZU 2021 • illum BEJN ĦELSIEN MISTĦAJJEL U SKJAVITÙ IL-ĦADDIEMA, IL-PJATTAFORMA U L-EKONOMIJA GIG L-ekonomija gig u allura r-realtà ta' kumpaniji li jużaw il-pjattaforma bħala l-mezz ewlieni tal-profitt. Kull fejn inħarsu illum naraw ġarrejja tal-ikel ta' diversi kumpaniji - eżempju ħaj tal-ekonomija gig. Imma din x'effett qed tħalli fuq il-ħaddiem? Qed toħloq prekarjat ġdid? U dan prekarjat iffaċilitat mill-istat? CARMEL BORG U JOSEPH GRIMA Filwaqt li f 'xi inħawi tal- Ewropa l-ħaddiema rreġistraw rebħiet importanti kontra l-korporazzjonijiet li jużaw il-pjattaforma bħala l-mezz ewlieni jew laterali kif jimmassimizzaw il-profitt, ħafna minn dawn ir-rebħiet jibqgħu limitati fid-dawl ta' bidliet leġislattivi, relazzjonali u istituzzjonali li għadhom lura milli jseħħu, anke fl- istess pajjiżi fejn il-ħaddiema rreġistraw dawn ir-rebħiet. Sadanittant, ir-rebħa fundamentali, li fil-preżent tiddistingwi l-pajjiż li jrid ikompli fit-triq tal-esplojtazzjoni massima tal-ħaddiema billi jpoġġi l-akkumulazzjoni u l-konċentrazzjoni tal-flus ferm qabel id-drittijiet tal-ħaddiema, u l-pajjiż medjatur, anke jekk kawt u limitat f 'azzjonitu, bejn il-profitt u d-dinjità tal- bniedem, hija msejsa fuq il- kunċett li l-pjattaforma mhix ambjent industrijali parallel. Id-deċiżjoni tal-Qorti Suprema Ingliża, f 'każ kontra Uber, simili għad-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-qrati fi Franza, Spanja u l-Olanda, tagħmilha ċara li l-pjattaforma bl-ebda mod ma teħles lis-sidien mid-dmir li jħarsu d-drittjiet fundamentali tal-ħaddiema, u li l-ħaddiema tal-pjattaforma huma ħaddiema mpjegati, mhux ħaddiema li jaħdmu għal rashom. Fil-kuntest tal-pjattaforma, id-deċiżjoni tal-Qorti Suprema tisħaq li s-sidien mhumiex sempliċiment ħuttaba bejn il- ħaddiema u l-klijenti, iżda huma kuntrattwalment u moralment responsabbli għax-xogħol u s-saħħa tal-ħaddiema. Għalhekk, il-ħaddiema mqabbdin mal- pjattaforma għandhom dritt għall-protezzjoni tal-liġijiet industrijali daqs kull ħaddiem ieħor. Deciżjoni mill-Qorti Suprema Ingliża kontra Uber li, għalkemm limitata ħafna fl- iskop tagħha, tinfed dritt fil-qalb ta' dan il-kapitlu aħħari fl-istorja tal-esplojtazzjoni tal-ħaddiema. Fl-istess ħin, it-triq tal- emanċipazzjoni tal-ħaddiema f 'kuntest ta' kapitaliżmu eġemoniku u selvaġġ, hija twila, hekk kif il-kumpaniji milquta mid-deċiżjoni tal-qrati msemmija se jibqgħu jħallsu pagi miżeri, u bla xkiel jaqtgħu lill-ħaddiema mit-tank tal- ossiġnu hekk kif ifetlilhom jerfgħu rashom u jitolbu dak li huwa bi dritt tagħhom. Minn fejn tlaqna Fis-snin 50 u 60, fil-Punent inbniet mill-gdid l-infrastruttura tat-trasport, energija, eċċ tal- pajjizi milquta mill-gwerra, filwaqt li nbena pedament għall- konsumiżmu wiesgħa. Inħoloq il-'welfare state' u l-politika li tħeġġeġ ix-xogħol għal kulħadd. L-intenzjoni kienet li s-suq jirpilja u jikber. Fis-snin 70 u 80, filwaqt li l-investimenti kapitali li kienu tant importanti biex l-Ewropa irkuprat baqgħu ġejjin, oħrajn bdew ifittxu regjuni irħas għall- produzzjoni industrijali. Fid- dell ta' kriżi qawwija tal-enerġija tas-70ijiet, il-politika ta' xogħol għal kulħadd u tul il-ħajja bdiet tixxellef. Beda dieħel sew ix- xogħol prekarju. Fl-istess żmien bdew jinħolqu opportunitajiet ġodda għall- ħaddiema mogħnija bis-snajja' jew kompetenzi ġodda marbuta mal-elettronika. Il-proċessur tal-kelma u t-teknoloġija tal- informatika tfaċċaw fl-operat ta' numru ta' korporazzjonijiet. Meta, fl-1992, l-ITU illiberalizzat l-infrastruttura tal-komunikazzjoni, l-internet sploda. Is-suq irrejagixxa. Fl- istess ħin, l-għeruq tal-politka neoliberali, tas-suq isuq u tas- soċjetà li ma tezisix, bdew jinfirxu, u l-għajta li t-tkabbir ekonomiku huwa l-kejl ewlieni tas-suċċess ta' pajjiż bdiet issir mantra globali. It-tnaqqir tal- welfare, il-privatizazzjoni ta' numru ta' servizzi pubbliċi u l-inċentivi (immorali) fiskali bdew jitqiesu bħala normali fil- ġungla ekonomika. Tagħlim politiku li Malta għamlet vanġelu minnu, u li juri kif l-Istat, anke fl-era neoliberali, mhuwiex assenti. Bħal klieb biċ-ċippa, ħafna mill-ħaddiema tal- pjattaforma huma mgħassin il-ħin kollu L-era diġitali mhux biss imxiet ma' dawn il-prinċipji neoliberali, iżda saħħet idejn is-sidien billi żiedet l-għassa fuq il-ħaddiema u l-klijenti. Bħal klieb biċ- ċippa, ħafna mill-ħaddiema tal- pjattaforma huma mgħassin il- ħin kollu. Żvilupp fuq il-mudell ta' Fred W. Taylor, il-qassis il- kbir tal-produzzjoni moderna, fejn il-prinċipju ta' xogħol maqsum f 'biċċiet sar aktar faċli tikkalkulah fuq bażi personali, b'mod aktar preċiż, permezz tal-algoritmi u bl-analiżi tal- informazzjoni miġbura waqt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 March 2021