Illum previous editions

ILLUM 28 March 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1356244

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 27

23 bijografiji illum • Il-ĦADD 28 TA' MARZU 2021 Bandu għall-Kuraturi Repubblika ta' Malta Lill-Marixxall tal-Qrati B'digriet mogħti minn din il-Qorti fit-3 ta' Novembru, 2020, fuq talba ta' Elizabeth Vella et ġie ordnat biex jintgħażlu kuraturi deputati sabiex jirrappreżentaw l-interessi tas-suċċessuri fit-titolu ta' Coastline Developments Limited S.G.A. Limited jew l-aventi kawża fl-atti taċ-ċedola numru 1639/2020 fl-ismijiet Elizabeth Vella et vs Kuraturi Deputati u fl-atti l-oħra relattivi u sussegwenti. Permezz ta' ċedola ta' depożitu u kontestwali fidi ta' subċens ta' Elizabeth Vella, mara tad-dar, imwielda l-Ħamrun, bint John Cassar u Maria Giuseppa Cassar magħrufa bħala Guza née Vassallo (KI 360162M) residenti s-Siġġiewi; u Saviour Vella, mastrudaxxa, imwieled Tal Pietà, iben George Vella u Helen Vella née Fenech (KI 685360M) residenti s-Siġġiewi vs Kuraturi Deputati sabiex jirrapppreżentaw lis-suċċessuri fit-titolu ta' Coast Line Developments Limited (C596) u S.G.A. Limited (C639) jew aventi kawża mid-domini diretti tas-subċens il-porzjon art maqsuma ossija sit fabbrikabbli formanti parti mill-artijiet Ta' Sqaq il-Wati jew Tal-Istabar f 'Ħal Qormi deskritta aħjar hawn taħt, ipprezentata fil-Prim'Awla tal-Qorti fid-29 ta' Ottubru, 2020, fejn Elizabeth Vella (KI 360162M) u Saviour Vella (KI 685360M) esponew bir-rispett: Illi permezz ta' kuntratt datat 11 ta' Novembru, 1971, fl atti tan-Nutar Dr Nicola Said, kopja ta' liema kuntratt qed tiġi hawn annessa u mmarkata bħala Dokument A, Coast Line Developments Limited bin-numru ta' reġistrazzjoni (C596) u S.G.A. Limited bin-numru ta' reġistrazzjoni (C639), liema soċjetajiet illum huma stralċjati, taw u kkonċedew lil Giovanni Cassar, magħruf bħala John, illum defunt, is sit fabbrikabbli formanti pari mill-għalqa f 'Ħal Qormi denominata Ta' Sqaq il-Wati u anke Tal-Istabar tal-kejl superfiċjali ta' madwar 55qk, tikkonfina mit-Tramuntana ma' proprjetà tas-soċjetajiet konċedenti, mill-Punent malporzjon ieħor in subenfiewsi għand Alfred Grech u milLvant ma' proprjetà tas-soċjetajiet konċedenti b'faċċata ta' tliet qasab u nofs lineari fuq Mdina Road, li fuqha nbena l-fond numru 147 Casa J. Cassar, Mdina Road, Ħal Qormi (il-Fond) bħala suggett għar-rata tagħha ta' subċens annwu u perpetwu ta' Lm55 ekwivalenti għal €128.12 bl-aħħar irċevuta taċ- ċens tkun għal perjodu mill-11 ta' Novembru 2018, sal-11 ta' Novembru, 2019, annessa u mmarkata bħala Dokument B; Illi l-esponenti Elizabeth Vella hija l-eredi universali tad-defunt John Cassar, permezz tat-testment datat 31 ta' Diċembru, 2007, fl-atti tan-Nutar Dr Joseph Sciriha, anness u mmarkat bħala Dokument C, fir-rigward fil-fond; Illi l-fond hu muri bl-aħmar fuq il-pjanta tar-Reġistru talArtijiet datat 27 ta' Ottubru, 2009, annessa u mmarkata bħala Dokument D; Illi jirriżulta illi Coast Line Developments Limited (C596) u S.G.A. Limited (C639) li oriġinarjament kienu kkonċedew l-imsemmija porzjon ta' sit fabbrikabbli in subenfitewsi llum il-gurnata huma stralċjati u l-esponenti ma jafux min huma s-suċċessuri fit-titolu tal-istess. Fissena 2005 huma ngħataw struzzjonijiet biex iħallsu ċ-ċens u subċens lil Mario Spiteri Maempel; Illi s-subċens annwu u perpetwu ta' Lm55 illum €128.12 jikkonsisti f 