Illum previous editions

ILLUM 25 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1365193

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 27

23 rakkont illum • Il-ĦADD 25 TA' APRIL 2021 Sharon Calleja " Inpattihielhom lin-nanniet!" kont neqred ta' kuljum waħdi. Żgur kienu ħaduh! Żgur huma! Kien qalli li hekk kienu ser jagħmlu! Kien qalli! Għalxejn kont mort inħabbatlu. U għalxejn fittixtu. Staqsejt fuqu. Iżda ħadd ma kien jaf xejn. Tgħid x'kien ġralu? Kont qiegħda nimmisjah. Wisq. Wisq kont qiegħda nimmissjah. U ddeċidejt li mmur noqgħod quddiem id-dar tiegħu sakemm nara lil xi ħadd dieħel jew ħiereġ minnha. Għax ħadd ma kien qed jiaħli. Tant kemm kont inħabbat, kultant kont nibża' li kont ser inkisser il-bieb! Iffissajt li ridt inkellmu! Iffissajt li ridt narah! Nicholas! Tgħid x'kien ġara minnu? Flok l-iskola, bdejt immur hemmhekk, inpoġġi bilqegħda fuq bank tal-injam li kien jinsab eżatt faċċata. Faċċata tad-dar tiegħu. Dar li donnha kienet kemmxejn mudlama minn ġewwa, bla ħajja, monotona. Donnha kienet qiegħda taħbili xi ħaġa. Riħ. Xita. Xemx. Borra. U jiena hemm. Nistenna. Nistenna lill- ħabib tiegħi Nicholas. Ġieli kont niċċassa u noqgħod naħseb fuqu. Drabi oħra kont nistħajlu ġej minn x'imkien. Minn wara xi kantuniera. B'dik il-mixja. Dik il-mixja tiegħu li jiena kont drajt wisq. Kont ilni diġa xi xahar sħiħ. Xejn. Ma kont rajt lil ħadd. Tgħid kienu telqu? U dakinhar għorokt idejja ma' xulxin bl-ingwanti griżi li kont liebsa u bdejt nonfoħ fuqhom in-nifs sħun li beda ħiereġ minn ġo griżmejja donnu mdaħħan u mtappan bl-arja kiesħa taħt iż-żero sew. Kont qiegħda nħoss qalbi ser tieqaf bil-bard! U mbagħad rajtha. Xwejħa kemmxejn ħotbija għaddejja bil-pass batut tħares lejn il-bankina miksija bl-abjad, attenta fejn tpoġġi saqajha minħabba li setgħet tiżloq. Ma' kull pass li bdiet tagħmel, bdejt nisma' l-borra tfaqqa' taħt l-istivali suwed li kienet liebsa. "Sabiħa, inti x'inti tagħmel hawn?" staqsietni b'leħen ġentili, mitluf fil-kesħa fina li kienet qiegħda xxoqqli għadmi. "Mela ntli?" Għamiltilha le b'rasi u bqajt inħares lejn id-dar ta' Nicholas. "Jaqaw?" qalti b'leħen baxx, izzekkzek ħalqha. U għal mument, qabdet terġa' taħsibha biex tkompli timxi. "Jaqaw xiex?" staqsejtha malajr. "L-ewwel ta' Lulju tal-elf, disa' mija, tmienja u disgħin. Qisu lbieraħ," kompliet tgħidli. "X'kien ġara? X'kien ġara dakinhar?" insistejt. "Festin kien inbidel fi traġedja. Hawnhekk kien xegħel b'dik l-aħbar! Imma ħadd ma jgħid. Ħadd ma jitkellem fuqha. Traġedja wisq kiefra!" Ilsieni weħel mas-saqaf ta' ħalqi u ma stajtx inlissen kelma għal it minuti. U telqet. Bqajt hemm għal it ħin b'ħalqi miuħ. Ma kont imt xejn! U tlaqt niġri warajha b'kemm kelli saħħa. Iem, miskina ma tantx kienet marret 'l bogħod! "Għidli iżjed. Irrid inkun naf iżjed!" "Festin żgħir. Kellu jkun hemm festin żgħir. Kienu ġew mistiedna ħafna nies........." bdiet tgħid bilmod, donnha tmur lura fiż-żmien, fl-irkejjen moħbijin ta' moħħha. Fil-memorji. "Jgħidu li t-tifel niżel jilgħab fil-kantina. In-nanniet marru warajh ħalli jtellgħuh fuq sabiex jaqsmu l-kejk. Kien infetaħ xi gass fil- kantina! Xħin marru jixgħelu x-xemgħat.............imsieken! Jien insejt xi it issa imma d-dar kienu reġgħu rranġawha. Imma ħadd ma jrid jixtriha." Bdejt nibża'! Din x'kienet qiegħda tgħidli? Żgur kienet