Illum previous editions

ILLUM 25 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1365193

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

F il-ħajja niltaqgħu ma ħaf- na esperjenzi differenti, kemm dawk sbieħ u oħra- jn diffiċli. Id-dinja, għad- diet u għadha għaddejja minn mewġa pjuttost kbira. Żgur li dan iż-żmien iġib miegħu ansjeta u dubbji, flimkien ma mistoqsijiet u diffikultajiet oħra. Meta nħarsu lejn is-sitwazzjoni tal-COVID-19, l-OASI, bħal ħafna organizzazz- jonijiet oħra, speċjalment dawk non-governattivi, ukoll ltaqgħet ma ċirkostanzi u sitwazzjonijiet diffiċli. Però bl-għajnuna ta Alla u ħafna nies minn setturi differenti, dan l-inkwiet ġie affaċjat. Fil-fatt l-OASI addattat u offriet s-servizz tagħha biex tgħin lil dawk li jkunu għaddejjin mhux biss minn problemi relatati mad- dipendenza, iżda anke lil dawk li l-pandemija wasslithom biex iħossuhom waħedhom. Dawn l-intoppi li niltaqgħu magħhom ma rridux naħbuhom taħt tapit jew ma nagħtux kashom. Meta nagħmlu dan, il-problemi ma jissolvewx. Anzi huwa verament essenzjali li nanalizzaw is-sitwazzjoni, nfittxu, nitkellmu, nidiskutu u fl-aħħar nett nitgħallmu. Xi ħaġa aktar riċenti … Żgur mhux forsi li barra l-pandemija li kulħadd għadda minnha dawn l-aħħar xhur, il-pajjiz qiegħed ukoll jiffaċċja sitwazzjoni oħra. Nixgħelu l-aħbarijiet, jew nidħlu fuq il-midja soċjali u niltaqgħu mas-suġġett jaħraq tal-ħaxixa. Bħal ħafna suġġetti oħra, dan is- suġġett partikolari joħloq ħafna opinjonijiet u ħsibijiet differenti. Fl-istess waqt huwa tajjeb li jkun hemm diskussjonijiet sabiex b'hekk nkunu kapaċi nagħmlu l-għażliet tagħna. Però biex nagħmlu dan, ma rridux ninsew xi ħaġa li hija essenzjali f 'dan ir-rigward, li hija l-informazzjoni. Importanti li noqgħodu attenti li l-informazzjoni tkun tajba sabiex b'hekk niffurmaw opinjoni mingħajr konfuzjoni u taħwid. Tajjeb li nsemmu wkoll li l-affarijiet li i-pajjiz jiltaqa' magħhom jaffettwaw lis-soċjetà u anke l-komunità tagħna, kif ukoll lilna, bħala individwi li nagħmlu parti minn din il-komunità. Il-Kannabis … L-użu tad-drogi ilu magħna għal-żmien twil, u l-umanità kienet tuża dawn is-sustanzi għal-skopijiet differenti. Matul dan l-aħħar seklu, rajna it-tipi ta drogi jiżdiedu filwaqt li xi wħud minnhom żiedu l-potenza tagħhom u l-effetti tagħhom fuq moħħ il-bniedem. Ta min jgħid ukoll li bħal kull ħaġa oħra, il- kannabis hija pjanta li għandha l-użu pożittiv u ukoll effetti negattivi. Il-kannabis tista' tgħin f 'ċertu sitwazzjonijiet ta mard, naturalment meta dan ikun indikat mit-tobba. Ħafna jaraw l-kannabis bħala droga ħafifa ħafna. Dawn l-aħħar snin rajna mewġa fil-mod ta kif aħna nħarsu lejn ċerta tip ta drogi. U dan mhux qed jiġri biss hawn Malta, iżda madwar id-dinja kollha. Fil- fatt, dawn l-aħħar għoxrin sena, bdejna naraw teorija li kienet ġiet imsawra biex tiddeskrivi dak li kien qed jiġri u li għadu qed