'Lm25.85, illum €60.21 rappreżentanti ċ-ċens oriġinali tal-fond msemmi u Lm29.15 illum €67.90 rappreżentanti s-subċens dovut lil S.G.A. Limited u Coastline Developments Limited; Illi l-esponenti jixtiequ jipprevalixxu ruħhom millfakultà mogħtija lilhom bl-artikolu 1501 tal-Kodiċi Ċivili u jifdu l-imsemmi subċens annwu u perpeu ta' €67.90 dovut lil S.G.A. Limited u Coastline Developments Limited; Illi s-subċens ta' €67.90 kapitalizzat bir- rata ta 5% skont il-provvedimenti fuq imsemmija, jammonta għas-somma ta' €1,358.00 għall-fidi tas-subċens annwu u perpetwu. Għaldaqstant, l-esponenti in vista ta' 'l fuq premess u sabiex jeżimu rwieħhom minn kull responsabbiltà, qegħdin jadixxu lil din l-Onorabbli Qorti u jiddepożitaw taħt l-Awtorità tal-istess is-somma ta' €1,358 rappreżentanti prezz tal-fidi ta' dan is-subċens gravani l-fond numru 20, illum numru 147, Casa J. Cassar, fi Mdina Road, Ħal Qormi, sabiex dan l-ammont jiġi liberament sbankat minn min jipprova li għandu dritt għall-istess wara li Notifika: Direttur tar-Reġistru Pubbliku, Triq il-Merkanti, Il-Belt Valletta Kuraturi Deputati, il-Qorti, Il-Belt Valletta Reġistru tal-Artijiet, West Street, Il-Belt Valletta Int għaldaqstant ordnat li twaħħal kopja uffiċjali ta' dan il-bandu fid-daħla ta' din il-Qorti Superjuri u ssejjaħ b'dan lil kull min irid jidħol bħala kuratur biex jidher fi żmien sitt ijiem f 'dan ir-Reġistru u jagħmel b'nota d-dikjarazzjoni illi huwa jidħol għal dan. Int ordnat ukoll li tgħarraf lil kull wieħed illi jekk ma jagħmilx din id-dikjarazzjoni fiż-żmien fuq mogħti, din il-Qorti tgħaddi biex tagħżel kuraturi tal-Uffiċċju. U wara li tkun għamilt dan, jew jekk tiltaqa' ma' xi xkiel fl-esekuzzjoni ta' dan il-bandu, inti għandek tgħarraf minnufih lil din il-Qorti. Mogħti mill-Qorti Superjuri hawn fuq imsemmija bixxhieda tal-Onor. Imħallef Grazio Mercieca, LLD, Duttur talLiġi. Illum 3 ta' Novembru, 2020 Reġistru tal-Qrati Superjuri, illum 13 ta' Jannar, 2021 ALEXANDRA DEBATTISTA Għar-Registratur, Qrati u Tribunali jħalli d-debita riċevuta skont il-liġi. Esponenti: Elizabeth Vella, 51, Witamy, Triq is-6 ta' Diċembru, Is-Siġġiewi Saviour Vella, 51, Witamy, Triq is-6 ta' Diċembru, IsSiġġiewi Bniedma ta' ġieh għal Malta u għall-Birgu PATRI HERMANN DUNCAN O.CARM IS-SOPRAN Hilda Mallia Tabone twieldet fil-Belt tal- Birgu fl-20 ta' Settembru, 1932. Hi rċeviet l-edukazzjoni tagħha fl- Iskola Primarja tal-Birgu u wara bdiet tattendi l-iskola tas-Sa- cred Heart. Hi wriet ħerqa kbira biex titgħallem tkanta u studjat taħt Anton Muscat Azzopardi, Bice Ciappara u Joseph Abela Scolaro. Kienet tkanta mużika sagra u operistika mal- baned kollha, u kantat ukoll fil-British Institute waqt l-inkoronazzjoni tar-Reġina. Dan filwaqt li ħadet sehem ukoll fiċ-ċentinarju Pawlin li sar Malta fis-sena 1960 u wettqet xogħol ukoll f'bosta knejjes. Kull sena Hilda kienet tieħu sehem fil- Kunċert tal-Banda Kont Ruġġieru fir-Rabat ta' Malta. Billi jiena u l-familja tiegħi konna noqogħdu biswitha ġewwa l-Birgu, kont nis- magħha tkanta u nitpaxxa bil-vuċi sabiħa li kellha. Nista' ngħid li Hilda kienet tabilħaqq ġara tagħna għax ommi stess għandha isimha, u hi kellha tewmin li kienu qishom ħuti. Hi akkumpanjat diversi kantanti tal-opra, fosth- om it- Tenur Andrew Sapiano. Kienet tkanta diversi kompożiżżjonijiet iddedikati lill-qad- disin, fosthom l-Innu sabiħ lil San Leonardu, li ħareġ mill-pinna ta' George Martin. Ħadet sehem