Illum previous editions

ILLUM 2 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1367392

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 2 TA' MEJJU 2021 • illum YENDRICK CIOFFI Nhar it-Tnejn li għadda reġgħu fetħu diversi negozji hekk kif issa s-sitwazzjoni tal-pandemija tidher li tinsab taħt kontroll. Fost dawn fetħu mill-ġdid il- ħwienet tax-xagħar u tas-sbuħija li jirrikjedu kuntatt dirett mal- klijenti. L-ILLUM tkellmet ma' sid ta' ħanut tax-xagħar, tad- dwiefer u anke terapista tas- sbuħija u staqsithom kif kienet din l-ewwel ġimgħa u jekk il-klijenti għadhomx jibżgħu. X'qed jistennew għall-ġimgħat li ġejjin? 'Ġiet anzjana wara sena bid-dmugħ f'għajnejha'; Ġimgħa tajba imma ottiżmu kawt għal tal-ħwienet Hekk kif issa ilhom kważi ġimgħa minn meta reġgħu fetħu l-bibien tagħhom, il-gazzetta ILLUM titkellem ma' sid ta' ħanut tax-xagħar, tad-dwiefer u anke terapista tas-sbuħija. 'Nhar it-Tnejn il-mowbajl ma waqafx ... is-sena l-oħra kulħadd kien jibża' aktar' L-ILLUM tkellmet ma' Krista Camilleri, Terapista tas-Sbuħija u l-Massaġġi, li spjegat kif minn meta tħabbar li kienu se jerġgħu jiħu, minnufih kellha diversi appuntamenti. "It-Tnejn, meta aħt, il-mowbajl ma waqafx," saħqet Camilleri. Qalet li minn dak li tista' tinnota, is-sena li għaddiet in-nies kienu jibżgħu ħafna, inkluż huma t-terapisti stess. "Lanqas ħadniha bi kbira meta għalaqna l-ewwel darba," kompliet tgħid. Madanakollu, spjegat kif meta kienu reġgħu fetħu, ħadu bis- serjetà l-protokolli kollha li daħlu fis-seħħ biex jonqos ir-riskju fl- istabbilimenti tagħhom, anke għax huma jkollhom kuntatt dirett mal- klijenti. "Minkejja li dan l-aħħar kien hemm ħafna każi, ħassejna li għamilna l-parti tagħna. Anke n-nies meta għalaqna ħadu qatgħa," saħqet. Madanakollu issa reġgħu fetħu u fi kliemha, l-andament din il- ġimgħa kien tajjeb ħafna. "Anke l-klijenti li kienu jibżgħu, ċemplu biex jagħmlu appuntament. Il-ħajja trid tkompli għaddejja," saħqet. Mistoqsija jekk hemmx xi perjodu fejn ikollhom ħafna aktar xogħol mis-soltu, Camilleri qalet li kull meta jkun ġej xi avveniment jew inkella xi festa, ix-xogħol jiżdied. Semmiet pereżempju l-perdjodi tal-Milied u l-Għid u anke okkażjonijiet oħra bħal Jum l-Omm, Jum San Valentinu, żmien il-Preċett u anke fl-istaġun tat- tiġijiet. Spjegat kif għajr il-Milied, ħafna minn dawn l-okkażjonijiet tilfuhom għal kollox matul is-sena li għaddiet u wħud minnhom anke din is-sena. Mistoqsija kif tħares lejn il-futur, Camilleri qalet li tippreferi timxi ġ u r n a t a b'ġurnata. "J'Alla nibqgħu miuħa għax ikollna ħafna ġenn kull meta jkollna nagħlqu u nerġgħu niħu," kompliet tgħidilna. Dwar il-vawċers li issa se jkunu qed jerġgħu jinħarġu, Camilleri qalet li kull qatra tgħodd. Spjegat kif anke jekk is-sena li għaddiet kien hemm min użahom biex għamel trattament tas-sbuħija, temmen li n-nies nefquhom aktar fuq affarijiet oħra. 'Kellna ġimgħa b'saħħitha ... it-tħassib tiegħi huwa kemm jibqgħu konsistenti n-numri' L-ILLUM tkellmet ukoll ma' Lee Galea minn Galea's Unisex Hairsalon tal-Belt Valletta li spjega kif dejjem bir-restrizzjonijiet, din il-ġimgħa kienet waħda b'saħħitha ħafna. "Bil-protokolli u r-restrizzjoniji- et, kien hemm ġranet fejn konnha kważi fullybooked," saħaq Galea. Madanakollu l-ottimiżmu huwa wieħed kawt, b'Galea jisħaq li l-aktar tħassib tiegħu jibqgħu n-numri tal-Covid-19 u kemm dawn se jibqgħu konsistenti. Spjega wkoll kif bħala negozju fil-qalba tal-Belt Valletta, apparti l-Maltin u r-residenti Beltin, huma jiddependu ħafna wkoll mit- turisti, partikolarment dawk tal- cruiseliners u anke mill-ħaddiema li jaħdmu f 'diversi uffiċini. Fakkar kif