Illum previous editions

ILLUM 2 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1367392

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 opinjoni IL-ĦADD 2 TA' MEJJU 2021 • illum Alex Borg huwa Kandidat tal-PN fit-13-il distrett Alex Borg Bżonn ta' pjan immedjat għal Għawdex G ħal dawn l-aħħar tletin sena, Għawdex għadda minn trasformazzjoni kbira. Ma kinux żminijiet faċli, biss b'ħila u determinazzjoni liema bħalha, Għawdex taħt it- tmexxija ta' Anton Tabone, bħala l-ewwel Ministru għal Għawdex, beda bi pjan biex jinbidillu l-wiċċ tiegħu, bi żvilupp responsabbli li bih l-Għawdxin bdew igawdu minn dak kollu li kien qed iseħħ. B'hekk, Għawdex seta', fost l-oħrajn, jibda jattira aktar turiżmu ta' kwalita'. Għawdex prijorita' għall- gvernijiet tal-PN Fost il-proġetti li seħħew dak iż-żmien, kien hemm sptar ġdid, li għadu jintuża sal-ġurnata tal-lum, heliport, rinovazzjoni ta' Marsalforn u Xlendi, korsa taż-żwiemel, klinika fir-Rabat, Għawdex, is-servizz tal-Gozo Channel u fast-ferry, skejjel ġodda u ħafna affarijiet oħra li dejjem taw spinta lill-Għawdex. Wara, Anton Refalo, din id-darba bħala Segretarju Parlamentari għal Għawdex, kompla ma' dak kollu li ħalla ta' qablu, biss ma tantx kellu x-xorti li juri x'jaf għax wara biss sentejn kellu jieqaf. Għawdex imbagħad kellu bħala Ministru lil Giovanna Debono. Hemm beda jitwettaq pjan ġdid ta' kif Għawdex jibqa' jkollu l-aqwa servizzi u dehra sabiħa, u biex l-ekonomija Għawdxija tissaħħaħ. Saru fost l-oħrajn aktar skejjel ġodda, attrezzati u bl-aqwa tagħmir, skola ġdida tal-ITS, li sfortunatament illum din tinsab vojta, ir-restawr taċ-Ċittadella, toroq prinċipali kbar, kif ukoll Eco-Gozo, pjan biex Għawdex jibqa' jitgawda fil-ġmiel kollu tiegħu. Intefqu miljuni ta' fondi miġjuba mill- Unjoni Ewropea, u dawn gawda minnhom kulħadd. Ma nistgħux ninsew it- twaqqif tal-Kunsilli Lokali fejn kull lokalita' f 'Għawdex bdiet teleġġi rappreżentanti tagħha, u kull Kunsill beda jingħata allokazzjoni ta' flus biex jonfoqhom kif jidhirlu skont il-ġid tal-lokalita'. L-istess Kunsilli ingħataw awtonomija u poteri li llum kważi ttieħdu kollha lura mill-gvern preżenti. Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista ta lill-Għawdex vapuri ġodda, aċċessibli għal kulħadd u li kapaċi jġorru iktar vetturi. Rajna wkoll it-twettiq ta' impjant ta' tisfija tad-drenaġġ, proġetti ta' restawr, proġetti fi spazji pubbliċi biex jitgawdew mit-tfal u mill-familji Għawdxin u mhux l-inqas terminal ġdid f 'Għawdex u ieħor fiċ-Ċirkewwa li bihom żgur li aħna l-Għawdxin bdejna nkunu moqdija aħjar u b'iktar kumdita'. Ma' dawn lista oħra twila ta' inizjattivi, proġetti u inċentivi li għenu biex l-Għawdxin ikollhom kwalita' ta' ħajja aħjar u biex iddur dejjem iktar ir-rota tal-ekonomija Għawdxija. Periklu li nitilfu dak kollu li bnejna Mill-2013 'il hawn, Għawdex kellu tliet Ministri differenti. Nemmen li kollha xtaqu l-aħjar għal Għawdex. Biss kif tista' tippjana, taħdem u twettaq jekk kull tliet snin jinbidel il-Ministru? Kif tista' tagħmel l-aħjar għal Għawdex meta dan il-Ministeru tnaqqsulu l-poteri tiegħu? Affarijiet tajbin saru u allaħares le. Pero' nemmen li b'viżjoni, aktar attenzjoni u ħsieb, Għawdex seta' mar u jista' jmur ħafna aħjar. Matul dawn l-aħħar erba' snin, Għawdex qed jara żvilupp esaġerat ta' bini li qed jeqred il-karattru tiegħu. Jekk Għawdex jitlef il-karatteristiċi tiegħu mhux se jibqa' attraenti la għall-Maltin u lanqas għat-turisti li fuqhom tiddependi ħafna mill-ekonomija Għawdxija. L-iżvilupp li qed naraw dan l-aħħar huwa esaġerat u bla pjan. Aħna ma rridux li f 'Għawdex naraw l-isfreġju li diġa' sar f 'ċerti żoni u rħula f 'Malta, u għadna fiċ-ċans biex dan nevitawh. Minbarra hekk hemm setturi oħra li qed iqumu mistoqsijiet kbar dwarhom. X'inhi l-viżjoni għall-qasam tas-saħħa f 'Għawdex? X'inhi l-viżjoni fis-settur tal-ippjanar u dak tat-turiżmu? X'qed isir biex jiġu mgħejuna l-bdiewa tagħna minflok jitħallew waħidhom? X'hemm ippjanat fil-qasam edukattiv? X'inhuma l-pjanijiet infrastrutturali biex intejbu l-kwalita' tat-toroq tagħna? Għaliex ħafna mix-xogħlijiet f 'Għawdex dejjem jispiċċaw jaqgħu lura u jitlestew ħafna iktar tard minn dak li jkun ippjanat? Dawn il-mistoqsijiet li qed jagħmlu l-Għawdxin u jekk mhux se jkollna viżjoni u pjan ta' azzjoni li jirrispondu dawn il-mistoqsijiet, Għawdex se jitlef mhux biss is-sbuħija tiegħu imma wkoll id-dħul ekonomiku ġġenerat mit-turiżmu, u dak li jagħmel lill-gżira tagħna attraenti għal dawk kollha li jżuruna. Ma nħallux li jkun tard wisq, għax jekk jiġri dan ibati kulħadd. Ejjew flimkien nibdew paġna ġdida, paġna isbaħ, għal Għawdex, għall-Għawdxin u għal dawk kollha li jżuruna.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 May 2021