jiġri llum. Hawnhekk qed nirreferi għat-teorija tan-normalizzazjoni, fejn id-droga u l-użu tagħha jsir parti mill-kultura. Naħseb li ħadd ma jrid jara lil ebda persuna tmur il-qorti jew tittieħed il-ħabs għax tkun għamlet użu minn joint. Fil-fatt, din id-diffikultà ġiet indirizzata permezz tal-liġi tat-2014 u li ġiet fis-seħħ fl-2015, fejn l-ebda persuna ma jkollha l-kondotta imħammġa jekk tinqabad b'joint. Mill-banda l-oħra, din l-white paper li ħarġet qegħda tissuġġerixxi li kull persuna li għalqet it-tmintax il-sena tista' jkollha seba' grammi kannabis fuq persunta u erba' pjanti tal-kannabis id-dar (taħt ċerta kundizzjonijiet). Mil-perspettiva psikoloġika u soċjoloġika, din l-white paper qed tgħaddi messaġġ li m'hemm l-ebda ħsara jekk il-bniedem jagħmel użu mill-kannabis. Qed ukoll tkompli tiffaċilità l-proċess tan- normalizzazjoni u ser iżżid id- diffikultajiet bejn ċertu ġenituri u uliedhom. Dan l-proċess, li jidher aktar bħala proċess ta' legalizzazzjoni aktar milli dekriminalizzazjoni jista' jpoġġi lil Malta f 'diffikultà mal-konvenzjonijiet li iffirmat fl-1961, 1971 u 1988. Barra minn hekk, ser iġġib f 'diffikultà lil minn iħaddem, għaliex hu jew hi, għandhom ir-responsabiltà tas-sigurtà u s-saħħa tal- ħaddiema tagħhom. Ta min jgħid li l-kannabis għandha effetti negattivi fuq il-memorja u funzjonijiet oħra tal-moħħ kif ukoll ser tnaqqas l-abbiltajiet li persuna tirreaġixxi fil-pront meta f 'periklu. Għalhekk jkun ferm għaqli li wieħed jqis sewwa u ma jagħmilx deċiżjonijiet mgħaġġla. 22 opinjoni IL-ĦADD 25 TA' APRIL 2021 • illum Il-problemi ta kuljum… Noel Xerri Noel Xerri huwa l-Kap Eżekuttiv ta' l-OASI Programm Operattiv I - Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 "It-trawwim ta' ekonomija kompetittiva u sostenibbli li tilqa' l-isfidi tagħna" Proġett parzjalment iffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali Rata ta' ko-finanzjament: 80% Fondi mill-Unjoni Ewropea; 20% Fondi Nazzjonali B'referenza għall-Avviż tas-Sejħa XI taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali mħabbra mill- Awtorità ta' Ġestjoni f'Malta għall-Politika ta' Koeżjoni 2014-2020 fis-7 ta' Marzu 2021, l- Awtorità ta' Ġestjoni qed testendi t-terminu għas-sottomissjoni ta' proposti ta' proġetti taħt l-Ass Prijoritarju 4 - Il-bidla lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju. It- terminu ser ikun sal-Ġimgħa, 4 ta' Ġunju 2021 f'nofsinhar, biex jitħalla biżżejjed żmien għall-preparazzjoni tal-applikazzjonijiet. Iktar informazzjoni jew mistoqsijiet speċifici fuq dan l-Avviż jistgħu jinkisbu minn fuq www.eufunds.gov.mt jew billi tintbagħat korrispondenza elettronika fuq: info.eufunds@gov.mt Avviż fuq is-Sejħa għas-Sottomissjoni ta' Proposti ta' Proġetti taħt is-Sejħa XI Estensjoni tat-Terminu għas-Sottomissjoni ta' Proposti taħt is-Sejħa XI

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 April 2021