ukoll fl-Opra 'II-Martri' ta' Car- melo Pace fis-sena 1967, li fiha kellha l-parti tal-Kontessa Graziella Theuma Castelletti. Sentejn qabel, fis-sena 1965 ħadet sehem ukoll fl- ewwel preżentazzjoni ta' Caterina De- guanez u Angelica fis-sena 1971. Ħadet sehem ukoll fil-'Min hu minn min – nisa tad-din- ja li rebaħħa diploma għal-suċċess magħruf tagħha. Ommha u missierha kienu midħla tal-mużi- ka għax missierha kien idoqq il-vjolin filwaqt li ommha kienet midħla tal-opra u t- teatru. Hilda xtaqet taħdem ta' spiżjara, iżda minħabba l-mewt ta' missierha kellha tħas- sar il-pjanijiet tagħha u minflok intefgħet fuq il-kariera mużikali. Barra li studjat pajjiżna għand surmastijiet ta' stoffa, tgħallmet taħt surmastijiet oħra barranin u ma' xi kantanti Taljani. Kien is-Surmast Joseph Abela Scolaro li introduċieha f'kunċert imtella' mill-Banda San Gejtanu tal-Ħamrun. Il-pubbliku mala- jr tpaxxa bil-vuċi sabiħa li kellha bir-riżultat li bdiet tipparteċipa f'kunċerti sponsorjati mir-Rediffusion. Issieħbet ma' bosta baned u ħadet sehem f'kunċerti għall-karità. Fis-sena 1963 Hilda kantat ukoll il-parti ta' Santuzza fl-Opra 'Cavaleria Rusticana' ta' Mascagni. Fid-9 ta' Settembru, 1962 Hilda żżewġet lil Karmenu Mallia, li hu espert kbir tal-Esperanto u kellhom tewmin, li semme- whom Mario u John. Kienet tkanta bħala solista f'okkażjonijiet kommemorattivi. Meta temmet l-iskola bdiet taħdem bħala skrivana ma' Farsons. Il-Markiża Scicluna u d-Direttur tal-Fab- brika ta' Farsons is-Sur Farrugia meta kienu semgħuha tkanta fil-parties tal-Milied baqgħu tant mistagħġba li ħeġġewha biex tkompli ssaħħaħ il-karriera tagħha fil-mużika. Fil-bidu kienet solista mal-Malta Choral So- ciety taħt id- direzzjoni tas- Surmast Abela Scolaro. Ħadet sehem ukoll fil-Hungarian Ref- ugee Fund. Waqt li kienet ma' żewġha fi Fran- za tat kunċerti fil-laqgħa tal-Assosciation Cul- turelle et Amicale des Familles d' Outre-Mer u fil-laqgħa tal-Association Amicale et Cul- turelle des Francois d'Asie en France, kif ukoll fil-Kungress tal-Esperanto tas-SAT-Amikaw f'Pariġi stess. Ir- repertorju tagħha kien jinkludi Aida, An- drea Chenies, Il Trovatore, La Bohema, La Forza del Destino, Madame Butterfly, Othello, Tosca, Traviata u un Ballo in Maschera. Barra l-mużika kienet tħobb il-ħjata, r-rak- kmu kif ukoll l- pittura. Madankollu l-familja għaliha kienet tfisser ħafna billi kien jixirqilha dejjem l-ewwel post. Fis-sena 1971 fil-fuljett tal-Għaqda Dinjija tal-Esperanto SAT – Amikaw ta' Pariġi, l-Edi- tur kien ikkumenta hekk fuq Hilda: "Kellna l-unur nisimgħu lis-sopran Mallia Tabone minn Malta. Il-vuċi tagħha kellha bżonn post aktar minn dak fejn kantat. Kantat b'sengħa kbira żewġ arji minn 'Norma' u mit-'Tosca'. Ftit wara Hilda niżlet Malta u l-għalliema tal-Conservatoire ta' Pariġi semmithilha l-vuċi kbira tiegħek." Hilda għaddiet għall-ħajja ta' dejjem fir-res- idenza tagħha ġewwa l- Birgu fil-5 ta' Frar tas- sena 1978 u ndifnet fil- qabar tal- familja fiċ-ċimiterju tar-Reżurezzjoni f'Ħal-Qormi. Fil-Birgu hemm triq imsemmija għaliha. Dan twettaq fuq inizjattiva tal-mibki Dun Frans Camilleri li mhux biss kien poeta iżda kien ukoll midħla tal-opra. F'waħda mill-gazzetti Maltin, Dun Frans kiteb lin-nies tal- Birgu: "Ħabbew u għożżew lil dil-kantanta li kienet mhux biss kantanta imma wkoll bniedma li ħabbet il-foqra u għamlet ħafna ġid"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 March 2021