Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1365193
02 aħbarijiet IL-ĦADD 25 TA' APRIL 2021 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Royal Pharmacy, Valletta Remedies Pharmacy, Ħamrun St. George's Pharmacy, Qormi Brown's Pharmacy, Birkirkara St. Luke Pharmacy, Pietà Brown's Medical Plaza Phar., San Ġwann Wales Pharmacy, Sliema St. Joseph Pharmacy, Lija Brown's Pharmacy, Naxxar Smiths PAMA Pharmacy, Mosta Parkes Pharmacy, San Pawl il-Baħar Distinction Pharmacy, Paola Milia's Pharmacy, Birgu San Ġwakkin Pharmacy, Marsascala St. Catherine Pharmacy, Żejtun Pasteur Pharmacy, Safi Plaza Pharmacy, Żebbuġ Anici Pharmacy, Mtarfa Azzopardi Pharmacy, Victoria, Gozo St. Joseph Pharmacy, Qala, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 15˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Punent Majjistru forza 4 għal 5 li jsir forza 3 mal-lejl Baħar Moderat Imbatt Ftit li xejn L-OGĦLA: 20˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ Temp Pjuttost imsaħħab li jsir ftit imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Punent Majjistru forza 4 għal 5 li jsir forza 4 u jdur Punent forza 4 għal 5 Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - L-MEPs Laburisti nnominaw flimkien lill- organizzazzjoni mhux governattiva ambjentali ACT għall-Premju taċ-Ċittadini Ewropej 2021. Kull sena, il-Parlament Ewropew jirrikonoxxi individwi u organizzazzjonijiet għall-kontribut eċċellenti tagħhom lis-soċjetà. Alfred Sant, Alex Agius Saliba, Josianne Cutajar u Cyrus Engerer innominaw lill-ACT bħala rikonoxximent għall-isforzi tagħha li huma ta' ispirazzjoni lejn is-sostenibbiltà ambjentali. Imwaqqfa fl-2018 minn grupp ta' żgħażagħ, għandha l-għan li timplimenta bidla pożittiva billi tiżviluppa u tapplika soluzzjonijiet għad-degradazzjoni ambjentali, filwaqt li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja. ACT primarjament tiffoka fuq il-konservazzjoni u t-tiġdid tal-pajsaġġ ekoloġiku Malti billi terġa' tistabbilixxi u tippromwovi l-ispeċi tal-flora li huma indiġeni fil-ħabitat rispettiv tagħhom biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà ambjentali fit-tul. Din l-organizzazzjoni temmen li l-konservazzjoni ta' l-ispeċi ta' flora li huma indiġeni hija ta' importanza kbira fl-isforzi tagħna biex nindirizzaw it-tibdil fil-klima. Siġar u arbuxelli indiġeni għandhom karatteristiċi ġenetiċi uniċi li jagħmluhom kompatibbli mal-kundizzjonijiet lokali u għalhekk ghandhom aktar probabblibiltà li jadattaw għal kundizzjonijiet klimatiċi li jinbidlu malajr. Għalhekk, il-konservazzjoni tagħhom tista' tkun essenzjali biex jiġi żgurat it-tiġdid ambjentali fit-tul b'mod sostennibli. ACT irnexxiela tkattar b'suċċess iktar minn 40 speċi differenti u waqt li għamlet dan, irnexxiela tikkonserva speċi ta' flora indiġeni li kienu f 'riskju kbir li jiġu estinti. Dan il-fattur jista' jkun ta' mportanza kbira fil-kontribuzzjoni ta' Malta lejn il-Patt Ekoloġiku Ewropew peress li l-protezzjoni tal-flora indiġena Ewropea tista' tkun fundamentali fl-indirizzar tal-bidla fil-klima b'mod sostenibbli. Il- protezzjoni tal-bijodiversità hija parti integrali mill- Patt Ekoloġiku Ewropew. "Ghalhekk, ACT jistħoqqilha li tiġi rikonoxxuta bħala mudell rappreżentattiv tal-isforzi tagħna biex nippromwovu s-sostenibbiltà ambjentali permezz ta' metodi pragmatiċi li jfittxu li jimmobilizzaw liż- żgħażagħ kif ukoll ċittadini oħra," sostnew l-MEPs Laburisti. L-MEPs Laburisti jinnominaw lil organizzazzjoni ambjentali lokali għall-Premju taċ- Ċittadini Ewropej Membru ta-NGO ACT