qiegħda tigdeb! Ħolqitha żgur! Storja bħal din kienet ħolqitha! Baxxiet rasha u telqet. "X'aktar? X'kien ġara aktar?" bdejt kważi nokorbilha ħalli tkompli tgħidli. Iżda lix-xwejħa ma stajt naraha mkien! U l-għada ma erġajtx mort. Apparti l-fatt li kien kesaħ aktar, kont ilni ma mmur l-iskola u bdejt ninkwieta li s-surmast kien ser jikkuntattja lill-ġenituri tiegħi. U mort l-iskola, nipprova nidher normali. Imbagħad akart. Indunajt x'kelli naqbad nagħmel. Ħassejt li x'imkien kien hemm rabta bejn dik id-dar u d-diskors ta' dik ix-xwejħa. Tlajt niġri fil-librerija, tajt ismi lill-mara li kien hemm wara l-iskrivanija eżatt fl-entratura u mort infittex fil-parti fejn kien hemm il-kotba l-kbar l-antiki. Ridt inkun naf kienx veru. Ridt inkun naf din kinitx ħrafa! Ma jistax ikun! Dik kienet xwejħa żmagata! Dak kollox! U bdejt inqalleb. Gazzetti antiki marbutin flimkien u nkullati. Kien hemm ħafna kotba kbar. Iżda li ridt jien....... Tgħid fejn kont ser insib dak li ridt? U dak il-ħin, bdejt nipprova nqalleb fid-dati, infittex fin-numri, inżomm in-nifs u nħossni aġitata. U sibtha. Id-data. Id-data li ridt. Ma tantx domt infittex. Hekk kif kont immaġinajt. Fl-ewwel żewġ paġni. Dakinhar tal-ewwel ta' Lulju tas-sena li kienet speċifikat dik ix-xwejħa. Rajt ritratt fuq nett. Żewġ anzjani jidhru qegħdin jitbissmu għar-ritratt. Kienu jidhru koppja ħelwin. Taħt titlu li jkexkxek. Ta' tifla li kont, xorta waħda kont qiegħda niem kollox. "Traġedja ta' familja," bdejt naqra bilmod, nipprova nagħmel sens minn dak kollu. U bdejt naqra l-kliem irqiq hekk kif stajt. U imt. Dawk iż-żewġ anzjani kienu mietu fil-kantina. Il-familja kienu mietu kollha fil-kċina. Kienet seħħet splużjoni. Hekk kif komplejt naqra, beda nieżel id-dmugħ minn għajnejja. Imma..........imma.............. U qallibt il-paġna. Qalbi għamlet tikk. Ritratt ieħor. Kien hu. Nicholas. Ukoll bħal dawk ta' qablu, kien qed jitbissem għar-ritratt huwa wkoll. F'idejh......... Demgħa niżlet fuq il-gazzetta u ġiet eżatt fuq ir-ritratt tiegħu. Fuq il-parti fejn kien jidher li kellu bużżieqa f 'idu. Bużżieqa. Bużżieqa ħamra. "Nicholas?" kont qiegħda nibki waħdi fil-librerija fejn suppost kulħadd kellu jżomm is-skiet. U eżatt taħt dak ir-ritratt, ħassejt saqajja jkomplu jinqatgħu. Ritratt ieħor. U għaraha mill-ewwel. Kienet hi. Kienu kollha mejtin. Dik ix-xwejħa. Ix-xwejħa li kont rajt quddiem id-dar ta' Nicholas! Dik ix-xwejħa li kienet tatni d-data! Tlaqt niġri 'l barra minn ġol- librerija bla nifs, inħossni qisni waħda mitlufa minn moħħi! Kif jista' jkun? Jiġifieri......? Nicholas.......... Mort fil-klassi. Kulħadd beda jħares lejja. Kollha jippruvaw jimu għalfejn kelli għajnejja ħomor, xagħri mħabbel, il-qmis nofsha barra u xuejja xotti. Mort inħaffef lejn l-għalliema. "Nicholas..........kemm ilu ma jiġi skola Nicholas?" għedtilha b'leħni jirtogħod. "Nicholas min hu?" staqsietni dik, iżżebbeġ għajnejja lejja. U rajtu mimdud fuq ix-xugaman ħdejja. Rajtu fil-ġenb tal-klassi jħares lejja. Rajtu isfel fil-grawnd. Rajtu bil-bużżieqa ħamra f 'idu. U ħaġa tal-iskantament, Nicholas qatt ma kien inbidel. Dejjem l-istess. Minn meta kont sirt nafu. Sal-ġurnata tallum. Nicholas. U l-bużżieqa l-ħamra li kienet fil-kantina. Bużżieqa ħamra (l-aħħar parti minn erbgħa)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 April 2021