Illum previous editions

ILLUM 28 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1356244

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 letteratura IL-ĦADD 28 TA' MARZU 2021 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Eki mill-Mirja The Lover Speaks... Jum minnhom, tard fl-2013 wara lockdown personali ta' kważi sena u nofs – waqt perjodu kemxejn ta' ħajja jew mewt – fettilli nżur mill-ġdid bar f 'Belt il-Lussemburgu li kont niffrekwenta xhur qabel, tefgħa ta' ġebla 'l bogħod mir-residenza li kelli f 'Côte d'Eich. Il-Mr. Dixon, dal-bar tassew mhux tas-soltu – bil-ħitan kollha miksijin b'paġni ta' ġurnali antiki u posters dwar ġrajjiet jew persunaġġi storiċi – inzerta kellu kaxxa tad-daqq b'ħemel ta' diski antiki, fil-biċċa l-kbira mill-ġeneri Brill Building, Rock 'n Roll, Funk, Soul u Motown. Is-sidt ferm grazzjuża li kienet tieħu ħsiebu u iżjed u iżjed il-modi pjuttost retro kif ramatu u żejnitu minn daqqiet kienu jfakkruni fin-nies u l-bars illi kienu jidhru bejn nofs is- sebgħinijiet u nofs it-tmeninijiet fis-sensiela televiżiva Amerikana Happy Days. Sal-milkshake preċiż... Dakinhar, wara tant xhur bla ma mmiss imqar qatra alkoħol, uħud min-nies tal-post illi kienu ilhom ma jarawni qatigħ ġew jiġru jħallsuli minn kollox biex bħal ilkoll bħal darna niċċelebraw bi ħġarna l-qawmien ta' Lazzru. Intant, il-kaxxa tad-daqq ma waqfitx sekonda ddoqq diska kbira wara oħra, bħas-soltu insomma: tmur sal-Mr. Dixon għal siegħa biex tixrob birra waħda mingħalik dieħel id-dar fit-tmienja, tispiċċa minflok tixrob tmienja u tidħol fis-siegħa. Imbagħad l-għada filgħodu dlonk jaslu t-tutti frutti: tiġi tqajmek b'ħanġra daqsxiex il-mara u 'qas tkun ċert jekk intx tisma' lilha jew xi eku mill-Good Golly Miss Molly. Dika l-lejla ma kinitx wisq xort'oħra minn dawk ta' bosta xhur qabel għajr f 'ħaġa waħda: f 'ħin minnhom il-kaxxa tad- daqq bdiet iddoqq is-silta ta' Bob Dylan I Shall Be Released, sewwasew l-interpretazzjoni tal-grupp e Band li tawna fid- debutt tagħhom Music from Big Pink. Minn xi mkien – jew minn imkien, ma nafx – f 'ħin bla waqt qabdet iddur ġo moħħi l-lirika bil-Malti: "jgħidu kollox pariġġu ssib... nar'għad il-ħelsien". Għandu mnejn dan ġara għax il-versi ta' Dylan ħassejthom tabilħaqq jgħoddu għall-qagħda li kont fiha daka l-ħin: wara tant xhur magħluq ġewwa – filli fuq dak is-siġġu tar-roti ndur u ngħaqad fil-kurituri tas-Centre Hospitalier de Luxembourg u ta' Mater Dei u filli lura għand Mr. Dixon bħal dari – u issa fi stat ta' saħħa ferm aħjar minn it tax-xhur qabel. Allura dlonk iddubbajt lapes u karta u nxħett inħażżeż. Dik l-għaxija mort daqqejtilhom daż- żewġ diski mat-tliet darbiet infila biex nissokta nikteb bla ma nitlef it-temp. Ħalli li mbagħad it-temp intilef xorta: minn out of my mind dil-biċċa għal it ma spiċċatx bin- namrat tas-sidt jgħajjat out of my bar. Ftit jiem wara – proprju daqs tliet ġimgħat qabel kelli nħalli l-Lussemburgu għalkollox, wara xi disa' snin, biex nirritorna lura Malta – reġa' kelli esperjenza kemxejn simili fl-istess post bis- siltiet ċelebri I'm So Afraid tal- Fleetwood Mac u Out of My Mind tal-Buffalo Springfield. Ladarba kont ili li tajtha għar- riċerki traduttoloġiċi u għat- traduzzjoni tal-poeżija, dak iż- żmien diġà kont midħla mhux ħażin tal-istudji tat-traduzzjoni tal-kanzunetta. Biss, safrattant kważi qatt qabel ma kont ittantajt naqleb xi diska għall-Malti, għajr silta waħda ta' Leonard Cohen. Biss dan l-eżerċizzju kien beda jogħġobni: b'hekk stajt nisma' – imqar jekk biss ġo moħħi – xi diski li nħobb bil-Malti u forsi ntejjeb ukoll ix-xogħol li maż-żmien kont erġajt qbadt fuq it-traduzzjoni tal-poeżija. Dan l-eżerċizzju kellu wkoll fini oħra. Magħluq id-dar malajr tinsa minn kont: wara xhur nisma' kważi biss mużga ambient – too old to Rock 'n' Roll: too young to die! – ridt nerġa' nidħol mill-ġdid f 'kuntatt mat-tali li xi darba kont. Ftit qabel it-titjira li fl- aħħar kellha twassalni lura Malta – did-darba fil-Hotel Bristol fejn fiha, malli wasalt il-Lussemburgu lejn tmien l-2004, qattajt xi jiem m'Alex Vella Gera sakemm instabilna appartament – twieldet it-traduzzjoni tas-silta House with No Door tal-grupp Van der Graaf Generator – lirika tal-kantawtur Peter Hammill. Nerġa' niġi għalih dalwaqt. Mal-kors tax-xhur it- traduzzjonijiet qajqal baqgħu joktru sakemm – kif spiss imbagħad jiġri – il-ħrara lejn dil- għada l-ġdida, skoss wara ieħor, falliment wara falliment, qabdet bil-mod tbatti u tnin naqra naqra. Sakemm imbagħad, wara relazzjoni intensa li falliet bl-ikrah għal darba tnejn, bħal sajjetta fil- bnazzi – jew bħall-bnazzi waqt is-sajjetti – erġajt sibt ruħi fl- istess baħar imqalleb, anzi agħar. Proprju minn hemm tul bosta xhur sfajt nissielet ma' ħsibijiet fitti u intrużivi ta' liriki ta' artisti minn diversi ġeneri. Fis-saġġ tiegħu Fragments d'un discours amoureux (Frammenti ta' Diskors ta' Mħabba) il-filosofu Roland Barthes kien stqarr – b'referenza għat-tmiem ta' relazzjoni – li "l-iżjed punt sensibbli f 'dan il-luttu hu li jkolli nitlef ċertu Mark Anthony Fenech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 March 2021