Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1358362
16 letteratura IL-ĦADD 4 TA' APRIL 2021 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb F'ġieħ il-kapriċċi tal-patrija Il-ħrejjef fl-istejjer, l-istejjer fil-ħrejjef Jidħlu nies f 'ħajjitna li jdumu magħna it tax-xhur u mbagħad jogħsfru kważi bħalkieku qatt ma kien xejn. Ġieli għax il-ħajja tgħaddihom minn toroq oħra, ġieli għax jixbgħu minna jew aħna nixbgħu minnhom. Oħrajn, bil-kontra – u dawn ħafna drabi jkunu biss it – jibqgħu magħna bħal donnu b'xi rieda mistura tad-destin. Imbagħad oħrajn jidħlu u joħorġu minn ħajjitna minn żmien għal żmien: kull darba li jidħlu jħallu marka fonda, iħallu ċertu vojt kull darba li joħorġu. Terġa', kull darba li jfeġġu mill-ġdid jagħtuk jew jgħallmuk xi ħaġa ġdida filwaqt illi – oħroġ il-għaġeb – juruk folja oħra ġdida mill-ktieb illi jsawwar il-personalità tagħhom. Jagħtuk ukoll storja oħra li tkun xi daqsxejn ħrafa kif ukoll ħrafa li tkun xi daqsxejn storja, iżjed u iżjed kemm-il darba bħalek ikunu huma wkoll ħassieba u kittieba tal-patrija. Dawn kienu bosta mill-ħsibijiet li għaddew minn moħħi jien u naqra Għall-Glorja tal-Patrija (Kapriċċi Patrijottiċi) ta' Alekxs Farrugia. Lil dan il-ħassieb u kittieb iltqajt miegħu l-ewwel darba – f 'naqra ta' kamra maħnuqa bid-dħaħen tal-pipi fl-Università ta' Malta – daqs tnejn u għoxrin sena ilu. Kien inkontru purament politiku. Dak iż-żmien konna membri attivi fl-eżekuttiv tal-għaqda politko-studenteska Pulse – ċellula Laburista f 'Tal-Qroqq bil-mandat mhux uffiċjali li tmexxi 'l quddiem l-aġenda tal-Malta Labour Party fost popolazzjoni studenteska fil- biċċa l-kbira nett Nazzjonalista. Lil Farrugia nafu l-ewwel u qabel kollox bħala ħassieb politiku b'għarfien vast u sofistikat ħafna tal-filosofija u tal-letteratura Marksista. Għaldaqstant kien l-ideologu ewlieni – mhux fis- sens dispreġjattiv tal-kelma – ta' din is-soċjetà xellugija. Sirt ħabib m'Alekx minnufih, l-iżjed għax minkejja li kont għadni m'abbandunajtx għalkollox ix- xellug tat-tielet triq xorta waħda fl-istess waqt bdejt inrabbi interess qawwi fil-Marksiżmu pjuttost ortodoss illi kien iħaddan. "Inutli nibqgħu nraqqgħu l-pannu bil- qargħa aħmar kif iriduna nibqgħu nagħmlu Blair u Giddens. Il- kapitaliżmu ma jistax jissewwa. Neħtieġu pannu ġdid", kien qalli darba. Sal-lum nistaqsi kif Farrugia ma kienx għażel illi jissieħeb mal-Moviment Graffitti. Wara dawk il-kelmiet rebaħni u bdejt niħmar bis-sigħat. Snin wara – meta mbagħad tul ċertu żmien kont sirt Marksist ortodoss aktarx saħansitra iżjed akkanit minnu – xi wħud kienu esprimew l-istess kurżità dwari. Mexxejna wkoll flimkien programmi ta' ġrajjiet kurrenti fuq Radju Kottoner. Darba minnhom, flimkien ma' Bernard Cauchi, dħakna waħda mill-ikbar daħkiet ta' ħajjitna. Wara l-gradwazzjoni ma rajtux iżjed, sakemm imbagħad, it xhur wara, erġajna ltqajna bla ħsieb fl-uffiċċji tal- Union Press fejn it tax-xhur qabel kont bdejt naħdem ta' ġurnalist mal-gazzetta l-orizzont. Niakar li kont ilqajt b'ċertu gost l-aħbar li Farrugia kien ingħata kariga editorjali pjuttost influwenti fil- ġurnal it-Torċa. Ir-rapport tagħna kien reġa' qabad, iżjed u iżjed għax it-tnejn li aħna konna wkoll delegati tal-Malta Labour Party li dika l-ħabta kien beda jirranka qatigħ il-kampanja tiegħu favur il- ehim tal-Partnership mal-Unjoni Ewropea. Kemm fi żmien il-Pulse bħala kumpanni Soċjalisti u kemm bħala kollegi fi żmien l-Union Press it li xejn qtajna sandar: ibda biex il-proposti tagħna biex ntejbu l-livell u l-immaġni tal- ġurnali kważi dejjem waqgħu fuq widnejn torox. Agħar minn hekk – għall-inqas fil-kuntest partikulari ta' dina n-narrattiva – il-Malta Labour Party tilef l-elezzjoni tal- 2003 u għaldaqstant ma seħħlux jerġa' jerbaħ il-gvern li kien tilef ħames snin qabel wara l-konfront Sant-Mintoff. Ftit wara ħallejt il-Blata u mort ngħix il-Lussemburgu. Farrugia kien għeb għalkollox, bħal intradam għalkollox fit-tiiriet formattivi tal-imgħoddi – memorji li dejjem kienu jagħtuni l-immaġni tiegħu bħala filosofu u akkademiku politiku. Għaldaqstant qatt u qatt ma ħsibt fih ukoll bħala kittieb u kważi nħsadt – daqs erba' snin ilu waqt reċiviment li attendejna t-tnejn matul il-Presidenza ta' Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea – xħin qalli li it xhur qabel kien ippubblika r-rumanz bl-Ingliż Grasshopper. Nistqarr Aleks Farrugia

