Illum previous editions

ILLUM 28 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1356244

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

F 'artikolu li kiteb fl-1965, il-mibki Imħallef Mau- rice Caruana Curran, fundatur ta' Din l-Art Ħelwa, kien wera' t-tħassib serju tiegħu li l-iżvilupp f 'Malta kien qiegħed jagħmel ħafna ħsara lill-wirt naturali u kulturali, imma kien ottimist li kien baqa' ħafna f 'Malta li seta' jissalva, waqt li Għawdex kien għadu mhux mittiefes. M'hemmx dubju li l-Għawdxin sofrew minħabba l-iżolazzjoni, imma l-istess iżolazzjoni kienet ukoll salvazzjoni għall-Għawdex mill-aspett ta' ambjent naturali, wirt storiku, u stil ta' ħajja. Ħafna kienu dawk il-barranin li sabu kenn f 'din il-gżira, u għamluha darhom; u ħafna huma il-Maltin li jsibu f 'Għawdex dak is-serħan li ma jsibux f 'pajjizhom. Dan għamel mit-turiżmu wieħed mill-pilastri tal-ekonomija Għawdxija l-aktar importanti. Fl-istess ħin, pero' kienu ħafna l-Għawdxin li kellhom jitilqu minn Għawdex għaliex l-attivita' ekonomika li xtaqu jfasslu għalihom innifishom ma setgħux isibuha f 'pajjizhom. Dan fenomenu li jinstab f 'pajjiżi oħra. Il-problema dejjem hija kif tibbillanċja żvilupp li ma jitlifx dak kollu li jagħmel Għawdex ġawrha, għal dak li huwa stil u kwalità ta' ħajja, waqt li jagħtu lill-Għawdxin l-opportunità ta' prosperità u progress li jista' jibqa' jħajjar, speċjalment liż-żagħżagħ, li jibqgħu jgħixu u jaħdmu f 'Għawdex. Din il-problema ma tissolviex b'slogans, li ma jfissru xejn, imma bi pjanar serju u bil- ħsieb. X'qiegħed jiġri f 'Għawdex bħalissa? Waħda mill-iżbalji kardinali tal-Awtorita' tal- Ippjanar hija li r-regoli tal-iżvilupp huma l-istess prattikament kullimkien. L-agħar regola hija dik li instab f 'Annex 2 tal-Linji gwida tad- Diżinn, DC15. Din ir-regola tippermetti li bini fuq ż-żewġ jew tlett sulari jista' jiġi żviluppat fuq għoli ta', per eżempju, 17.5 metru, li fil-fatt tippermetti ħames sulari u anke aktar – u dan kullimkien, kemm fl- Għasri, kemm fil-Qala', u kemm f 'Birkirkara. Din ir-regola ilha hemm, kif qalli uffiċjal tal- Awtorita', imma huwa biss issa li ħafna nies qed jindunaw din ir- regola x'verament tfisser. Tista' tkun kuntent tgħix f 'parti ta' raħal zgħir, kuntent bl-ambjent mibni ta' madwarek, bit- trankwilità tal-viċin ta' darek, u f 'daqqa waħda issib ħajtek ta' taħt fuq għaliex żviluppatur, jew aħjar, spekulatur jiddeċiedi li d-dritt tiegħu li jibni fil-għoli, huwa aktar importanti mid-dritt tiegħek u tar-residenti eżistenti li jibqgħu igawdu il-post li għażlu jgħixu fih. Fl-Awtorita' hemm diversi uffiċċjali li jinsistu li r-regola tad-DC15 tagħti dritt lill- iżviluppatur li l-Awtorita' ma tistax ma tonorax; jikkwotaw deċiżjoni tal-Qorti li sostniet dan. Proprjament, id-deċiżjoni tal-Qorti ma tagħtix carte blanche lill-iżvilupp li jgħarraq ambjent sħiħ. Hemm diversi deċiżjonijiet fil-Qorti Ewropea li jenfasizzaw id-dritt tal- komunità li tibqa' tgawdi l-post fejn tgħix, bi prijorità fuq d-dritt li wieħed jiżviluppa sit sal-limitu permess mir-regoli. Pero, il-verità hija illi kieku l-uffiċjali tal-Awtorità japplikaw r-regoli kollha ta' DC15, u mhux Annex 2 biss, allura ħafna mill-ereżijiet li qed jinbtu ma' jkollhomx permess. U jekk hemm policies li qed jagħmlu ħsara, m'hemm xejn li jżomm lill-Awtorità milli temendhom. Bħala Awtorità ta' l-Ippjanar, missa ilha li studjat x'setà jkun l-impatt fuq Għawdex kieku kullimkien f 'Għawdex jinbena sal-ħames jew sitt sulari kif inhu permessi bħalissa. Kieku ijġri hekk, kemm tikber il- popolazzjoni? x'infrastruttura jkun hemm bżonn? Kemm se jikber it-traffiku? U fl- aħħar mill-aħħar x'jibqa' minn Għawdex, li l-Ghawdxin, il- Maltin u l-barranin tant iħobbu? Hemm bżonn għalhekk li nħarsu sewwa li dak li rridu li Għawdex ikun fis-snin li ġejjin. L-Awtorita' bdiet proċess importanti biex jiġi evalwat l-SPED, u emendat għas-snin li ġejjin. Dan ma jfissirx li hemm bżonn li niddeċiedu li f 'Għawdex ma jsirx żvilupp, imma hemm bżonn li jkun żvilupp li jaqdi il-komunità kollha, u mhux l-iżviluppatur individwali. Hemm bżonn viżjoni soċjo- ekonomika partikolari għal Għawdex għax il-bżonnijiet ta' Għawdex m'humiex bħal dawk ta' Malta. Lanqas ma jista' Għawdex ikun kollox għal kulħadd. Ma jistax ikun hemm turiżmu tal-massa u fl-istess ħin jkun hemm turiżmu mfassal fuq l-ambjent, fuq s-serħan tal- moħħ, u fuq il-wirt kulturali. Il- pandemija wriet li hemm forom ta' attività ekonomika li tegħleb l-iżolazzjoni, u hemmhekk, forsi, wieħed għandu jfittex il- futur ta' Għawdex. U biex dawn il-ħsibijiet sbieħ jitwettqu, hemm bżonn li nippjanaw sew. Alex Torpiano huwa President Eżekuttiv ta' Din l-Art Ħelwa 22 opinjoni IL-ĦADD 28 TA' MARZU 2021 • illum Alex Torpiano Għawdex, x'futur? Nippjanaw sew Bħala Awtorità ta' l-Ippjanar, missa ilha li studjat x'setà jkun l-impatt fuq Għawdex kieku kullimkien f'Għawdex jinbena sal-ħames jew sitt sulari kif inhu permess bħalissa RITRATT TA' DANIEL CILIA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 March 2021