bħalissa l-klijenti mill-cruiseliners waqfu għal kollox u sakemm il-ħajja terġa' taqbad ir-ritmu, anke mill-klijenti l-oħra mhux Beltin għadhom qed ibatu. Mistoqsi kif qed iħarsu lejn il- ġimgħat li ġejjin, Galea saħaq li anke jekk l-ewwel ġimgħa kienet tajba ħafna, wieħed irid jara' jekk dawk il-klijenti li normalment imorru kull ġimgħa, hux se jibqgħu jagħmlu dan. Fakkar li bħalissa it li xejn hawn fejn tmur u anke attivitajiet bħal tiġijiet, li normalment jirrikjedu servizzi u trattamenti li jiswew aktar flus, għadhom wieqfa. "Ikun hawn min kien jiġi kull ġimgħa, issa jiġi kull ħmistax jew inkella tlieta jew saħansitra jirranġa xagħru d-dar għax okkażjonijet ma hawnx. Nistennew u naraw," temm jisħaq Galea. Madanakollu jinsab ottimist li bl-għajnuna tal-Gvern se jaqbdu ritmu tajjeb. Fil-fatt, semma l-vawċers u saħaq li s-sena li għaddiet kien baqa' sorpriż bl-ammont tal-klijenti li użawhom. "Għal bidu ma kontx se naċċettahom għax għidt li ftit se jkunu qed jużawhom. Imma kellna rispons tajjeb ħafna u s-sistema kienet faċli ħafna biex tħaddimha," insista Galea. Fakkar ukoll kif issa l-ammonti tal-vawċers se jinbidlu u minflok €20 se jkun hemm €40 li se jkunu jistgħu jintużaw fil-ħwienet tax-xagħar, fost oħrajn. "Għalhekk nistennew li se jintużaw aktar," insista Galea. 'Ibbukjaw ħafna anzjani għax issa mlaqqmin... kien hemm min ġie bid-dmugħ f'għajnejh' Il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll ma' Amanda Micallef, Beautician u Nail Artist li wkoll qalet li kellha ġimgħa tajba. "Rajtha aħjar minn meta konnha erġajna ftaħna mill-ġdid is-sena l-oħra. Ma tantx għad hemm biża'," insistiet Micallef. Fil-fatt saħqet li l-anzjani kienu l-aktar li bbukkjaw din il- ġimgħa anke għax issa serrħu xi ftit jew wisq rashom minħabba l-vaċċin. Insistiet li s-sena li għaddiet, l-anzjani klijenti tagħha ma baqgħux imorru. "Huma l-agħar li marru. Ħassewhom waħedhom. Issa jridu jerġgħu jibdew ir-rutina mill-ġdid. Kien hemm anzjana li ġiet bid-dmugħ f 'għajnejha," kompliet tirrakkonta. Mistoqsija kif qed tħares lejn il-ġimgħat li ġejjin, Amanda Micallef saħqet li l-aħjar li wieħed jimxi ġurnata b'ġurnata, għax kollox jiddependi minn fatturi differenti, anke l-fatt li diversi persuni naqsilhom id-dħul. "Jiena nemmen li fadlilna ħafna biex nirkupraw u nerġgħu nġibu n-numri li kellna fl-2019," kompliet tisħaq. Saħqet li hi stess għamlet għaxar ġimgħat barra mix- xogħol. "Allaħares kont niddependi biss minn dan ix- xogħol u mill-għajnuna tal- Gvern," kompliet tisħaq. Mistoqsija dwar il-vawċers, Micallef saħqet li se terġa' taċċettahom, anke għax is- sena l-oħra kien hemm diversi persuni li sarfuhom għandha. "Kelli €500 minnhom żgur. Idea tajba ħafna u issa huwa ż-żmien opportun li jerġgħu jinħarġu," temmet tisħaq Micallef. 'Sakemm ma joħorġux, in- nies mhux se jibbukkjaw' Tkellimna wkoll ma' Cliare Caruana Lupi, Terapista tas- Sbuħija. Saħqet li l-ewwel it jiem kienu tajba ħafna għax in-nies ibbukkjaw mill-ewwel, iżda nnutat li lejn l-aħħar tal-ġimgħa, is-sitwazzjoni reġgħet bdiet tikkalma. "Nittamaw li għas-sajf naqbdu ritmu tajjeb," kompliet tisħaq. Fakkret li bħalissa ħafna negozji għadhom magħluqa u okkażjonijiet mhux qed isiru. Fi kliemha, sakemm in- nies mhux qed joħorġu, it huma dawk li se jibbukjaw appuntamenti għal trattamenti tas-sbuħija, anke għax fi kliemha, għal bosta, dawn mhuwiex prijorità. Mistoqsija meta jkun l-aktar żmien impenjattiv għaliha, it- terapista tas-sbuħija saħqet li l-aktar perjodi li jkollha xogħol fihom huma l-Milied u anke minn żmien il-Għid ix-xogħol jaqbad ritmu sa Settembru.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 May 2021